|
10.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 801/2011
tad-9 ta’ Awwissu 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u laħam frisk u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (2) li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali ħajjin jew laħam frisk. Dan jistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, li minnhom jistgħu jiġu introdotti dawk il-kunsinni fl-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistipula li kunsinni ta’ laħam frisk maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu importati fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin mill-pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II għal dak ir-Regolament li għalih hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrispondi għall-kunsinna kkonċernata elenkata f’dik il-Parti. |
|
(3) |
Erba’ partijiet tat-territorju tal-Botswana huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala reġjuni li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam dissussat u mmaturat frisk mill-ungulati. Dawn ir-reġjuni jikkonsistu f’għadd ta’ żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju. |
|
(4) |
Fil-5 ta’ Mejju 2011, il-Botswana għarrfet lill-Kummissjoni dwar suspett tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fuq il-bażi ta’ sinjali kliniċi li nstabu fi tmien ifrat f’razzett. It-tifqigħat ġew ikkonfermati, u nnotifikati lill-Kummissjoni, fil-11 ta’ Mejju 2011 fuq il-bażi tal-iżolament ta’ vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer tat-tip SAT2. |
|
(5) |
It-tifqigħat seħħew fiż-żona 6 ta’ kontroll tal-mard veterinarju, li tagħmel parti minn waħda mill-erba’ partijiet tat-territorju tal-Botswana li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam dissussat u mmaturat frisk mill-ungulati. |
|
(6) |
Minħabba r-riskju li tiddaħħal il-marda tal-ilsien u d-dwiefer permezz tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam frisk minn speċi suxxettibbli għal din il-marda, u meta jitqiesu l-garanziji mogħtija mill-Botswana li tippermetti r-reġjonalizzazzjoni tal-pajjiż, l-awtorizzazzjoni tal-Botswana għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ laħam dissussat u mmaturat frisk mill-ungulati mill-parti milquta tat-territorju tagħha, għandha tiġi sospiża sa mill-11 ta’ Mejju 2011, id-data ta’ konferma tat-tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer. |
|
(7) |
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 l-annotazzjoni għall-Botswana għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
“BW – il-Botswana |
BW-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|
|
|
BW-1 |
Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 3c, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18 |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
fil-11 ta’ Mejju 2011. |
fl-1 ta’ Diċembru 2007. |
|
|
BW-2 |
Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 10, 11, 13 u 14 |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
|
fis-7 ta’ Marzu 2002. |
|
|
BW-3 |
Iż-żona 12 ta’ kontroll tal-mard veterinarju |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
fl-20 ta’ Ottubru 2008. |
fl-20 ta’ Jannar 2009. |
|
|
BW-4 |
Iż-żona 4a ta’ kontroll tal-mard veterinarju, ħlief iż-żona ta’ lqugħ ta’ sorveljanza intensiva ta’ 10 km tul il-fruntiera maż-żona ta’ tilqim għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ż-żoni ta’ ġestjoni tal-organiżmi slavaġ |
BOV |
F |
1 |
|
fit-18 ta’ Frar 2011” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO