28.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1090/2011

tas-27 ta’ Ottubru 2011

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Ottubru 2011 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 tal-10 ta’ Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3), fetaħ u ffissa l-mod tal-ġestjoni ta' ċerti kwoti tarriffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX għal dak ir-Regolament.

(2)

Għall-finijiet tal-kwota bin-numru 09.4138 prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, l-uniku subperjodu huwa x-xahar ta' Ottubru. Din il-kwota tikkonsisti fil-bilanċ tal-kwantitajiet tal-kwoti mhux użati bin-numri 09.4127-09.4128-09.4129-09.4130 tas-subperjodu preċedenti. Ix-xahar ta’ Ottubru huwa l-aħħar subperjodu għall-kwoti bin-numri 09.4148 u 09.4168 previsti fl-Artikolu 1(1), (b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, li jinkludi l-bilanċ tal-kwantitajiet mhux użati tas-subperjodu preċedenti.

(3)

Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4138, it-talba imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Ottubru 2011, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantità disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwota kkonċernata.

(4)

Jeħtieġ ukoll li jkun magħruf il-perċentwal finali ta' użu ta' kull kwota prevista fir-Regolament (KE) Nru 327/98 tul is-sena 2011.

(5)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwota bin-numru tas-serje 09.4138 stipulat bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2011, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-perċentwal finali ta’ użu ta’ kull kwota prevista fir-Regolament (KE) Nru 327/98 tul is-sena 2011, jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299,16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2011 b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u l-perċentwali finali ta’ użu għas-sena 2011:

a)

Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun bil-kodiċi tan-NM 1006 30, prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2011

Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2011

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4127

 

99,45  %

It-Tajlandja

09.4128

 

99,25  %

L-Awstralja

09.4129

 

99,97  %

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 

100  %

Il-pajjiżi kollha

09.4138

1,265432  %

100  %

b)

Kwota ta' ross imnaddaf kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 20, provduta bl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2011

Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2011

Il-pajjiżi kollha

09.4148

 (1)

6  %

c)

Kwota ta' ross miksur, kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40, provduta bl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2011

It-Tajlandja

09.4149

35,38  %

L-Awstralja

09.4150

0  %

Il-Gujana

09.4152

0  %

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4153

100  %

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4154

100  %

d)

Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30, prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2011

It-Tajlandja

09.4112

100  %

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4116

100  %

L-Indja

09.4117

100  %

Il-Pakistan

09.4118

100  %

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

100  %

Il-pajjiżi kollha

09.4166

100  %

e)

Kwota ta' ross miksur li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 40, prevista fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2011

Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2011

Il-pajjiżi kollha

09.4168

 (2)

100  %


(1)  L-ebda applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  L-ebda kwantità mhija disponibbli għal dan is-subperjodu