1.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 226/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 868/2011

tal-31 ta’ Awwissu 2011

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 21762) u tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri (DSM 22963) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, l-applikazzjonijiet ġew sottomessi għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 21762) u tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri (DSM 22963). Dawk l-applikazzjonijiet kienu akkumpanjati bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 21762) u tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri (DSM 22963) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha, li għandhom jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi "addittivi teknoloġiċi".

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurta fl-Ikel ("l-Awtorità"), fl-opinjoni tagħha tal-15 ta' Marzu 2011 (2), ikkonkludiet li l-Lactobacillus plantarum (DSM 21762) ma għandux effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li din il-preparazzjoni għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni tal-ħżin tal-ħaxix mill-foraġġi kollha billi tnaqqas il-pH u żżid il-preservazzjoni tal-materja niexfa. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta' ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurta fl-Ikel ("l-Awtorità"), fl-opinjoni tagħha tas-7 ta' April 2011 (3), ikkonkludiet li l-Lactobacillus buchneri (DSM 22963) ma għandux effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u li din il-preparazzjoni għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni tal-ħżin tal-ħaxix billi żżid il-produzzjoni ta' aċidu aċetiku. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta' ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-evalwazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 21762) u tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri (DSM 22963) turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ dawn il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi "addittivi teknoloġiċi" u mill-grupp funzjonali "addittivi tal-ħżin tal-ħaxix", huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2011; 9(3):2113.

(3)   EFSA Journal 2011; 9(4):2138.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU /kg ta' materjal organiku

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tal-ħżin tal-ħaxix.

1k2071

Lactobacillus plantarum (DSM 21762)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 21762) li jkollha minimu ta' 5 × 1011 CFU/g ta' addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Lactobacillus plantarum (DSM 21762)

 

Metodu analitiku  (1)

 

L-enumerazzjoni: Metodu tat-tferrigħ: EN 15787

 

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċi tal-annimali kollha

1 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista' jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv tista' tiġi adattata meta użata ma' mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-ħżin tal-ħaxix.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt li jkun qed jiġi mmaniġġjat.

il-21 ta' Settembru 2021

1k2072

Lactobacillus buchneri (DSM 22963)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri (DSM 22963) li jkollha minimu ta' 5 × 1011 CFU/g ta' addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Lactobacillus buchneri (DSM 22963)

 

Metodu analitiku  (1)

 

L-enumerazzjoni:

 

Metodu tat-tferrigħ EN 15787

 

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċi tal-annimali kollha

1 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista' jdum maħżun.

2.

Id-doża minima tal-addittiv tista' tiġi adottata meta użata ma' mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-ħżin tal-ħaxix.

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt li jkun qed jiġi mmaniġġjat.

il-21 ta' Settembru 2021


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx