18.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 826/2011

tat-12 ta’ Awwissu 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment Artikolu 9(1)(a),

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta’ prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stiplulat li tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li hu marbut mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista', għal perjodu ta’ tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Pilloli b'kuluri u forom differenti ta’ annimali, ta’ piż medju ta’ madwar 950 mg, li jinbiegħu bl-imnut, kull pillola tikkonsisti minn (% tal-piż):

sukrosju 61

lamtu 2.4

B’żieda ma’ dan, pillola waħda għanda dan il-kontenut:

vitamina A (50 % bħala aċetat tar-retinol 375 μg u 50 % bħala karoten beta: 2 252  μg)

vitamina B1 1,05 mg

vitamina B2 1,2 mg

vitamina B3 13,5 mg

vitamina B6 1,05 mg

vitamina B9 300 μg

vitamina B12 4,5 μg

vitamina C 60 mg

vitamina D 10 μg

vitamina E 10 mg

Barra minn dan hemm preżenti s-sustanzi li ġejjin: aċidu steariku, aċidu malejku, stearat tal-magneżju, bisulfat tas-sodju, glutin, żejt tal-qoton, diossidu tas-siliċju, aċidu ċitriku, ġelatina, karbonat tal-kalċju, mono- u digliċeridi, fwejjaħ naturali u artifiċjali, kif ukoll aġenti li jagħtu kulur lill-ikel.

Id-doża ta’ kuljum rakkomandata indikata fuq it-tabella hija ta’ pillola waħda kuljum.

Skont it-tikketta l-prodott huwa tajjeb biex jiġi kkunsmat mill-bniedem.

2106 90 98

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 tal-Kapitolu 29, Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 98 .

Minħabba l-kompożizzjoni tiegħu, il-prodott m’għandux il-karatteristiċi ta’ ħelu taz-zokkor tal-intestatura 1704 (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Kapitolu 17, Ġenerali, il-punt (b)).

Minħabba l-preżenza ta’ sustanzi li mhumiex koperti min-Nota 1(a), (b), (c), (f) jew (g) tal-Kapitolu 29, il-prodott għandu jiġi eskluż minn dak il-Kapitolu.

Il-prodotti ma jissodisfax ir-rekwiżiti tan-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 peress li ma jingħataw l-ebda stqarrijiet dwar l-użu għal mard speċifiku, kundizzjonijiet jew is-sintomi tagħhom, u għalhekk ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3004 .

B’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tiegħu, il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat bħala preparazzjoni alimentari taħt l-intestatura 2106 .