|
23.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 305/53 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1208/2011
tat-22 ta’ Novembru 2011
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 288/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [organizzazzjoni komuni tas-suq unika] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 103h(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fil-ġestjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel stabbilita bl-Artikolu 103ga tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tagħha, huwa neċessarju li jiġu ċċarati u simplifikati għadd ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 288/2009 (2). |
|
(2) |
L-Artikolu 103ga(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jirrikjedi li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri ta’ akkumpanjament neċessarji biex l-iskema tkun waħda effettiva. Miżuri ta’ akkumpanjament ma jibbenefikawx minn għajnuna mill-Unjoni għall-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel. Għaldaqstant huwa neċessarju li dawn il-miżuri jkunu distinti b’aktar preċiżjoni mill-miżuri ta’ komunikazzjoni li huma eleġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 288/2009 jelenka lista ta’ spejjeż li huma eleġibbli għal għajnuna mill-Unjoni. Sabiex jiġu żgurati ġestjoni finanzjarja xierqa u kontroll tan-nefqa, huwa neċessarju li jiġu stipulati b’mod aktar ċar liema spejjeż huma eleġibbli għal għajnuna mill-Unjoni. Biex tkun żgurata l-effikaċja tal-iskema, huwa xieraq li jkun stabbilit li l-ispejjeż għall-persunal ma għandhomx jibbenefikaw minn għajnuna mill-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti spejjeż għall-persunal li huma marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-iskema. |
|
(4) |
L-esperjenza wriet li r-regoli dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-pagament tal-għajnuna stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 288/2009 huma diffiċli li jkunu applikati fir-rigward tal-entitjiet li jistgħu jwettqu l-kompiti tal-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-komunikazzjoni fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel meta dawn l-entitajiet ma jkunux involuti fit-twassil tal-prodott. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom għandha tingħata l-għajnuna fir-rigward tal-attivitajiet tal-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-komunikazzjoni. |
|
(5) |
Sabiex jiġu limitati r-rekwiżiti tal-kontroll fir-rigward tal-applikanti għall-għajnuna li jkunu unikament responsabbli biex jittrattaw il-kompiti tal-monitoraġġ, l-evalwalwazzjoni u l-komunikazzjoni, għandhom jiġu ssimplifikati r-regoli dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet. Minħabba r-raġuni tan-natura speċifika ta’ dawk il-kompiti, huwa neċessarju li dawn ikun eżentati minn spezzjonijiet fuq il-post u li jkunu soġġetti biss għal spezzjonijiet amministrattivi sħaħ. |
|
(6) |
Fit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 288/2009, teżisti inkonsistenza fil-verżjonijiet tal-lingwi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel. F’ċerti verżjonijiet tal-lingwi għandu jiġi ċċarat li jekk Stat Membru jagħżel li jimplimenta aktar minn skema waħda, iridu jfasslu strateġija għal kull skema. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 288/2009 għandu għalhekk jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
|
(8) |
Għal finijiet ta’ programmar u sabiex jiġi żgurat li r-regoli ma jinbidlux matul il-perjodu applikabbli, huwa neċessarju li jiġu applikati l-emendi introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament mill-bidu tal-perjodu attwali ta’ implimentazzjoni tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel, jiġifieri fl-1 ta’ Awissu 2011. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 288/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 288/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fl-istrateġija tagħhom liema miżuri ta’ akkumpanjament jadottaw biex jiżguraw l-implimentazzjoni b’suċċess tal-iskema tagħhom. Dawk il-miżuri għandhom ikunu edukattivi u għandhom jiffokaw fuq it-titjib tal-għarfien tal-grupp fil-mira tas-settur tal-frott u l-ħxejjex jew tal-użanzi ta’ ikel tajjeb għas-saħħa u jistgħu jinvolvu l-għalliema u l-ġenituri.”. |
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 7 Kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-applikanti għall-għajnuna 1. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel kundizzjonijiet biex tkun approvata l-għajnuna għall-impenji bil-miktub li ġejjin mill-applikant:
2. Fil-każ ta’ applikanti għall-għajnuna msemmija fil-punt (e)(ii) tal-Artikolu 6(2), għandhom japplikaw biss il-punti (b), (d) u (e) biss tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. L-applikanti għall-għajnuna msemmija fil-punti (c), (d) u (e)(i) tal-Artikolu 6(2) għandhom jagħmlu impenn addizjonali bil-miktub biex iżommu reġistru tal-ismijiet u l-indirizzi tal-istabbilimenti edukattivi jew, meta jkun xieraq, tal-awtoritajiet edukattivi u l-prodotti u l-kwantitajiet mibjugħa jew fornuti lil dawn l-istabbilimenti jew awtoritajiet. 4. L-Istati membri jistgħu jirrikjedu impenji addizjonali bil-miktub mill-applikant.”. |
|
(4) |
L-Artikolu 8 huwa mħassar. |
|
(5) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Iskema tagħhom tal-Frott għall-Iskejjel u jivvalutaw l-effettività tagħha. Għall-perjodu ta’ implimentazzjoni mill-1 ta' Awwissu 2010 sal-31 ta' Lulju 2011, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-riżultati tal-eżerċizzju tagħhom tal-evalwazzjoni lill-Kummissjoni sad-29 ta' Frar 2012. Għal perjodi ta’ implimentazzjonijiet sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport ta' evalwazzjoni li jkopri l-perjodu ta' implimentazzjoni għal ħames snin ta’ qabel sal-aħħar ta’ Frar ta’ kull ħames sena wara d-29 ta’ Frar 2012.”. |
|
(8) |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), il-punti (a) u (b) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament (KE) Nru 288/2009
Fl-Artikolu 3(5), it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:
“Jekk jagħżlu li jimplimentaw aktar minn skema waħda, għandhom jipprovdu strateġija għal kull skema.”
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fifis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO