REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 914/2011
tat-13 ta’ Settembru 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 605/2010 li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
(1)
Ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (2) li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman, jipprevedi li l-kunsinji tal-ħalib mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman, awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni, għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell xieraq stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II tiegħu għall-prodott bażiku kkonċernat (“il-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa”).
(2)
Għandu jiġi ċċarat li r-rekwiżit rigward l-użu tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa previsti f’dak ir-Regolament huwa bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni stipulati f’Atti oħra tal-Unjoni jew fi Ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.
Ċertu prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament (UE) Nru 605/2010 ma’ jaqgħux taħt il-kodiċijiet tal-prodotti bażiċi fil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa. Sabiex ikun hemm identifikazzjoni aktar preċiża ta’ dawk il-prodotti bażiċi fil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa, huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu emendati u jiżdiedu l-kodiċijiet HS nieqsa, b’mod partikolari fir-rigward tal-kodiċijiet HS 35.01 u 35.02 (kaseina, kaseinati u albumini).
(5)
Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat fil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa li r-rekwiżiti rigward ir-residwi tal-antibijotiċi, il-kontaminanti u r-residwi tal-pestiċidi jistgħu jiġu bbażati fuq is-sejbiet tal-programmi uffiċjali ta’ monitoraġġ li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
(6)
Għar-raġunijiet ta’ ċarezza u trasparenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jiġu sostitwiti mill-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
(7)
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 għandu jiġi emendat skont dan.
(8)
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1)
Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:
“Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi stabbiliti f’atti oħra tal-Unjoni jew fi Ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.”
(2)
L-Anness II għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta’ Novembru 2011, il-kunsinji tal-ħalib mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-ħalib li għalihom ikunu ħarġu ċ-ċertifikati tas-saħħa rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiddaħħlu fl-Unjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Fl-Anness II, il-partijiet 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
“PARTI 2
Mudell Milk-RM
Ċertifikat tas-Saħħa għall-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsub għall-ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea qabel ma jintuża għall-konsum uman.
Jien, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju mid-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva 2002/99/KE u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 u b'dan niċċertifika li l-ħalib mhux ipproċessat deskritt hawn fuq inkiseb minn annimali:
(a) taħt il-kontroll tas-servizz veterinarju uffiċjali,
(b) li kienu f'pajjiż jew f'parti minnu ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u r-rinderpest (pesta tal-bovini) għall-perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data ta’ dan iċ-ċertifikat, u fejn ma twettaqx tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul dak il-perjodu.
(c) ġejjin minn impriżi li ma kenux taħt restrizzjonijiet minħabba l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew ir-rinderpest, u
(d) soġġetti għal spezzjonijiet veterinarji regolari biex jiżguraw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fid-Direttiva 2002/99/KE;
II.2. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa Pubblika
Jien, l-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 u b'dan niċċertifika li l-ħalib mhux ipproċessat deskritt hawn fuq ġie prodott skont dawk id-dispożizzjonijiet, b'mod partikolari li:
(a) ġej minn impriżi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u kkontrollati skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 854/2004,
(b) ġie prodott, inġabar, tkessaħ, inħażen u ġie ttrasportat skont il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-iġjene stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004,
(c) jissodisfa l-kriterji tal-plate count u tal-għadd somatiku taċ-ċelloli stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004,
(d) il-garanziji fuq l-istatus tar-residwi tal-ħalib mhux ipproċessat ipprovduti mill-pjanijiet ta’ monitoraġġ għad-detezzjoni tar-residwi jew is-sustanzi ppreżentati skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE, u b'mod partikolari, l-Artikolu 29 tagħha, huma ssodisfati;
(e) skont l-ittestjar għar-residwi ta’ farmaċewtiċi antibatteriċi mwettaq mill-operatur tan-negozju tal-ikel skont ir-rekwiżiti tal-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, il-Parti III, il-punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, dan jikkonforma mal-limiti massimi tar-residwi għar-residwi tal-prodotti veterinarji mediċinali antibatteriċi stipulati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010;
(f) ġie prodott taħt kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-konformità mal-livelli massimi tar-residwi għall-pestiċidi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u l-livelli massimi għall-kontaminanti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.
