24.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1211/2011

tat-23 ta’ Novembru 2011

dwar it-tnaqqis ta’ ċertu sforz tas-sajd għall-2011 minħabba sajd żejjed tal-ħut minn ċerti Stati Membri fis-sena ta’ qabel

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 (1) li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006, u b’mod partikolari l-Artikoli 106(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004 tad-19 ta' Lulju 2004 li jiffissa l-isforz annwali massimu tas-sajd għal ċerti żoni tas-sajd u sajd (2) jistabbilixxi l-isforz annwali massimu tas-sajd għal ċerti żoni tas-sajd u sajd, b'mod partikolari għall-arzell f'ċerti żoni tal-Irlanda.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (3), jistabbilixxi limitazzjoni fuq l-isforz tas-sajd għal erba’ stokkijiet tal-merluzz f’ċerti żoni ġeografiċi.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1359/2008, (KE) Nru 754/2009, (KE) Nru 1226/2009 u (KE) Nru 1287/2009 (4) jistabbilixxi l-isforz massimu tas-sajd permess għas-sena 2010.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (5), jistabbilixxi l-isforz massimu tas-sajd permess għas-sena 2011.

(5)

Skont l-Artikolu 106(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż l-isforz tas-sajd li ġie allokat lilu, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-isforz tas-sajd futur lil dak l-Istat Membru.

(6)

L-Artikoli 106(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jistabbilixxu l-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjoni ta' tali tnaqqis mill-Kummissjoni.

(7)

Ċerti Stati Membri qabżu l-isforz tas-sajd allokat lilhom għas-sena 2010. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqsilhom l-isforz tas-sajd li kien allokat lilhom għas-sena 2011.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isforz massimu tas-sajd permess stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 u, għal ċerti żoni tas-sajd u sajd fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004, jitnaqqas għall-2011 għal ċerti Stati Membri kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 258, 5.8.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.

(4)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Stat Membru

Żona ġeografika / Speċi

Irkapti

Allokazzjoni Inizjali 2010

(jiem-kW)

Bidliet 2010

Użu tal-isforz

(jiem-kW)

% Użu

Relatat mal-allokazzjoni permessa

Tnaqqis mill-isforz

(jiem-kW)

Fattur multiplikanti l-Artikolu 106(2) tar-Regolament 1224/ 09

Tnaqqis mill-isforz 2011

(jiem-kW)

Allokazzjoni tal-isforz 2011

(jiem-kW)

Allokazzjoni tal-isforz reveduta 2011

(jiem-kW)

L-Artikolu 11 esklużjonijiet

(jiem-kW) (3)

L-Artikolu 13 evitazzjoni

(jiem-kW) (3)

L-Artikolu 16 skambju

(jiem-kW) (3)

L-Artikolu 17 trasferimenti

(jiem-kW) (3)

Sforz adattat

(jiem-kW)

Il-Ġermanja

(a)

Il-Kattegat

TR2

9 316

 (1)

0

1 702

 

14 258

25 276

26 657

105,46  %

5,46  %

–1 381

1,1

–1 519

6 987

 (2)

5 468

Il-Ġermanja

(b)

L-Iskagerrak, dik il-parti taż-żona tal-ICES IIIa li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat; iż-żona tal-ICES IV u l-ilmijiet tal-UE taż-żona tal-ICES IIa; iż-żona tal-ICES VIId

TR2

516 154

 (1)

0

0

 

–94 507

421 647

421 766

100,03  %

0,03  %

– 119

1

– 119

436 666

 (2)

436 547

L-Irlanda

Iż-żona tal-ICES VII, Arzell

 

525 012

 (4)

 

 

 

 

259 012

270 368

104,38  %

4,38  %

–11 356

1

–11 356

525 012

 (4)

513 656

Franza

(b)

L-Iskagerrak, dik il-parti taż-żona tal-ICES IIIa li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat; iż-żona tal-ICES IV u l-ilmijiet tal-UE taż-żona tal-ICES IIa; iż-żona tal-ICES VIId

TR1

2 214 240

 (1)

0

339 670

 

0

2 553 910

2 680 473

104,96  %

4,96  %

– 126 563

1

– 126 563

1 840 286

 (2)

1 713 723

Franza

(d)

Iż-żona tal-ICES VIa u l-ilmijiet tal-UE taż-żona tal-ICES Vb

TR1

3 387 803

 (1)

702 070

10 299

 

– 178 123

2 517 909

2 611 435

103,71  %

3,71  %

–93 526

1

–93 526

1 980 786

 (2)

1 887 260

Ir-Renju Unit

(b)

L-Iskagerrak, dik il-parti taż-żona ICES IIIa li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat; iż-żona tal-ICES IV u l-ilmijiet tal-UE taż-żona tal-ICES IIa; iż-żona tal-ICES VIId

TR1

8 938 164

 (1)

0

2 819 635

 

660 115

12 417 914

12 450 755

100,26  %

0,26  %

–32 841

1

–32 841

7 561 687

 (2)

7 528 846

TR2

7 409 969

 (1)

0

2 010 770

 

0

9 420 739

10 274 753

109,07  %

9,07  %

– 854 014

1,1

– 939 415

6 268 834

 (2)

5 329 419

Ir-Renju Unit

(c)

Iż-żona tal-ICES VIIa

TR2

1 934 646

 (1)

0

366 622

 

300 000

2 601 268

2 931 719

112,70  %

12,70  %

– 330 451

1,2

– 396 541

1 450 985

 (2)

1 054 444


(1)  Kwantità kif ġiet iffissata mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 - l-Appendiċi 1 tal-Anness IIA

(2)  Kwantità kif ġiet iffissata mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 - l-Appendiċi 1 tal-Anness IIA

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008

(4)  Kwantità kif ġiet iffissata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004 - l-Anness I