6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 991/2011
tal-5 ta’ Ottubru 2011
li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tad-dħul tal-Afrika t’Isfel fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom f'dak li jirrigwarda influwenza tat-tjur patoġenika ħafna
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1), u l-Artikolu 24(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (3) tistabbilixxi regoli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kunsinni ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet minnhom, minn fejn għandhom jiġu awtorizzati dawn l-importazzjonijiet, it-tranżitu u l-ħażna, u tistabbilixxi l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, u r-regoli dwar l-oriġini u t-trattamenti meħtieġa għal dawk il-prodotti importati. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (5), jistabbilixxi rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluża l-ħażna matul it-tranżitu, ta’ tjur, bajd li qegħdin ifaqqsu, flieles li għandhom ġurnata u bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni, laħam, laħam ikkapuljat u laħam tat-tiġieġ isseparat b'mod mekkaniku, li jinkludi ratiti, għasafar tal-kaċċa slavaġ, bajd u prodotti tal-bajd. Dak ir-Regolament jistipula li dawk il-prodotti bażiċi għandhom jiġu importati biss lejn l-Unjoni mill-pajjiżi terzi, jew territorji, żoni jew kompartimenti li huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(4) |
Peress li dan l-aħħar l-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna faqqat fl-Afrika t’Isfel, id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 ġew emendati permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2011 (6), sabiex jiġu preskritti trattamenti speċifiċi għall-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel ta’ prodotti tal-laħam, stonkijiet trattati, bżieżaq tal-awrina u intestini għall-konsum uman ġejjin mill-laħam ta’ ratiti mrobbija fl-irziezet u ta’ biltong/jerky u prodotti tal-laħam ippasturizzati li jikkonsistu f'laħam tat-tjur tal-kaċċa tal-irziezet, ratiti u għasafar tal-kaċċa slavaġ, mit-territorju kollu tal-Afrika t’Isfel kopert bir-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
(5) |
L-Afrika t’Isfel issottomettiet tagħrif lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ kontroll li ttieħdu b'rabta mat-tifqigħa riċenti tal-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna. Il-Kummissjoni evalwat dak it-tagħrif u l-qagħda epidemjoloġika wara dawk it-tifqigħat fl-Afrika t’Isfel. |
(6) |
Barra minn hekk, it-Tim Veterinarju għall-Emerġenzi tal-Unjoni wettaq missjoni fl-Afrika t’Isfel biex jevalwa s-sitwazzjoni u biex jagħti rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kontroll tal-marda. |
(7) |
L-Afrika t’Isfel implimentat politika ta’ qerda sabiex tiġi kkontrollata l-marda u jiġi limitat it-tixrid tagħha. Barra minn hekk, l-Afrika t’Isfel qed twettaq attivitajiet ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur li jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
(8) |
Ir-riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tal-qagħda tal-marda u l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi mwettqa mill-Afrika t’Isfel jippermettu li r-restrizzjonijiet jiġu limitati għal importazzjonijiet ta’ laħam tar-ratiti fl-Unjoni għall-parti tat-territorju tal-Afrika t’Isfel li ntlaqat minn din il-marda, li tpoġġiet taħt restrizzjonijiet mill-Afrika t’Isfel. Madankollu, ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta’ ratiti ħajjin u l-bajd tagħhom li jfaqqsu għandhom jibqgħu għat-territorju kollu tal-Afrika t’Isfel minħabba r-riskju ogħla ta’ introduzzjoni potenzjali ta’ vajrus fl-Unjoni. |
(9) |
Fir-rigward tat-trattamenti stipulati fid-Deċiżjoni 2007/777/KE għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam, stonkijiet trattati, bżieżaq tal-awrina u msaren għall-konsum uman kif ukoll għall-biltong/jerky u prodotti tal-laħam ippasturizzati, it-trattamenti li ngħataw qabel ma faqqat l-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna għandhom jerġgħu jingħataw għal dawk il-prodotti bażiċi li joriġinaw mill-parti tat-territorju tal-Afrika t’Isfel fejn m'hemmx il-marda. |
(10) |
Il-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE telenka t-territorji jew il-partijiet tat-territorji ta’ pajjiżi terzi li għalihom tapplika r-reġjonalizzazzjoni minħabba raġunijiet tas-saħħa tal-annimali. L-annotazzjoni tal-Afrika t’Isfel għandha tiġi emendata sabiex iżżomm kont tal-qagħda l-ġdida tal-marda fir-rigward l-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna f'dan il-pajjiż terz u l-konsegwenzi li jirriżultaw għar-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti affettwati. |
(11) |
Id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(5) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.
ANNESS I
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hu emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti 1, l-annotazzjoni għall-Afrika t’Isfel hija mibdula b’li ġej:
|
(2) |
fil-Parti 2, l-annotazzjoni għall-Afrika t’Isfel hija mibdula b’li ġej:
|
(3) |
fil-Parti 3, l-annotazzjoni għall-Afrika t’Isfel hija mibdula b’li ġej:
|
ANNESS II
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Afrika ta’ Isfel hija mibdula b'li ġej:
“ZA – l-Afrika t'Isfel |
ZA-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
|||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4” |
||||||||||
BPR |
I |
P2 |
9.4.2011 |
|
A |
|
|
||||||||||
DOR |
II |
||||||||||||||||
HER |
III |
||||||||||||||||
ZA-1 |
Il-pajjiż kollu ħlief ZA-2 |
RAT |
VII |
|
|
9.10.2011 |
|
|
|
||||||||
ZA-2 |
Il-parti tat-territorju bejn dawn il-konfini li ġejjin:
|
RAT |
VII |
P2 |
9.4.2011 |
|
|
|
|