Rimarki
Dan iċ-ċertifikat huwa maħsub għall-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsub għall-ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea qabel ma jintuża għall-konsum uman.
Parti I:
Kaxxa I.7: Agħti l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż jew parti minnu kif jidhru fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.
Kaxxa I.11: Isem, indirizz u numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment li qed jibgħat
Kaxxa I.15: In-numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u vettura tat-triq), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (bastiment). Fil-każ ta’ ħatt u t-tagħbija mill-ġdid, il-kunsinnatur għandu jinforma lill-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera bid-dħul fl-Unjoni Ewropea.
Kaxxa I.19: Uża l-kodiċi adattat tas-Sistema Armonizzata (HS) taħt l-intestaturi li ġejjin: 04.01; 04.02 jew 04.03.
Kaxxa I.20: Indika l-piż gross totali u l-piż nett totali.
Kaxxa I.23: Għal kontejners jew kaxxi, in-numru tal-kontejner u n-numru tas-siġill (jekk ikun il-każ) għandhom jiġu inklużi.
Kaxxa I.28: Impjant tal-manifattura: daħħal in-numru ta’ approvazzjoni tal-azjenda/azjendi tal-produzzjoni, iċ-ċentru tal-ġbir jew iċ-ċentru tal-istandardizzazzjoni approvat għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea.
Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Tapplika l-istess regola għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati fil-karta jew marka tal-ilma.
Il-veterinarju uffiċjali
Isem (b’ittri kbar):
Kwalifika u titlu:
Data:
Firma:
Timbru:
Mudell Milk-RMP
Ċertifikat tas-Saħħaa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea
Prodotti tal-ħalib imnissla mill- ħalib mhux ipproċessat għall-konsum uman
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.1. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa tal-Annimali
Jien, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju mid-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva 2002/99/KE u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 u b'dan niċċertifika li l-prodotti tal-ħalib deskritti hawn fuq ġew immanifatturati minn ħalib mhux ipproċessat li nkiseb minn annimali:
(a) taħt il-kontroll tas-servizz veterinarju uffiċjali,
(b) li kienu f'pajjiż jew f'parti minnu ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u r-rinderpest (pesta tal-bovini) għall-perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data ta’ dan iċ-ċertifikat, u fejn ma twettaqx tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul dak il-perjodu,
(c) ġejjin minn impriżi li ma kenux taħt restrizzjonijiet minħabba l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew ir-rinderpest, u,
(d) soġġetti għal spezzjonijiet veterinarji regolari biex jiżguraw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fid-Direttiva 2002/99/KE;
II.2. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa Pubblika
Jien, l-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 u b'dan niċċertifika li l-prodott tal-ħalib magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat deskritt hawn fuq ġie prodott skont dawk id-dispożizzjonijiet, b'mod partikolari li:
(a) ġie manifatturat minn ħalib mhux ipproċessat li:
(i) ġej minn impriżi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u kkontrollati skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 854/2004,
(ii) ġie prodott, inġabar, tkessaħ, inħażen u ġie ttrasportat skont il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-iġjene stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004,
(iii) jissodisfa l-kriterji tal-plate count u tal-għadd somatiku taċ-ċelloli stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004,
(iv) jikkonforma mal-garanziji fuq l-istatus tar-residwi tal-ħalib mhux ipproċessat ipprovduti mill-pjanijiet ta’ monitoraġġ għad-detezzjoni tar-residwi jew is-sustanzi ppreżentati skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE, u b'mod partikolari, l-Artikolu 29 tagħha,
(v) skont l-ittestjar għar-residwi ta’ farmaċewtiċi antibatteriċi mwettaq mill-operatur tan-negozju tal-ikel skont ir-rekwiżiti tal-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, il-Parti III, il-punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jikkonforma mal-limiti massimi tar-residwi għar-residwi tal-prodotti veterinarji mediċinali antibatteriċi stipulati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010;
(vi) ġie prodott taħt kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-konformità mal-livelli massimi tar-residwi għall-pestiċidi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u l-livelli massimi għall-kontaminanti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.
