15.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1161/2011
tal-14 ta’ Novembru 2011
li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 fir-rigward tal-listi ta’ sustanzi minerali li jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA),
Billi:
(1) |
L-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE jistabbilixxi l-lista ta’ vitamini u sustanzi minerali li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel. Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1170/2009 (4) issostitwixxa l-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/46/KE. Il-modifiki lil-lista fl-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE kif immodifikata minn dak ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3) tagħha. |
(2) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jistabbilixxi l-lista tal-vitamini u s-sustanzi minerali li jistgħu jiżdiedu mal-ikel. |
(3) |
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 (5) jistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi li jistgħu jiżdiedu għal skopijiet nutrittivi speċifiċi fl-ikel għal użijiet nutrittivi partikolari. |
(4) |
L-EFSA evalwat sustanzi minerali ġodda għall-użu fl-ikel. Is-sustanzi li l-EFSA esprimiet opinjoni favorevoli dwarhom għandhom jiżdiedu mal-listi f’dawk l-atti. |
(5) |
Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati permezz tal-Grupp Konsultattiv dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u tal-Pjanti u l-kummenti mogħtija ġew ikkunsidrati. |
(6) |
Id-Direttiva 2002/46/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 u r-Regolament (KE) Nru 953/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponiehom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Punt B tal-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE huwa emendat kif ġej:
(a) |
dawn il-punti għandhom jiddaħħlu wara “fosfat ferruż” “fosfat ferruż tal-ammonju EDTA ferriku tas-sodju” |
(b) |
dawn li ġejjin jiddaħħlu wara “melħ tas-sosdju tal-aċidu ortofosforiku”: “sulfat tas-sodju sulfat tal-potassju”. |
Artikolu 2
Il-Punt 2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 huwa emendat kif ġej:
(a) |
dawn il-punti għandhom jiddaħħlu wara “sulfat ferruż” “fosfat ferruż tal-ammonju EDTA ferriku tas-sodju” |
(b) |
dan li ġej jiddaħħal wara “sulfat tal-kromu (III) u l-eżaidrat tiegħu”: “pikolinat tal-kromu”. |
Artikolu 3
Il-Kategorija 2 (Minerali) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 953/2009 hija emendata kif ġej:
(a) |
dawn il-punti għandhom jiddaħħlu wara “sulfat ferruż”
|
(b) |
dan li ġej jiddaħħal wara “sulfat tal-kromu (III) u l-eżaidrat tiegħu”:
|
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.
(2) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.
(3) ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.
(4) ĠU L 314, 1.12.2009, p. 36.
(5) ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9.