24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 939/2011
tat-23 ta’ Settembru 2011
li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 617/2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1) u b’mod partikulari l-Artikolu 121(f) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Litwana tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 (2) fiha ħafna żbalji. Wieħed mill-iżbalji jidher fl-Anness multilingwi Nru II u għalhekk dak l-Anness għandu jiġi kkoreġut fil-verżjonijiet tal-lingwi kollha. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 617/2008 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif xieraq. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 617/2008 ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 557/2010 (3). It-titlu l-ġdid tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 617/2008 kif mibdul bir-Regolament (UE) Nru 557/2010 ukoll fih żball fil-verżjoni bil-lingwa Litwana u dan għandu jiġi kkoreġut. L-emendi l-oħra li saru għar-Regolament (KE) Nru 617/2008 permezz tar-Regolament ta' emenda ma fihomx żbalji. Għalhekk, dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 617/2008 ma għandhomx għalfejn jiġu kkoreġuti. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Litwana.
Artikolu 2
L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 617/2008 huwa mibdul bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1
(3) ĠU L 159, 25.6.2010, p. 13.
ANNESS
“ANNESS II
Il-marki msemmija fl-Artikolu 3(4)
— |
: |
Bil-Bulgaru |
: |
яйца за люпене |
— |
: |
bl-Ispanjol |
: |
huevos para incubar |
— |
: |
biċ-Ċek |
: |
násadová vejce |
— |
: |
bid-Daniż |
: |
Rugeæg |
— |
: |
bil-Ġermaniż |
: |
Bruteier |
— |
: |
bl-Estonjan |
: |
Haudemunad |
— |
: |
bil-Grieg |
: |
αυγά προς εκκόλαψιν |
— |
: |
bl-Ingliż |
: |
eggs for hatching |
— |
: |
bil-Franċiż |
: |
œufs à couver |
— |
: |
bit-Taljan |
: |
uova da cova |
— |
: |
bil-Latvjan |
: |
inkubējamas olas |
— |
: |
bil-Litwan |
: |
perinti skirti kiaušiniai |
— |
: |
bl-Ungeriż |
: |
keltetőtojás |
— |
: |
bil-Malti |
: |
bajd tat-tifqis |
— |
: |
bl-Olandiż |
: |
broedeieren |
— |
: |
bil-Pollakk |
: |
jaja wylęgowe |
— |
: |
bil-Portugiż |
: |
ovos para incubação |
— |
: |
bir-Rumen |
: |
ouă puse la incubat |
— |
: |
bis-Slovak |
: |
násadové vajcia |
— |
: |
bis-Sloven |
: |
valilna jajca |
— |
: |
bil-Finlandiż |
: |
munia haudottavaksi |
— |
: |
bl-Isvediż |
: |
kläckägg” |