19.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/30 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1191/2011
tat-18 ta’ Novembru 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 479/2010 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 479/2010 (2) jipprovdi li ‘l-prezz ta’ kif joħorġ mill-fabbrika’ innotifikat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandu jkun relatat mal-bejgħ li jkun ġie ffatturat f’dak il-perjodu ta’ referenza. |
(2) |
Filwaqt li l-fatturi huma dokumenti ta’ kontabbiltà uffiċjali affidabbli, il-limitazzjoni tas-sors tal-prezzijiet għall-fatturi biss tista’ tipprevjeni lill-Istati Membri milli jużaw sorsi affidabbli disponibbli oħra. Skont il-prodott, dawn is-sorsi affidabbli disponibbli oħra ta’ prezzijiet jistgħu jirriflettu aħjar is-sitwazzjoni prevalenti tas-suq. Għalhekk, in-notifika tal-prezzijiet li jirriżultaw mill-kuntratti konklużi fil-perjodu ta’ referenza għandha tkun possibbli wkoll. |
(3) |
Il-prattika wriet li l-iskadenza tan-notifika għall-prezzijiet ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 479/2010 hija diffiċli biex tintlaħaq f’diversi Stati Membri u ma tippermettilhomx li jipprovdu lill-Kummissjoni prezzijiet definittivi. Il-preċiżjoni tal-prezzijiet innotifikati għandha tittejjeb permezz ta’ estensjoni tal-iskadenza. |
(4) |
Xieraq li l-metodu ta’ stħarriġ użat ikun deskritt aħjar fir-rigward tal-oriġini tad-dejta tal-prezz u l-mod li bih id-dejta għandha tinġabar mill-awtoritajiet kompetenti. |
(5) |
Jeħtieġ li l-informazzjoni nnotifikata kull xahar mill-Istati Membri dwar il-liċenzji tal-esportazzjoni tkun rikonċiljata ma’ dik innotifikata kuljum. Għalhekk, jeħtieġ li tingħata informazzjoni addizzjonali fin-notifiki ta’ kull xahar. |
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 479/2010 għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 479/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 7(1), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(3) |
Il-punt 3(c) tal-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 135,.2.6.2010, p. 26.