(b) ġej minn stabbiliment li jimplimenta programm ibbażat fuq il-prinċipji HACCP skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004;
(c) inkiseb minn ħalib mhux ipproċessat li ma għadda minn l-ebda trattament ta’ tisħin u l-ebda trattament fiżiku jew kimiku matul il-proċess ta’ manifattura,
(d) tgeżwer, sarlu imballaġġ u ġie ttikkettat skont il-Kapitoli III u IV tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004,
(e) jissodisfa l-kriterji mikrobijoloġiċi rilevanti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel, u
(f) il-garanziji li jkopru l-annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom ipprovduti mill-pjanijiet dwar ir-residwi li ġew ippreżentati skont id-Direttiva 96/23/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tagħha, ġew issodisfati.
Prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat għall-konsum uman
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
Rimarki
Dan iċ-ċertifikat huwa maħsub għal prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib mhux ipproċessat, minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.
Parti I:
Kaxxa I.7: Agħti l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż jew parti minnu kif jidhru fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.
Kaxxa I.11: Isem, indirizz u numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment li qed jibgħat.
Kaxxa I.15: In-numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u vettura tat-triq), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (bastiment). F'każ ta’ trasport f'kontejners, in-numru totali tal-kontejners u n-numri tar-reġistrazzjoni tagħhom, u fejn hemm numru tas-serje tas-siġill, irid ikun indikat fil-kaxxa I.23. Fil-każ ta’ ħatt jew tagħbija mill-ġdid, min qed jikkunsinna għandu jinforma lill-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera bid-dħul tiegħu fl-Unjoni Ewropea.
Kaxxa I.19: Uża l-kodiċi adattat tas-Sistema Armonizzata (HS) taħt l-intestaturi li ġejjin: 04.01; 04.02; 04.03; 04.04; 04.05; 04.06; 17.02; 21.05; 22.02; 35.01; 35.02 jew 35.04.
Kaxxa I.20: Indika l-piż gross totali u l-piż nett totali.
Kaxxa I.23: Għal kontejners jew kaxxi, in-numru tal-kontejner u n-numru tas-siġill (jekk ikun il-każ) għandhom jiġu inklużi.
Kaxxa I.28: Impjant tal-manifattura: daħħal in-numru ta’ approvazzjoni tal-azjenda/azjendi tal-produzzjoni, iċ-ċentru tal-ġbir jew iċ-ċentru tal-istandardizzazzjoni approvat għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea.
Parti II:
Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Tapplika l-istess regola għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati fil-karta jew marka tal-ilma.
Il-veterinarju uffiċjali
Isem (b’ittri kbar):
Kwalifika u titlu:
Data:
Firma:
Timbru:
Mudell Milk-HTB
Ċertifikat tas-Saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib tal-baqar, ngħaġ, mogħoż u bufli għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna B tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea
Prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib tal-baqar, ngħaġ, mogħoż u bufli għall-konsum uman minn pajjiżi terzi awtorizzati fil-kolonna B
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.1. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa tal-Annimali
Jien, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju mid-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva 2002/99/KE u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 u b'dan niċċertifika li l-prodott tal-ħalib deskritt hawn fuq:
(a) inkiseb minn annimali:
(i) taħt il-kontroll tas-servizz veterinarju uffiċjali,
(ii) li kienu f'pajjiż jew f'parti minnu ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u r-rinderpest (pesta tal-bovini) għall-perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data ta’ dan iċ-ċertifikat, u fejn ma twettaqx tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul dak il-perjodu,
(iii) ġejjin minn impriżi li ma kenux taħt restrizzjonijiet minħabba l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew ir-rinderpest, u,
(iv) soġġetti għal spezzjonijiet veterinarji regolari biex jiżguraw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fid-Direttiva 2002/99/KE,
(b) għadda minn jew ġie prodott minn ħalib mhux ipproċessat li ġie sottomess għal trattament ta’ pasturizzazzjoni li jinvolvi trattament uniku ta’ tisħin b'effett ta’ tisħin mill-inqas ekwivalenti għal dak miksub minn proċess ta’ pasturizzazzjoni ta’ mill-inqas 72 C għal 15-il sekonda u fejn applikabbli, biżżejjed biex jiżgura reazzjoni negattiva għal test tal-alkalina fosfatażi applikat immedjatament wara t-trattament ta’ tisħin.
II.2. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa Pubblika
Jien, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 u b'dan niċċertifika li l-prodott tal-ħalib deskritt hawn fuq ġie prodott skont dawk id-dispożizzjonijiet, b'mod partikolari li:
(a) ġie manifatturat minn ħalib mhux ipproċessat li:
(i) ġej minn impriżi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u kkontrollati skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 854/2004,
(ii) ġie prodott, inġabar, tkessaħ, inħażen u ġie ttrasportat skont il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-iġjene stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004,
(iii) jissodisfa l-kriterji tal-plate count u tal-għadd somatiku taċ-ċelloli stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004,
(iv) jikkonforma mal-garanziji fuq l-istatus tar-residwi tal-ħalib mhux ipproċessat ipprovduti mill-pjanijiet ta’ monitoraġġ għad-detezzjoni tar-residwi jew is-sustanzi ppreżentati skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE, u b'mod partikolari, l-Artikolu 29 tagħha,
(v) skont l-ittestjar għar-residwi ta’ farmaċewtiċi antibatteriċi mwettaq mill-operatur tan-negozju tal-ikel skont ir-rekwiżiti tal-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu I, il-Parti III, il-punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jikkonforma mal-limiti massimi tar-residwi għar-residwi tal-prodotti veterinarji mediċinali antibatteriċi stipulati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010,
(vi) ġie prodott taħt kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-konformità mal-livelli massimi tar-residwi għall-pestiċidi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u l-livelli massimi għall-kontaminanti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.
(b) ġej minn stabbiliment li jimplimenta programm ibbażat fuq il-prinċipji HACCP skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004,
(c) ġie pproċessat, inħażen, tgeżwer, ġie imballat u trasportat skont il-kundizzjonijiet ta’ iġjene rilevanti stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-Kapitolu II tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004,
(d) jissodisfa l-kriterji rilevanti tas-saħħa stipulati fil-Kapitolu II tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-kriterji mikrobijoloġiċi rilevanti stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel,
(e) il-garanziji li jkopru l-annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom ipprovduti mill-pjanijiet dwar ir-residwi li ġew ippreżentati skont id-Direttiva 96/23/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tagħha, ġew issodisfati.
Prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib tal-baqar, ngħaġ, mogħoż u bufli għall-konsum uman minn pajjiżi terzi awtorizzati fil-kolonna B
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
Rimarki
Dan iċ-ċertifikat huwa maħsub għal prodotti tal-ħalib għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.
Parti I:
Kaxxa I.7: Agħti l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż jew parti minnu kif jidhru fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.
Kaxxa I.11: Isem, indirizz u numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment li qed jibgħat.
Kaxxa I.15: In-numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u vettura tat-triq), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (bastiment). F'każ ta’ trasport f'kontejners, in-numru totali tal-kontejners u n-numri tar-reġistrazzjoni tagħhom, u fejn hemm numru tas-serje tas-siġill, irid ikun indikat fil-kaxxa I.23. Fil-każ ta’ ħatt u t-tagħbija mill-ġdid, il-kunsinnatur għandu jinforma lill-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera bid-dħul fl-Unjoni Ewropea.
