29.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1225/2011

tat-28 ta’ Novembru 2011

għall-finijiet tal-Artikoli 42 sa 52, 57 u 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali

(kodifikazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2290/83 tad-29 ta’ Lulju 1983 li jfassal dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 50 sa 59b, 63a u 63b tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SKOP

Artikolu 1

Dan ir-Regolament ifassal dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 42 sa 52, 57 u 58 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TAQSIMA 1

L-obbligi ta' l-istabbiliment jew tal-organizzazzjoni li lilha jiġu kkonsenjati l-oġġetti

Artikolu 2

1.   Id-dħul mingħajr dazji ta' materjal edukattiv, xjentifiku u kulturali msemmi fl-Artikolu 43, 44(1) u 45 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, hawn aktar 'il quddiem magħrufa bħala “oġġetti”, għandu jkollu l-obbligazzjonijiet li ġejjin da parti tal-impriża jew organizzazzjoni li lilhom jiġu kkonsenjati l-oġġetti:

(a)

sabiex jintbagħtu l-oġġetti msemmija direttament lejn il-post dikjarat ta' destinazzjoni;

(b)

sabiex jingħata kont tagħhom fl-inventarju tiegħu;

(c)

sabiex tiġi ffaċilitata kull verifika li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw meħtieġa sabiex jassiguraw li l-kondizzjonijiet biex jingħata dħul liberu minn dazji jkunu onorati, jew jibqgħu onorati.

B'żieda ma' dan, fil-każ ta' oġġetti msemmija fl-Artikoli 44(1) u 45 tar- Regolament (KE) Nru 1186/2009, għandu jkun hemm l-obbligu da parti ta' l-impriża jew organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jkunu kkonsenjati li jużaw dawk l-oġġetti esklussivament għal finijiet mhux kummerċjali skond it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 46 ta' dak ir-Regolament.

2.   Il-kapijiet tal-istabbilimenti jew organizzazzjonijiet li lilu jiġu konsenjati l-oġġetti, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti bi prospett fejn huwa jiddikjara li jaf bl-obbligi varji elenkati fil-paragrafu 1 u li jinkludi impenn li huwa sejjer iħarishom.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-prospett imsemmi fl-ewwel subparagrafu jiġi ppreżentat qabel kull importazzjoni, jew għal bosta importazzjonijiet, jew għall-importazzjonijiet kollha li jkunu ħa jsiru mill-istabbiliment jew mill-organizzazzjoni li lilha jkunu konsenjati l-oġġetti.

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet li għandhom jiġu applikati meta l-oġġetti jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti

Artikolu 3

1.   Meta jiġi applikat l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilha jiġu mikrija, mislufa jew trasferiti l-oġġetti għandha, mid-data ta' meta tirċievi l-oġġetti, tikkonforma ma' l-istess obbligi li huma stipulati fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

2.   Meta l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jiġu msellfa, mikrija jew ittrasferiti jkun jinsab fi Stat Membru minbarra dak li fih l-istabbiliment li jsellef, jikri jew jittrasferixxi l-oġġetti jkun qiegħed, mat-tluq ta' dawk l-oġġetti l-uffiċċju tad-dwana ta' dak l-Istat Membru tal-kunsinna għandu joħroġ kopja ta' Kopja ta' Kontroll T 5 b'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 912a sa 912g fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) sabiex jassigura li dawk l-oġġetti jintużaw billi jintitolahom li jkomplu li jikkwalifikaw għal dħul b'xejn ta' drittijiet ta' importazzjoni.

Għal dan l-iskop, l-imsemmija kopja ta' kontroll T 5 għandha tinkludi, fil-kaxxa 104 taħt l-intestatura "oħrajn", waħda mill-frażijiet imniżżla fl-Anness I.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-self, għall-kiri jew għat-trasferiment ta' spare parts, komponenti jew aċċessorji speċifiċi għal strumenti jew apparat xjentifiku, u għal għodda ta' manutenzjoni, kontroll, kalibrazzjoni jew tiswija ta' strumenti jew apparat xjentifiku, li jkunu ddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni taħt l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAD-DĦUL MINGĦAJR DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI TA’ MATERJALI EDUKATTIVI XJENTIFIĊI JEW KULTURALI SKOND L-ARTIKOLI 43 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1186/2009

Artikolu 4

Sabiex jikseb id-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' oġġetti skond l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap ta' l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu jiġu konsenjati, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn jinstabu l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni.

