9.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1132/2011
tat-8 ta’ Novembru 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar it-tranżitu ta' kunsinni ta' bajd u prodotti tal-bajd li jibda mill-Belarus jgħaddi mil-Litwanja sat-territorju Russu ta' Kaliningrad
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu ta' punt 1 tal-Artikolu 8, punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli sanitarji ġenerali tal-annimali u li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni fl-Unjoni u l-intoduzzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman tistipola għall-istabbiliment ta’ regoli speċifiċi u ċertifikazzjoni għat-tranżitu. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (2), jistipula li l-komoditajiet koperti b’dak ir-Regolament għandhom ikunu importati biss ġo u jgħaddu mill-Unjoni minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. Dan jistipola wkoll ir-rekwiżiti ta' ċertfikazzjoni veterinarja għal dawn il-komoditajiet. Dawk ir-rekwiżiti jqisu jekk humiex meħtieġa garanziji addizzjonali minħabba l-istat tal-marda f’dawk il-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti. Il-garanziji addizzjonali li l-prodotti jridu jkunu konformi magħhom huma elenkati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
(3) |
L-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipola li l-bajd u l-prodotti tal-bajd li jgħaddu mill-Unjoni għandhom ikollhom magħhom ċertifikat imfassal skont iċ-ċertifikat mudell fl-Anness XI tiegħu u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet li jistipola dak iċ-ċertifikat. |
(4) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeografika iżolata tat-territorju Russu ta' Kaliningrad, l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jidderoga mir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(4) ta' dak ir-Regolament u jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu ta' ċertu kunsinni minn u intiżi għar-Russja u li jgħaddu mil-Latvija, il-Litwanja u l-Polonja. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu kontrolli addizzjonali u l-issiġillar tal-kunsinni. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 241/2010 (3), jelenka l-Belarus bħala pajjiż terz li minnu t-tranżitu tal-bajd u l-prodotti tal-bajd fl-Unjoni hu awtorizzat sat-13 ta' Ottubru 2011. |
(6) |
L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju għamel spezzjoni fil-Belarus f'Marzu 2010. Mill-ispezzjoni ħareġ li l-miżuri li jikkontrollaw l-influwenza avjarja u l-marda ta' Newcastle huma f'posthom f'dak il-pajjiż terz. Madanakollu, il-leġiżlazzjoni tal-Belarus u l-protokolli dwar l-ittestjar fil-laboratorji mhumiex ekwivalenti b'mod sħiħ għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(7) |
Fid-dawl ta' dak li ħareġ minn dik l-ispezzjoni, jista' jiġi konkluż li għall-Unjoni, ir-riskji sanitarji tal-annimali li nħolqu bit-tranżitu ta' kunsinni ta' bajd u prodotti tal-bajd mill-Belarus għat-territorju Russju ta' Kaliningrad huma baxxi ħafna. Iżjed minn hekk, il-Litwanja impenjat ruħha biex twettaq kontrolli addizzjonali fuq it-tali kunsinni meta jidħlu u jħallu t-territorju tagħha. |
(8) |
Fid-dawl ta' dawk l-elementi u l-istrutturi proċedurali diġà eżistenti fir-rigward tat-tranżitu ta' prodotti minn u intiżi għar-Russja, it-tranżitu ta' bajd u prodotti tal-bajd mill-Belarus għal-Litwanja sat-territorju Russu ta' Kaliningrad bil-ferrovija jew mit-triq għandu jibqa' jitħalla, sakemm ikun konformi ma' kundizzjonijiet identiċi għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għal prodotti oħrajn. |
(9) |
Dispożizzjoni ġdida li tidderoga mir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, fir-rigward tat-tranżitu ta' bajd u prodotti tal-bajd mill-Belarus għandha għalhekk tiżdied fl-Artikolu 18 tar-Regolament u l-entrata tal-Belarus fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata b'dal-mod. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat b’dan il-mod. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 18 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 18 Derogi għat-tranżitu mil-Latvija, il-Litwanja u l-Polonja 1. B’deroga mill-Artikolu 4(4), it-tranżitu mit-triq jew bil-ferrovija għandu jkun awtorizzat bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-Latvija, il-Litwanja u l-Polonja mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (*), ta’ kunsinni ta’ laħam, ikkapuljat u laħam tat-tjur separat bil-magni inkluż l-għasafar li ma jtirux u l-għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat bla patoġeni li ġej minn u intiż għar-Russja, direttament jew indirettament minn xi pajjiż terz ieħor, fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. B’deroga mill-Artikolu 4(4), it-tranżitu mit-triq jew bil-ferrovija għandu jiġi awtorizzat bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri fil-Litwanja elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2009/821/KE, ta’ kunsinni ta' bajd u prodotti tal-bajd li ġejjin mill-Belarus u intiżi għat-territorju Russu ta' Kaliningrad, fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
3. Il-kunsinni, kif hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2, m’għandhomx jinħattu jew jinħażnu, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fl-Unjoni. 4. Għandu jsir awditjar regolari mill-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li n-numru ta’ kunsinni, kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, u n-numru ta’ kwantitajiet korrispondenti ta’ prodotti li jitilqu mill-Unjoni jikkorrispondu għan-numru u l-kwantitajiet li jidħlu fl-Unjoni. |
(2) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti 1, l-entrata għall-Belarus tinbidel b’dan li ġej:
|
(2) |
Fil-Parti 2, fis-sezzjoni “Garanziji addizzjonali (GA)”, l-entrata "IX" tinbidel b'dan li ġej:
|