|
12.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1147/2011
tal-11 ta’ Novembru 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 u li jimplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward tal-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 4(2) u 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni teħtieġ tadotta miżuri ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tal-istandards bażiċi komuni stabbiliti fl-Anness għal dak ir-Regolament billi tissupplimentahom. |
|
(2) |
L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 jgħid ukoll li l-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness ta’ dak ir-Regolament, kif issupplimentati bil-miżuri ġenerali adotatti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 4(2). |
|
(3) |
B’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 (2) li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, jistipula miżuri ġenerali fir-rigward tal-metodi permessi ta’ skrinjar għall-passiġġieri kif stipulat fit-Taqsima A tal-Anness tiegħu. |
|
(4) |
Sabiex l-użu ta’ scanners tas-sigurtà jkun awtorizzat bħala metodu għall-iskrinjar tal-passiġġieri, għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet dwar dan l-użu, l-istandards minimi ta’ prestazzjoni ta’ individwazzjoni u l-kundizzjonijiet minimi operattivi. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 (3) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
L-iscanners tas-sigurtà għandhom jitqiegħdu u jintużaw f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (4); id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esponiment ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (5) |
|
(7) |
Billi jistabbilixxi kundizzjonijiet operazzjonali speċifiċi dwar l-użu ta’ scanners tas-sigurtà u minħabba li jagħti liċ-ċittadini l-possibbiltà li jkunu soġġetti għal metodi ta’ skrinjar alternattivi, dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tat-tfal, id-dritt għal-libertà tat-twemmin u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
f’Kapitolu 4, il-punt 4.1.1.1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
f’Kapitolu 4, il-punt 4.1.1.2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fil-Kapitolu 4, għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(4) |
f’Kapitolu 11, il-punt 11.3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “11.3. ĊERTIFIKAZZJONI JEW APPROVAZZJONI
|
|
(5) |
fil-Kapitolu 11, għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(6) |
Fil-Kapitolu 12, għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin: “12.11 SCANNERS TAS-SIGURTÀ 12.11.1 Prinċipji Ġenerali Scanner tas-sigurtà huwa sistema għall-iskrinjar ta’ persuni li huwa kapaċi jindividwa oġġetti tal-metall u mhux tal-metall, distinti mill-ġilda tal-bniedem li jintlibsu fuq il-ġisem jew fil-ħwejjeġ. Scanner tas-sigurtà b’eżaminatur uman, jista’ jikkonsisti f’sistema ta’ individwazzjoni li toħloq immaġni tal-ġisem tal-persuna sabiex jiġi analizzat mill-eżaminatur uman u li tistabbilixxi li l-persuna skrinjata mhix qed iġġorr oġġetti tal-metall u mhux tal-metall, distinti mill-ġilda tal-bniedem. Meta l-eżaminatur uman jidentifika dan l-oġġett, il-post fejn ikun instab għandu jkun ikkomunikat lill-ispettur tas-sigurtà għal tfittxija ulterjuri. F’dan il-każ, l-eżaminatur uman għandu jkun meqjus bħala parti integrali tas-sistema ta’ individwazzjoni. Scanner tas-sigurtà b’individwazzjoni awtomatika ta’ theddid huwa sistema li tikkonsisti f’sistema ta’ individwazzjoni li awtomatikament tidentifika oġġetti tal-metall u mhux tal-metall, distinti mill-ġilda tal-bniedem li tkun qed iġġorr il-persuna li tkun qed tiġi skrinjata. Meta s-sistema tidentifika dan l-oġġett, il-post fejn ikun instab għandu jkun indikat fuq xbiha rappreżentattiva standard tal-figura tal-bniedem lill-ispettur tas-sigurtà. Għall-iskrinjar tal-passiġġieri, scanner tas-sigurtà għandu jissodisfa l-istandards li ġejjin:
L-iscanners tas-sigurtà għandhom isiru disponibbli u użati għall-iskrinjar tal-passiġġieri f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (*1) u mad-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (*2). 12.11.2 Standards għall-iscanners tas-sigurtà Ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni għall-iscanners tas-sigurtà huma stipulati fid-Dokument Mehmuż 12-K, dokument li għandu jkun ikklassifikat bħala ‘CONFIDENTIEL UE’ u jkun ittrattat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2001/844/KE, KEFA, Euratom. L-iscanners tas-sigurtà għandhom jissodisfaw l-istandard definit fid-Dokument Mehmuż 12-K mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
|
|
(7) |
Fil-Kapitolu 12, jiżdied il-dokument Mehmuż 12-K: “ DOKUMENT MEHMUŻ 12-K Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-iscanners tas-sigurtà jinsabu f’Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.”. |