Ma' din l-applikazzjoni għandha tingħata l-informazzjoni kollha li l-awtorità kompetenti tqis li hija meħtieġa sabiex jiġi determinat jekk il-kundizzjonijiet stipulati għall-konċessjoni tad-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni humiex issodisfati.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR ID-DĦUL LIBERU MINN DRITTIJIET TA’ IMPORTAZZJONI TA’ STRUMENTI XJENTIFIĊI U APPARAT TAĦT L-ARTIKOLI 44 U 46 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1186/2009

Artikolu 5

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-karatteristiċi tekniċi oġġettivi ta' strument xjentifiku jew apparat għandu jinftiehem li jfisser dawk il-karatteristiċi li jirriżultaw mill-kostruzzjoni ta' dak l-istrument jew apparat jew minn aġġustament lejn strument jew apparat standard li jagħmilha ppossibbli li jintlaħaq livell għoli ta' qadi 'il fuq minn dawk li huma normalment meħtieġa għall-użu industrijali jew kummerċjali.

Fejn mhux possibbli li jiġi stabbilit b'mod ċar abbażi tal-karatteristiċi tekniċi oġġettivi tagħha jekk strument jew apparat għandux jitqies bħala strument jew apparat xjentifiku, għandha ssir riferenza għall-użu ta' l-istrument jew apparat li għalih id-dħul mingħajr drittijiet ta' importazzjoni tiegħu ikun intalab. Jekk dan l-eżami juri li l-istrument jew apparat imsemmi jkun użat għal finijiet xjentifiċi, dan għandu jitqies li jkun ta' natura xjentifika.

Artikolu 6

1.   Sabiex jikseb d-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' strument jew apparat xjentifiku taħt l-Artikolu 44(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap ta' l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilhom jiġu konsenjati l-oġġetti, jew rappreżentant awtorizzat tagħhom, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn jinstab l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-istrument jew apparat imsemmi:

(a)

id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-istrument jew apparat użat mill-fabbrikant, in-Nomenklatura Magħquda preżunta tagħha u l-karattersitiċi tekniċi oġġettivi li abbażi tagħhom l-istrument jew apparat ikun kunsidrat li jkun xjentifiku;

(b)

l-isem jew l-isem kummerċjali u indirizz tal-fabbrikant u, jekk disponibbli, tal-fornitur;

(c)

il-pajjiż ta' oriġini ta' l-istrument jew apparat;

(d)

il-post fejn l-istrument jew l-apparat ikun sejjer jintuża;

(e)

l-użu preċiż li jkun sejjer isir mill-istrument jew apparat ikun intiż;

(f)

il-prezz ta' l-istrument jew apparat jew il-valur tiegħu għal finijiet ta' dwana;

(g)

il-kwantità ta' l-istrument jew apparat in kwistjoni.

Xhieda dokumentata li tipprovdi kull informazzjoni meħtieġa dwar il-karatteristiċi u speċifikazzjonijiet tekniċi ta' l-istrument jew apparat għandha tingħata ma' l-applikazzjoni.

Artikolu 7

L-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu jiġu kunsinnati l-oġġetti għandu jieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 6 fil-każijiet kollha.

Artikolu 8

L-awtorizzazzjonijiet għal dħul mingħajr dazji għandhom ikunu validi għal perjodu ta' sitt xhur.

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perjodu itwal fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull każ.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR ID-DĦUL MINGĦAJR DAZJI TA’ SPARE PARTS, KOMPONENTI, AĊĊESSORJI SPEĊIFIĊI U GĦODDA TAĦT L-ARTIKOLU 45 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1186/2009

Artikolu 9

Għall-iskop ta' l-Artikolu 45(a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 aċċessorji speċifiċi tfisser dawk l-oġġetti iddisinjati speċifikament għall-użu ma' strument jew apparat xjentifiku għall-iskop tat-titjib tal-prestazzjoni u l-portata tiegħu.

Artikolu 10

Sabiex jikseb dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni taħt l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, jew ta' spare parts, komponenti jew aċċessorji speċifiċi, jew ta' għodda, il-kap ta' l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilha jiġu konsenjati l-oġġetti, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni.

Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mit-tagħrif kollu meqjus meħtieġ mill-awtorità kompetenti bl-iskop li jiġi stabilit jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 humiex issodisfati.

Artikolu 11

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu l-oġġetti jkunu kunsinnati għandu jieħu deċiżjoni diretta għar-rigward ta' l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 10.

Artikolu 12

L-Artikolu 8 għandu japplika mutatis mutandis għal awtorizzazzjonijiet għal dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni maħruġa taħt l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR ID-DĦUL MINGĦAJR DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI TA’ STRUMENTI JEW APPARAT MEDIKU TAĦT L-ARTIKOLI 57 U 58 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1186/2009

Artikolu 13

1.   Sabiex jinkiseb dħul mingħajr il-ħlas ta' dazji ta' importazzjoni ta' strumenti jew apparat taħt l-Artikoli 57 u 58 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap ta' l-impriża jew organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jkunu kkonsenjati, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissotometti kull applikazzjoni lill-awtorità komptenti ta' l-Istat Membru li fih jinstabu l-impriża jew organizzazzjoni.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-istrument jew apparat inkwistjoni:

(a)

id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-istrument jew apparat użat mill-fabbrikant, u l-klassifikazzjoni preżunta tiegħu fin-nomenklatura magħquda;

(b)

l-isem jew l-isem kummerċjali u indirizz tal-fabbrikant u, jekk disponibbli, tal-fornitur;

(c)

il-pajjiż ta' oriġini ta' l-istrument jew apparat;

(d)

il-post fejn l-istrument jew l-apparat ikun ser jintuża;

(e)

l-użu li jkun ser isir mill-istrument jew apparat.

3.   Fil-każ ta' rigal, l-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll:

(a)

l-isem tal-kumpannija isem jew indirizz tad-donatur;

(b)

kull dikjarazzjoni mill-applikant fis-sens li:

(i)

id-donazzjoni ta' l-istrument jew apparat inkwistjoni ma jaħbix xi intenzjoni kummerċjali da parti tad-donatur;

(ii)

id-donatur bl-ebda mod ma jkun assoċjat mal-fabbrikant ta' l-istrumenti jew apparat li għalihom jintalab id-dħul mingħajr il-ħlas ta' dazju.

Artikolu 14

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu jiġu kunsinnati l-oġġetti għandu jieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet fil-każijiet kollha.

Artikolu 15

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 13 u 14 japplikaw mutatis mutandis għal spare parts, komponenti, aċċessorji speċifiċi u għodda li jintużaw għal manutenzjoni, ċċekkjar, kalibrazzjoni jew tiswija ta' strumenti jew apparat li jkunu daħlu mingħajr il-ħlas ta' dazju bis-saħħa ta' l-Artikolu 57(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.

Artikolu 16

L-Artikolu 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

KAPITOLU VII

KOMUNIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI LILL-KUMMISSJONI U LILL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 17

1.   Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista ta' l-istrumenti, apparat, spare parts, komponenti, aċċessorji u għodda li l-prezz jew il-valur tagħhom għal finijiet ta' dwana jeċċedu EUR 5 000 u li dwarhom ikun awtorizza jew irrifjuta dħul mingħajr il-ħlas ta' dazju skond l-Artikoli 7, 11 jew 14.

Il-lista għandha tagħti d-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-kodiċi ta' Nomenklatura Magħquda bi tmien ċifri. Din għandha tinkludi wkoll l-isem tal-fabbrikant jew fabbrikanti, il-pajjiż jew pajjiżi ta' oriġini u l-prezz jew valur ta' dwana ta' l-oġġetti in kwistjoni.

