|
3.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 878/2011
tat-2 ta’ Settembru 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta’ Mejju 2011 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni kontra s-Sirja (1), adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (2). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK tat-2 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK (3) tipprovdi għall-adozzjoni ta’ miżuri ulterjuri inkluża projbizzjoni fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mis-Sirja ta’ żejt mhux raffinat u prodotti petroliferi, u l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi lil persuni u entitajiet oħra li jibbenefikaw mir-reġim, jew jappoġġjawh. Il-persuni, entitajiet u korpi addizzjonali li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi huma elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, b’mod partikolari bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-UE għall-implimentazzjoni tagħhom. |
|
(4) |
Ġiet effettwata sospensjoni parzjali tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni mas-Sirja (4) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/523/UE tat-2 ta’ Settembru 2011 (5). |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih. |
|
(6) |
Għandu jiġi ċċarat li l-fatt li jiġu ppreżentati u li jintbagħtu d-dokumenti neċessarji lil xi bank għall-fini tat-trasferiment finali tagħhom lil xi persuna, entità jew korp li mhumiex elenkati, sabiex isiru ħlasijiet li jkunu permessi skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, ma jikkostitwixxix it-tqegħid tal-fondi għad-dispożizzjoni fis-sens tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
|
|
(2) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 3a Għandhom jiġi pprojbiti:
Artikolu 3b Il-projbizzjonijiet tal-Artikolu 3a ma għandhomx japplikaw għal:
|
|
(3) |
L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Anness II għandu jikkonsisti f’lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, f’konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK, ikunu ġew identifikati mill-Kunsill bħala persuni responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, persuni jew entitajiet li jibbenefikaw mir-reġim jew jappoġġjawh, jew persuni u entitajiet assoċjati magħhom.”. |
|
(4) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 10a L-ebda pretensjonijiet, inkluż għal kumpens jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal tpaċija jew pretensjoni taħt garanzija, f’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom ġie affettwat, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, ma għandhom jingħataw lill-Gvern tas-Sirja, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz tiegħu jew għall-benefiċċju tiegħu.”. |
Artikolu 2
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 442/2011 huwa b’dan emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament
Artikolu 3
L-Anness II ta’ dan ir-Regolament huwa b’dan miżjud bħala l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 442/2011.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.
(2) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1.
(3) Ara l-paġna 16 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) ĠU L 269, 27.9.1978, p. 2.
(5) Ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva (data tat-twelid, post tat-twelid…) |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Fares CHEHABI |
|
President tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-industrija ta' Alep. Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan. |
2.09.2011 |
|
2. |
Emad GHRAIWATI |
|
President tal-Kamra tal-Industrija ta' Damasku (Zuhair Ghraiwati Sons). Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan. |
2.09.2011 |
|
3. |
Tarif AKHRAS |
|
Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika), Homs. Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan. |
2.09.2011 |
|
4. |
Issam ANBOUBA |
|
President ta' Issam Anbouba Est. għall-agro-industrija. Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan. |
2.09.2011 |
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||||||
|
1. |
Mada Transport |
Sussidjarja tal-Holding Cham (Sehanya daraa Highway, P.O. Box 9525, tel: 00 963 11 99 62) |
Entità ekonomika li tiffinanzja r-reġim. |
2.09.2011 |
||||||||
|
2. |
Cham Investment Group |
Sussidjarja tal-Holding Cham (Sehanya daraa Highway, P.O. Box 9525, tel: 00 963 11 99 62) |
Entità ekonomika li tiffinanzja r-reġim. |
2.09.2011 |
||||||||
|
3. |
Real Estate Bank |
|
Bank proprjetà tal-gvern li jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
2.09.2011 |
ANNESS II
“ANNESS IV
Lista ta’ prodotti taż-żejt u Kodiċi HS
|
Kodiċi HS |
Deskrizzjoni |
|
2709 00 |
Żjut tal-petroleum u żjut ottenuti minn minerali bituminużi, mhux raffinati: |
|
2710 |
Żjut tal-petroleum u żjut miksuba minn minerali bituminużi, għajr dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet mhux speċifikati jew inklużi xi imkien ieħor, li skont il-piż ikunu 70 % jew aktar żjut tal-petroleum jew żjut miksuba minn minerali bituminużi, fejn dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; skart taż-żjut: |
|
2711 |
Gassijiet taż-żejt u idrokarburi gassużi oħra: |
|
2712 |
Vażelina; xema’ tal-paraffina, xema’ mikrokristallina taż-żejt, xema’ nofsha raffinata b’kontenut ta’ żejt għoli (slack wax), ożokerit, ix-xema’ tal-linjite, ix-xema’ tal-pit, xemgħat oħra minerali u prodotti simili miksuba permezz ta’ sinteżi jew permezz ta’ proċessi oħrajn kemm jekk ikkuluriti kif ukoll jekk mhumiex: |
|
2713 |
Kokk taż-żejt minerali (petroleum), qatran taż-żejt minerali (petroleum) u fdalijiet oħrajn ta’ żjut minerali (petroleum) jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi: |
|
2714 |
Qatran u asfalt, naturali; “shale” tal-qatran jew taż-żejt u ramel taż-żift; asfaltiti u blat tal-asfalt: |
|
2715 00 00 |
Taħlitiet bituminiżi bbażati fuq l-asfalt naturali, il-bitumen naturali, il-bitumen tal-petroleum, il-qatran minerali jew iż-żift tal-qatran minerali (pereżempju mastiċi bituminużi, bitum miżjud b’żejt irqiq)”. |