8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 996/2011

tas-7 ta’ Ottubru 2011

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 657/2008, (KE) Nru 1276/2008 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-obbligi ta’ notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 102, l-Artikolu 103h, l-Artikolu 170, il-punt (c) u l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (2) jistipula regoli komuni għan-notifikazzjoni ta' informazzjoni u dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli jkopru partikolarment l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta' informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess għall-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Minbarra dan, ir-Regolament jistabbilixxi prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta' informazzjoni sabiex jiggarantixxu l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibbiltà tul iż-żmien tad-dokumenti u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, l-obbligu li jintużaw is-sistemi ta' informazzjoni skont dak ir-Regolament għandu jiġi pprovdut fir-Regolamenti li jistabbilixxu obbligu ta' notifika speċifiku.

(3)

Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta' informazzjoni li tippermettilha timmaniġġja b'mod elettroniku dokumenti u proċeduri fi ħdan il-proċeduri interni ta' ħidma tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni.

(4)

Huwa kkunsidrat li diversi obbligi ta’ notifiki jistgħu jitwettqu permezz ta’ dik is-sistema skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, b’mod partikolari dawk ipprovduti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 657/2008 tal-10 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lit-tfal tal-iskola f’ċerti stabbilimenti tal-edukazzjoni (3), (KE) Nru 1276/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-monitoraġġ, permezz ta’ verifiki fiżiċi tal-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jirċievu rifużjonijiet jew somom oħra (4) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (5).

(5)

Fl-interess tal-amministrazzjoni effiċjenti u meta tiġi kkunsidrata l-esperjenza, uħud min-notifiki għandhom jiġu ssimplifikati u speċifikati f’dawk ir-Regolamenti.

(6)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 657/2008, (KE) Nru 1276/2008 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandhom jiġu emendati skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 657/2008 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Notifiki

1.   Sal-31 ta’ Jannar segwenti għal tmiem il-perjodu preċedenti li jirrikorri mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja elenkata skont l-applikant kif definita fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament:

(a)

L-għadd ta' Applikanti;

(b)

L-għadd ta' Applikanti kkontrollati.

(c)

L-għadd totali ta’ stabbilimenti edukattivi li għalihom l-applikanti kkontrollati wasslu l-prodotti eleġibbli għall-għajnuna mill-Komunità u l-għadd ta’ dawn l-istabbilimenti edukattivi kkontrollati fuq il-post.

(d)

L-għadd ta’ spezzjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-prodotti:

(e)

L-għadd ta’ għajnuna mitluba, imħallsa u kkontrollata fuq il-post (f’euro);

(f)

It-tnaqqis ta’ għajnuna wara l-ispezzjonijiet amministrattivi (f’euro);

(g)

It-tnaqqis ta’ għajnuna minħabba applikazzjoni tard skont l-Artikolu 11(3) (f’euro);

(h)

L-għajnuna rkuprata wara spezzjonijiet fuq il-post skont l-Artikolu 15(9) (f’euro);

(i)

Is-sanzjonijiet applikati f’każ ta’ frodi skont l-Artikolu 15(10) (f’euro);

(j)

L-għadd ta’ applikanti li rtiraw jew li kienu sospiżi skont l-Artikolu 10.

2.   Qabel il-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’tal-inqas l-informazzjoni li ġejja relatata mal-perjodu preċedenti mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju:

(a)

il-kwantitajiet tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati f’kategoriji u subkategoriji li għalihom tkun tħallset l-għajnuna;

(b)

il-kwantità massima permissibbli;

(c)

in-nefqa tal-UE;

(d)

l-għadd approssimattiv ta’ studenti li jipparteċipaw fl-iskema tal-ħalib fl-iskejjel;

(e)

iż-żieda nazzjonali.

3.   In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*).

Artikolu 2

Fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1276/2008 it-tieni paragrafu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (**).

Artikolu 3

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 97, it-tieni sentenza tal-punt (b) tinbidel b’dan li ġej:

“Ir-rapport annwali għandu jiġbor fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XIV u n-notifiki tiegħu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (***);

(***)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”;"

(2)

fl-Anness XIV, jitħassar il-parti A, il-punt 1(b).

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 183, 11.7.2008, p. 17.

(4)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 53.

(5)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.