2.   Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintbgħatu matul l-ewwel u t-tielet kwartta' kull sena u għandu jkollhom dettalji ta' l-oġġetti li d-dħul tagħhom mingħajr il-ħlas ta' drittijiet ta' importazzjoni jkun ġie awtorizzat jew rifjutat matul is-sitt xhur ta' qabel.

3.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-listi lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 18

Sabiex jiġi assigurat tħaddim uniformi tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni, il-listi msemmija fl-Artikolu 17 għandhom jiġu eżaminati mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI RELATTIVI GĦAL DĦUL ĦIELES MINN DAZJU TA’ TAGĦMIR TAĦT L-ARTIKOLI 51 U 52 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1186/2009

Artikolu 19

1.   Sabiex jikseb dħul ħieles minn dazju ta' tagħmir taħt l-Artikoli 51 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni ta' riċerka xjentifika bażata barra l-Unjoni jew rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu joffri applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni jew organizzazzjoni ta' riċerka xjentifika bażata fl-Unjoni tinsab.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

kopja tal-ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika bejn istituzzjonijiet li jinsabu fl-Unjoniu pajjiżi terzi;

(b)

id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-istrument kif ukoll il-kwantità u valur tiegħu u, meta jkun xieraq, il-klassifikazzjoni preżunta tiegħu fin-Nomenklatura Magħquda;

(c)

il-pajjiż t' oriġini u dak tal- kunsinna tat-tagħmir;

(d)

il-post fejn it-tagħmir ser jiġi użat;

(e)

l-użu li għalih it-tagħmir hu maħsub u d-dewmien ta' l- użu tiegħu.

Artikolu 20

1.   Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li fih l-istituzzjoni jew organizzazzjoni bażata fl-Unjoni tinsab tirċievi applikazzjoni għad-dħul ħieles minn dazju ta' tagħmir kif definit fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, l-applikazzjoni u nformazzjoni relattiva għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-imsemmija awtorità kompetenti.

Għal l-iskopijiet ta' dan l-eżami, informazzjoni addizzjonali għandha tintbgħat lill-Kummissjoni fuq talba tagħha.

2.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni li tkun ħadet li tikkonċerna l- ħelsien mid-dazju.

Artikolu 21

L-Artikolu 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 22

Ir-Regolament (KEE) Nru 2290/83 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 23

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.

(2)   ĠU L 220, 11.8.1983, p. 20.

(3)  Ara l-Anness II.

(4)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS I

Dettalj referuti f'Artikolu 3(2)

‘Стоки на ЮНЕСКО: продължаването на митническите освобождавания подлежи на спазване на член 48, параграф 2, първа алинея от Регламент (ЕО) № 1186/2009’;

“Objeto UNESCO: se mantiene la franquicia subordinada al respeto del artículo 48, apartado 2, primer párrafo, del Reglamento (CE) no 1186/2009”;

“Zboží UNESCO: zachování osvobození za předpokladu splnění podmínek čl. 48 odst. 2 prvního pododstavce nařízení (ES) č. 1186/2009”

“UNESCO-varer: Fortsat fritagelse betinget af overholdelse af artikel 48, stk. 2, første afsnit, i forordning (EF) nr. 1186/2009”;

“UNESCO-Gegenstand: Weitergewährung der Zollbefreiung abhängig von der Voraussetzung des Artikels 48 Absatz 2 erster Unterabsatz der Verordnung (EG) Nr. 1186/2009”;

“UNESCO kaup: impordimaksudest vabastamise jätkamine, tingimusel et täidetakse määruse (EÜ) nr 1186/2009 artikli 48 lõike 2 esimest lõiku’;

“Αντικείμενο UNESCO: Διατήρηση της ατέλειας εξαρτώμενη από την τήρηση του άρθρου 48 παράγραφος 2 πρώτο εδάφιο του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1186/2009”;

“UNESCO goods: continuation of relief subject to compliance with the first subparagraph of Article 48(2) of Regulation (EC) No 1186/2009”;

“Objet UNESCO: maintien de la franchise subordonné au respect de l'article 48, paragraphe 2, premier alinéa du règlement (CE) no 1186/2009”;