Kaxxa I.19: Uża l-kodiċi adattat tas-Sistema Armonizzata (HS) taħt l-intestaturi li ġejjin 04.01; 04.02; 04.03; 04.04; 04.05; 04.06; 17.02; 21.05; 22.02; 35.01; 35.02 jew 35.04.
Kaxxa I.20: Indika l-piż gross totali u l-piż nett totali.
Kaxxa I.23: Għal kontejners jew kaxxi, in-numru tal-kontejner u n-numru tas-siġill (jekk ikun il-każ) għandhom jiġu inklużi.
Kaxxa I.28: Impjant tal-manifattura: daħħal l-isem u n-numru tal-approvazzjoni tat-trattament u/jew l-istabbiliment(i) approvat(i) tal-ipproċessar għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea.
Parti II:
Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Tapplika l-istess regola għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati fil-karta jew marka tal-ilma.
Il-veterinarju uffiċjali
Isem (b’ittri kbar):
Kwalifika u titlu:
Data:
Firma:
Timbru:
Mudell Milk-HTC
Ċertifikat tas-Saħħa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna C tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea
Prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi awtorizzati fil-kolonna C
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.1. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa tal-Annimali
Jien, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju mid-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva 2002/99/KE u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 u b'dan niċċertifika li l-prodott tal-ħalib deskritt hawn fuq:
(a) inkiseb minn annimali:
(i) taħt il-kontroll tas-servizz veterinarju uffiċjali,
(ii) ġejjin minn impriżi li ma kenux taħt restrizzjonijiet minħabba l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew ir-rinderpest, u,
(iii) soġġetti għal spezzjonijiet veterinarji regolari biex jiżguraw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fid-Direttiva 2002/99/KE,
(1) jew [(b) fil-każ ta’ prodotti tal-ħalib magħmula minn ħalib mhux ipproċessat li nkiseb minn baqar, ngħaġ, mogħoż jew bufli li qabel l-importazzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, għaddew minn:
(1) jew [(i) proċess ta’ sterilizzazzjoni, biex jinkiseb valur F0 ta’ tlieta jew aktar;]
(1) inkella [(ii) trattament ta’ temperatura partikolarment għolja (ultra high temperature - UHT) ta’ mhux inqas minn 135°C flimkien ma’ ħin adattat ta’ ħażna;]
(1) inkella [(iii) trattament ta’ pasturizzazzjoni ta’ temperatura għolja u ħin qasir (high temperature short time pasteurisation treatment - HTST) fi 72°C għal 15-il sekonda applikat darbtejn għall-ħalib b'pH daqs jew aktar minn 7.0 li jikseb, meta applikabbli, reazzjoni negattiva għal test ta’ alkalina fosfatażi, applikat minnufih wara t-trattament ta’ sħana;]
(1) inkella [(iv) trattament b'effett ta’ pasturizzazzjoni ekwivalenti għall-punt (iii) li jikseb, fejn applikabbli, reazzjoni negattiva għal test ta’ alkalina fosfatażi, applikat minnufih wara t-trattament ta’ sħana;]
(1) inkella [(v) trattament HTST b'pH inqas minn 7.0;]
(1) inkella [[(vi) trattament HTST ikkombinat ma’ trattament fiżiku ieħor billi
(1) jew [(vi) (1) jitnaqqas il-pH taħt 6 għal siegħa;]
(1) inkella [(vi) (2) tisħin addizzjonali ta’ 72°C jew iktar, ikkombinat ma’ tnixxif;]]
(1) inkella [(b) fil-każ ta’ prodotti tal-ħalib magħmula minn ħalib mhux ipproċessat li nkiseb minn annimali li mhumiex baqar, ngħaġ, mogħoż jew bufli li qabel l-importazzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, għaddew minn:
(1) jew [(i) proċess ta’ sterilizzazzjoni, biex jinkiseb valur F0 ta’ tlieta jew aktar;]
(1) inkella [(ii) trattament ta’ temperatura partikolarment għolja (ultra high temperature - UHT) ta’ mhux inqas minn 135°C flimkien ma’ ħin adattat ta’ ħażna;]]
II.2. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa Pubblika
Jien, l-ispettur uffiċjali hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 u b'dan niċċertifika li l-prodott tal-ħalib deskritt hawn fuq ġie prodott skont dawk id-dispożizzjonijiet, b'mod partikolari li:
(a) ġie manifatturat minn ħalib mhux ipproċessat li:
(i) ġej minn impriżi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u kkontrollati skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 854/2004;
(ii) ġie prodott, inġabar, tkessaħ, inħażen u ġie ttrasportat skont il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-iġjene stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
(iii) jissodisfa l-kriterji tal-plate count u tal-għadd somatiku taċ-ċelloli stipulati fil-Kapitolu I tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
(iv) jikkonforma mal-garanziji fuq l-istatus tar-residwi tal-ħalib mhux ipproċessat ipprovduti mill-pjanijiet ta’ monitoraġġ għad-detezzjoni tar-residwi jew is-sustanzi ppreżentati skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE, u b'mod partikolari, l-Artikolu 29 tagħha,;
(v) skont l-ittestjar għar-residwi ta’ farmaċewtiċi antibatteriċi mwettaq mill-operatur tan-negozju tal-ikel skont ir-rekwiżiti tal-Anness III, it-Taqsima IX, il-Kapitolu 1, il-Parti III, il-punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jikkonforma mal-limiti massimi tar-residwi għar-residwi tal-prodotti veterinarji mediċinali antibatteriċi stipulati fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010;
Prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi awtorizzati fil-kolonna C
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
(vi) ġie prodott taħt kundizzjonijiet li jiggarantixxu l-konformità mal-livelli massimi tar-residwi għall-pestiċidi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u l-livelli massimi għall-kontaminanti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.
(b) ġej minn stabbiliment li jimplimenta programm ibbażat fuq il-prinċipji HACCP skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004,
(c) ġie pproċessat, inħażen, tgeżwer, ġie imballat u trasportat skont il-kundizzjonijiet ta’ iġjene rilevanti stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-Kapitolu II tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004,
(d) jissodisfa l-kriterji rilevanti tas-saħħa stipulati fil-Kapitolu II tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-kriterji mikrobijoloġiċi rilevanti stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel,
(e) il-garanziji li jkopru l-annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom ipprovduti mill-pjanijiet dwar ir-residwi li ġew ippreżentati skont id-Direttiva 96/23/KE, u bmod partikolari l-Artikolu 29 tagħha, ġew issodisfati.
Rimarki
Dan iċ-ċertifikat huwa maħsub għal prodotti tal-ħalib għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna C tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għal importazzjoni fl-Unjoni Ewropea
Parti I:
Kaxxa I.7: Agħti l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż jew parti minnu kif jidhru fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.
Kaxxa I.11: Isem, indirizz u numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment li qed jibgħat.
Kaxxa I.15: In-numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u vettura tat-triq), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (bastiment). F'każ ta’ trasport f'kontejners, in-numru totali tal-kontejners u n-numri tar-reġistrazzjoni tagħhom, u fejn hemm numru tas-serje tas-siġill, irid ikun indikat fil-kaxxa I.23. Fil-każ ta’ ħatt jew tagħbija mill-ġdid, min qed jikkunsinna għandu jinforma lill-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera bid-dħul tiegħu fl-Unjoni Ewropea.
Kaxxa I.19: Uża l-kodiċi adattat tas-Sistema Armonizzata (HS) taħt l-intestaturi li ġejjin: 04.01; 04.02; 04.03; 04.04; 04.05; 04.06; 17.02; 19.01; 21.05; 21.06.90.98; 22.02; 35.01; 35.02 jew 35.04.
Kaxxa I.20: Indika l-piż gross totali u l-piż nett totali.
Kaxxa I.23: Għal kontejners jew kaxxi, in-numru tal-kontejner u n-numru tas-siġill (jekk ikun il-każ) għandhom jiġu inklużi.
Kaxxa I.28: Impjant tal-manifattura: daħħal l-isem u n-numru tal-approvazzjoni tat-trattament u/jew l-istabbiliment(i) approvat(i) tal-ipproċessar għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea.
Parti II:
(1) Żomm skont il-każ.
Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Tapplika l-istess regola għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati fil-karta jew marka tal-ilma.
Il-veterinarju uffiċjali
Isem (bittri kbar):
Kwalifika u titlu:
Data:
Firma:
Timbru:
PARTI 3
Mudell Milk-T/S
Ċertifikat tas-Saħħa tal-Annimali għall-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman, għal [tranżitu] / [ħażna] (1) (2) fl-Unjoni Ewropea
Ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman għal tranżitu jew ħażna
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.1. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa tal-Annimali
Jien, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, niċċertifika li
li l-[ħalib mhux ipproċessat] / [prodotti tal-ħalib](1) (2) għal [tranżitu] / [ħażna](2) fl-Unjoni Ewropea deskritt(i) hawn fuq:
(a) ġej(jin) minn pajjiż jew parti minnu awtorizzat(a) għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat jew prodotti tal-ħalib kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010,
Kaxxa I.7: Agħti l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż jew parti minnu kif jidhru fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.
Kaxxa I.11: Isem, indirizz u numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment li qed jibgħat. Isem tal-pajjiż tal-oriġini li jrid ikun l-istess bħal dak tal-pajjiż tal-esportazzjoni.
Kaxxa I.15: In-numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u vettura tat-triq), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (bastiment). F'każ ta’ trasport f'kontejners, in-numru totali tal-kontejners u n-numri tar-reġistrazzjoni tagħhom, u fejn hemm numru tas-serje tas-siġill, irid ikun indikat fil-kaxxa I.23. Fil-każ ta’ ħatt u t-tagħbija mill-ġdid, il-kunsinnatur għandu jinforma lill-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera bid-dħul fl-Unjoni Ewropea.
Kaxxa I.19: Uża l-kodiċi adattat tas-Sistema Armonizzata (HS) taħt l-intestaturi li ġejjin: 04.01; 04.02; 04.03; 04.04; 04.05; 04.06; 17.02; 19.01; 21.05; 21.06.90.98; 22.02; 35.01; 35.02 jew 35.04.
Kaxxa I.20: Indika l-piż gross totali u l-piż nett totali.
Kaxxa I.23: Għal kontejners jew kaxxi, in-numru tal-kontejner u n-numru tas-siġill (jekk ikun il-każ) għandhom jiġu inklużi.
Kaxxa I.28: Impjant tal-manifattura: daħħal in-numru ta’ approvazzjoni tal-azjenda/azjendi tal-produzzjoni, iċ-ċentru tal-ġbir jew iċ-ċentru tal-istandardizzazzjoni approvat għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea.
Parti II:
(1) Ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib ifissru, ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib għall-konsum uman fi tranżitu jew ħażna skont l-Artikolu 12(4) jew l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE.
(2) Żomm skont il-każ.
(3) Data jew dati tal-produzzjoni. L-importazzjonijiet ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib ma għandhomx jitħallew meta jkunu nkisbu jew qabel id-data tal-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea tal-pajjiż terz jew parti minnu imsemmi(ja) f'I.7 u I.8, jew matul perjodu li matulu ġew adottati miżuri restrittivi mill-Unjoni Ewropea kontra l-importazzjonijiet ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib minn dan il-pajjiż terz jew minn parti minnu.
Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Tapplika l-istess regola għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati fil-karta jew marka tal-ilma.