8.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1126/2011
tas-7 ta’ Novembru 2011
li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 dwar l-ammonti għall-finanzjament ta’ skemi ta’ appoġġ speċifiku previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b'mod partikolari ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 69(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 49(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (2), sal-1 ta’ Awwissu ta’ kwalunkwe sena kalendarja mill-2010, l-Istati Membri jistgħu jitolbu r-reviżjoni tal-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-kalkolu stipulat fl-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 meta l-ammont li jirriżulta minn applikazzjoni tal-kalkolu stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(7) ta’ dak ir-regolament għas-sena finanzjarja inkwistjoni jkun fih differenza ta’ aktar minn 20 % mill-ammont iffissat fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009. |
(2) |
Id-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja ressqu talba lill-Kummissjoni għal reviżjoni tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 b’effett mill-2012. |
(3) |
Wara li d-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja ressqu t-talbiet tagħhom, il-Kummissjoni wettqet il-kalkolu neċessarju sabiex tivverifika li l-limitu ta’ 20% msemmi fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 kien intlaħaq fis-sena finanzjarja 2010. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 69(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni użat ir-rata medja tal-modulazzjoni stmata għad-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja rispettivament meta ffissat il-limitu nett stabbilit fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
(4) |
Skont dan il-kalkolu, fil-każ tad-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja, l-ammont li rriżulta mill-applikazzjoni tal-kalkolu stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għas-sena finanzjarja 2010 juri differenza ta’ 47 %, 29 % u 47 % rispettivament mill-ammont iffissat fl-Anness III għar-Regolament (KE) 1120/2009. |
(5) |
L-ammont iffissat għad-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 għandu għaldaqstant jiġi rivedut. Dawn l-ammonti riveduti għandhom ikunu applikabbli mis-sena kalendarja 2012, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 huwa emendat kif ġej:
(a) |
L-annotazzjoni li tikkonċerna d-Danimarka tinbidel b'li ġej:
|
(b) |
L-annotazzjoni li tikkonċerna l-Finlandja tinbidel b'li ġej:
|
(ċ) |
L-annotazzjoni li tikkonċerna s-Slovenja tinbidel b'li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO