25.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 853/2011

tal-24 ta’ Awwissu 2011

li jemenda għall-156 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-12 ta' Awwissu 2011 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“Muhammad Jibril Abdul Rahmam (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Jibril Abdurrahman, (b) Muhammad Jibriel Abdul Rahman, (c) Mohammad Jibriel Abdurrahman, (d) Muhamad Ricky Ardhan, (e) Muhammad Ricky Ardhan bin Muhammad Iqbal, (f) Muhammad Ricky Ardhan bin Abu Jibril, (g) Muhammad Yunus, (h) Heris Syah). Indirizz: (a) Jalan M. Saidi RT 010 RW 001 Pesanggrahan, South Petukangan, South Jakarta, l-Indoneżja; (b) Jalan Nakula minn Witana Harja Complex Block C, Pamulang, Banten, l-Indoneżja. Data tat-twelid: (a) 28.5.1984, (b) 3.12.1979, (c) 3.3.1979, (d) 8.8.1980. Post tat-twelid: East Lombok, West Nusa Tenggara, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Nru tal-Passaport: S335026 (passaport Indoneżjan falz). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) 3219222002.2181558 (Karta ta' identità nazzjonali Indoneżjana), (b) 2181558 (Numru ta' identifikazzjoni). Tagħrif ieħor: (a) Membru anzjan ta' Jemaah Islamiyah direttament involut fil-kisba ta' ffinanzjar għal attakki terroristiċi; (b) Isem il-missier hu Mohamad Iqbal Abdurrahman. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.8.2011.”