15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1021/2011

tal-14 ta’ Ottubru 2011

dwar it-tnaqqis ta’ kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2011 minħabba sajd żejjed ta' stokkijiet oħrajn fis-sena ta’ qabel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 105(1) u (2) u (5) tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri konċernati skont l-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għall-2010 kienu stabbiliti:

Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2),

Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010 (3),

Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1287/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet relatati magħhom, għal ċerti stokkijiet ta' ħut, applikabbli fil-Baħar l-Iswed għall-2010 (4), u

Bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1359/2008, (KE) Nru 754/2009, (KE) Nru 1226/2009 u (KE) Nru 1287/2009 (5).

(2)

Il-kwoti tas-sajd għall-2011 kienu stabbiliti:

Bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1124/2010 tad-29 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (6),

Bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (7),

Bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1256/2010 tas-17 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar l-Iswed għall-2011 (8), u

Bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (9).

(3)

Skont il-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbilixxiet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd tal-futur ta’ dak l-Istat Membru billi tapplika ċerti fatturi ta' multiplikazzjoni kif stabbilit fih.

(4)

L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprovdi li, jekk ma jistax isir tnaqqis skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dak l-Artikolu fuq il-kwota fejn ikun sar sajd żejjed minħabba li dik il-kwota mhijiex suffiċjentement disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tista' tnaqqas il-kwoti fis-sena jew snin ta' wara minn stokkijiet jew gruppi ta' stokkijiet oħra disponibbli għal dak l-Istat Membru fl-istess żona ġeografika, jew bl-istess valur kummerċjali.

(5)

Uħud mill-Istati Membri ma għandhom ebda kwota disponibbli għall-2011 għal xi stokkijiet li għalihom kien sar is-sajd żejjed fl-2010. F'dawn il-każijiet, huwa xieraq li dan it-tnaqqis ikun fuq kwoti disponibbli għal dawk l-Istati Membri għal stokkijiet oħra fl-istess żona ġeografika, filwaqt li jitqies il-bżonn illi jiġi evitat l-iskartar tal-ħut f'sajd imħallat.

(6)

L-Istati Membri konċernati ġew ikkonsultati fir-rigward tat-tnaqqis propost u issuġġerew xi bidliet li għandhom jitqiesu mill-Kummissjoni sakemm huwa ġġustifikat.

(7)

It-tnaqqis previst f’dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għat-tnaqqis applikabbli għall-kwoti tal-2011 skont:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (10),

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2011 (11) tat-23 ta’ Settembru 2011 dwar it-tnaqqis minn kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2011, minħabba sajd żejjed ta' stokkijiet oħrajn fis-sena ta’ qabel.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tas-sajd stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1124/2010, (UE) Nru 1225/2010, (UE) Nru 1256/2010, u (UE) Nru 57/2011 għas-sena 2011 qed jitnaqqsu kif muri fl-Anness.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 għandu japplika mingħajr ħsara għat-tnaqqis ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 147/2007 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1016/2011.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 347, 24.12.2009, p. 1.

(5)  OJ L 21, 26.1.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 318, 4.12.2010, p.1.

(7)  ĠU L 336, 21.12.2010, p.1.

(8)  OJ L 343, 29.12.2010, p. 2.

(9)  OJ L 24, 27.1.2011, p. 1.

(10)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 10.

(11)  Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

SM

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem tal-ispeċi

Isem taż-żona

Kwota Inizjali 2010

Ħatt l-art permess għall-2010

(Kwantità totali adattata) (4)

Qabdiet Totali 2010

Sajd żejjed relatat ma' ħatt l-art permess

(%)

Sajd żejjed relatat ma' ħatt l-art permess

(kwantità f'tunnellati)

Fattur ta' multiplikazzjoni 105(2)

Fattur ta' multiplikazzjoni 105(3)

Tnaqqis għall-2011

Kwota inizjali għall-2011

Kwantità riveduta għall-2011

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

(15)

DNK

DGS

03A-C.

Mazzola griża

L-ilmijiet tal-UE taż-żona IIIa

0,00  (1)

0,00

3,60

Mhux applikabbli

3,60

1

1

–3,60

0,00

 (*)

DNK

COD

03AN.

Merluzz

Skagerrak

 

 

 

 

 

 

 

–3,60

3 068,00  (2)

3 064,40

FRA

DGS

15X14

Mazzola griża

L-ilmijiet internazzjonali u tal-UE taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV

0,00  (1)

84,00

158,30

88,45

74,30

1

1

–74,30

0,00

 (*)

FRA

LIN

6X14.

Lipp

L-ilmijiet internazzjonali u tal-UE taż-żoni VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

 

 

 

 

 

 

 

–74,30

2 293,00  (2)

2 218,70

FRA

DGS

2AC4-C

Mazzola griza

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV

0,00  (1)

5,00

10,70

114,00

5,70

1

1

–5,70

0,00

 (*)

FRA

ANF

2AC4-C

Petriċi

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV

 

 

 

 

 

 

 

–5,70

70,00  (2)

64,30

FRA

DWS

56789-

Klieb il-baħar tal-baħar fond

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX

0,00  (1)

98,00

131,30

33,98

33,30

1

1

–33,30

10,17  (3)

 (*)

FRA

RNG

5B67-

Roundnose grenadier

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII

 

 

 

 

 

 

 

–33,30

2 409,00  (3)

2 375,70

GBR

FLX

05B-F

Ħut ċatt

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb

204,00  (1)

217,00

252,20

16,22

35,20

1

1

–35,20

0,00

 (*)

GBR

PLE

561214

Barbun tat-tbajja’

VI; L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żona Vb; L-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

 

 

 

 

 

 

 

–35,20

408,00  (2)

372,80


(*)  Għandu jsir tnaqqis fl-istokk li ġej

(1)  Kwantità kif ġiet iffissata bir-Regolament (UE) Nru 53/2010.

(2)  Kwantità kif ġiet iffissata bir-Regolament (UE) Nru 57/2011.

(3)  Kwantità kif ġiet iffissata bir-Regolament (UE) Nru 1225/2010.

(4)  Il-kwoti huma disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji ta' opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59), it-trasferimenti ta' kwoti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u/jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.