“Oggetto UNESCO: è mantenuta la franchigia a condizione che venga rispettato l'articolo 48, paragrafo 2, primo comma del regolamento (CE) n.1186/2009”;

“UNESCO preces: atbrīvojuma turpmāka piemērošana atkarīga no atbilstības Regulas (EK) Nr. 1186/2009 48. panta 2. punkta pirmajai daļai”;

“UNESCO prekės: atleidimo nuo muitų taikymo pratęsimas laikantis Reglamento (EB) Nr. 1186/2009 48 straipsnio 2 dalies pirmosios pastraipos nuostatų”;

“UNESCO-áruk: a vámmentesség fenntartása a 1186/2009/EK rendelet 48. cikke (2) bekezdésének első albekezdésében foglalt feltételek teljesítése esetén’;

“Oġġetti ta’ l-UNESCO: tkomplija ta' ħelsien mid-dazju suġġetta għal osservanza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009”;

“UNESCO-voorwerp: handhaving van de vrijstelling is afhankelijk van de nakoming van artikel 48, lid 2, eerste alinea van Verordening (EG) nr. 1186/2009”;

“Towary UNESCO: kontynuacja zwolnienia z zastrzeżeniem zachowania warunków określonych w art. 48 ust. 2 akapit pierwszy rozporządzenia (WE) nr 1186/2009”;

“Objectos UNESCO: é mantida a franquia desde que seja respeitado o n.o 2, primeiro parágrafo do artigo 48.o do Regulamento (CE) n.o 1186/2009”;

“Articole UNESCO: menținerea scutirii este condiționată de respectarea prevederilor articolului 48 alineatul 2 primul paragraf din Regulamentul (CE) Nr. 1186/2009”;

“Tovar UNESCO: naďalej oslobodený, pokiaľ spĺňa podmienky ustanovené v článku 48 odseku 2 prvom pododseku nariadenia (ES) č. 1186/2009”;

“Blago UNESCO: ohranitev oprostitve v skladu s prvim pododstavkom člena 48(2) Uredbe (ES) št. 1186/2009”;

‘UNESCO-tavarat: tullittomuus jatkuu, edellyttäen että asetuksen (EY) N:o 1186/2009 48 artiklan 2 kohdan ensimmäisen alakohdan ehtoja noudatetaan’;

“UNESCO-varor: Fortsatt tullfrihet under förutsaettning att villkoren i artikel 48.2 första stycket i förordning (EG) nr 1186/2009 uppfylls”;


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2290/83

(ĠU L 220, 11.8.1983, p. 20)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1745/85

(ĠU L 167, 27.6.1985, p. 21)

 

Punt I.19 tal-Anness I tal-Att ta' Adeżjoni 1985

(ĠU L 302, 15.11.1985, p.139)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3399/85

(ĠU L 322, 3.12.1985, p. 10)

l-Artikolu 1 punt 4 biss

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3893/88

(ĠU L 346, 15.12.1988, p. 32)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1843/89

(ĠU L 180, 27.6.1989, p. 22)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 734/92

(ĠU L 81, 26.3.1992, p. 15)

 

Punt XIII A.II.5 tal-Anness I tal-Att ta' Adeżjoni 1994

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 274)

 

Punt 19.B.2 tal-Anness II tal-Att ta' Adeżjoni 2003

(ĠU L 236, 23.09.2003, p. 772)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006

(ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1)

il-punt 11.B.2 ta’ l-Anness biss


ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Ir-Regolament (KEE) Nru 2290/83

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, frażi tal-bidu

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, frażi tal-bidu

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c)

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, frażi introduttorja

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, lista ta' dettalji

Anness I

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 15a

Artikolu 13

Artikoli 15c

Artikoli 14

Artikoli 15d

Artikoli 15

Artikoli 15e

Artikoli 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikoli 18a

Artikoli 19

Artikoli 18b

Artikoli 20

Artikoli 18ċ

Artikoli 21

Artikolu 19

Artikolu 22

Artikolu 20

Artikolu 23

Anness II

Anness III