15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1024/2011

tal-14 ta’ Ottubru 2011

li jemenda għall-159 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-5 ta' Ottubru 2011 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(a)

‘Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai (alias (a) Dr. Ibrahim ‘Awwad Ibrahim ’Ali al-Badri al-Samarrai’, (b) Ibrahim ‘Awad Ibrahim al-Badri al-Samarrai, (c) Ibrahim ‘Awad Ibrahim al-Samarra’i, (d) Dr. Ibrahim Awwad Ibrahim al-Samarra’i, (e) Abu Du’a, (f) Abu Duaa’, (g) Dr. Ibrahim, (h) Abu Bakr al-Baghdadi al-Husayni al-Quraishi, (i) Abu Bakr al-Baghdadi. Titolu: Indirizz: Iraq. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: Samarra, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina Informazzjoni oħra: (a) Mexxej tal-Al-Qaida fl-Iraq; (b) Bħalissa bbażat fl-Iraq; (c) Responsabbli għall-amministrazzjoni u d-direzzjoni ta' operazzjonijiet tal-AQI fuq skala kbira; (d) Huwa magħruf sew bin-nom de guerre (Abu Du’a, Abu Duaa’). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 5.10.2011.’