|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 809/2011
tal-11 ta’ Awwissu 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tad-dokumenti li jakkumpanjaw l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd iffriżati direttament minn bastiment tal-friża
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jipprovdi fost oħrajn li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimportaw il-prodotti minn pajjiżi terzi li joriġinaw mill-annimali, għandhom jiżguraw li l-importazzjoni sseħħ biss jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004. |
|
(2) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi li għandu jkun hemm dokument li jissodisfa ċerti rekwiżiti li jakkumpanja l-konsenji tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali meta jiġu importati fl-Unjoni. Madankollu, l-Artikolu 15(3) ta’ dak ir-Regolament jipprovdi fost oħrajn li meta l-prodotti tas-sajd jiġu importati direttament minn bastiment tal-friża, dak id-dokument jista’ jiġi sostitwit b’dokument iffirmat mill-kaptan. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (3) fl-Anness VI tiegħu jistabbilixxi mudelli ta’ ċertifikati tas-saħħa, inkluż wieħed għall-prodotti tas-sajd. |
|
(4) |
L-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet interessati talbu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mudell tad-dokument li għandu jiġi ffirmat mill-kaptan sabiex l-informazzjoni mitluba u l-proċeduri applikati jiġu armonizzati meta l-prodotti tas-sajd jiġu importati direttament fl-Unjoni minn bastiment tal-friża. |
|
(5) |
Il-mudell tad-dokument li għandu jiġi ffirmat għandu jirreferi speċifikament għad-dispożizzjonijiet relevanti għall-amministrazzjoni tal-prodotti tas-sajd kif stipulati fit-Taqsima VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 abbord il-bastimenti tal-friża. Il-mudell tad-dokument għandu wkoll jaqbel mas-sistema elettronika għall-iskambju taċ-ċertifikati tas-saħħa u d-dokumenti tal-importazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għall-kwistjonijiet tas-saħħa marbuta mal-annimali ħajjin u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (TRACES). |
|
(6) |
Jixraq għalhekk li jiġi stabbilit mudell armonizzat tad-dokument li għandu jiġi ffirmat mill-kaptan meta l-prodotti tas-sajd jiġu importati fl-Unjoni direttament minn bastiment tal-friża. Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jiġi emendat. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 6 Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa u tad-dokumenti għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-għanijiet tar-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004 1. Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa u tad-dokumenti, kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li għandhom jintużaw meta jiġu importati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma elenkati fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament, huma stipulati f'dak l-Anness. 2. Il-mudell tad-dokument li għandu jiġi ffirmat mill-kaptan, u li jista’ jissostitwixxi d-dokument meħtieġ skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 meta l-prodotti tas-sajd jiġu importati direttament minn bastiment tal-friża, kif previst fl-Artikolu 15(3) ta’ dak ir-Regolament, huwa stipulat fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament." |
|
(2) |
L-Anness VI huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ April 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
ANNESS
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-titlu tal-Anness VI u s-Sezzjonijiet I sa VI huma mibdula b'li ġej: “ MUDELLI TAĊ-ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA U TAD-DOKUMENTI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTI PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI SEZZJONI I KAPITOLU I IS-SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET U L-BEBBUX Iċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal importazzjonijiet tas-saqajn taż-żrinġijiet u l-bebbux għandhom ikunu konformi mal-mudelli stabbiliti fil-Parti A u fil-Parti B rispettivament tal-Appendiċi I ta' dan l-Anness. KAPITOLU II IL-ĠELATINA Mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari għal-leġiżlazzjoni dwar l-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli u l-ormoni, iċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal importazzjonijiet ta' ġelatina u materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina għandhom ikunu konformi mal-mudelli stabbiliti fil-Parti A u l-Parti B rispettivament ta' l-Appendiċi II ta' dan l-Anness. KAPITOLU III IL-KOLLAĠEN Mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari għal-leġiżlazzjoni dwar l-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli u l-ormoni, iċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-importazzjonijiet tal-kollaġen u l-materja prima għall-produzzjoni tal-kollaġen għandhom ikunu konformi mal-mudelli stabbiliti fil-Parti A u l-Parti B rispettivament ta' l-Appendiċi III ta' dan l-Anness. KAPITOLU IV PRODOTTI TAS-SAJD Iċ-ċertifikat tas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd għandu jkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi IV ta' dan l-Anness. KAPITOLU V MOLLUSKI BIVALVI ĦAJJIN Iċ-ċertifikat tas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi ħajjin għandu jkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi V ta' dan l-Anness. KAPITOLU VI GĦASEL U PRODOTTI OĦRA TAL-APIKULTURA Iċ-ċertifikat tas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-importazzjonijiet tal-għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura għandu jkun konformi mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi VI ta' dan l-Anness. SEZZJONI II MUDELL TAD-DOKUMENT LI JRID JIĠI FFIRMAT MILL-KAPTAN Il-mudell tad-dokument li għandu jiġi ffirmat mill-kaptan, u li jista’ jissostitwixxi dak meħtieġ skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 meta l-prodotti tas-sajd iffriżati jiġu importati direttament minn bastiment tal-friża, kif previst fl-Artikolu 15(3) ta’ dak ir-Regolament, għandu jikkonforma mal-mudell tad-dokument stipulat fl-Appendiċi VII ta’ dan l-Anness.” |
|
(2) |
Jiżdied l-Appendiċi VII li ġej: “Appendiċi VII tal-Anness VI MUDELL TAD-DOKUMENT, LI GĦANDU JIĠI FFIRMAT MILL-KAPTAN, U LI JAKKUMPANJA L-IMPORTAZZJONIJIET META L-PRODOTTI TAS-SAJD IFFRIŻATI JIĠU IMPORTATI DIRETTAMENT FL-UNJONI EWROPEA MINN BASTIMENT TAL-FRIŻA
|