|
3.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 763/2011
tad-29 ta’ Lulju 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat- 12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalitá tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||
|
Apparat portabbli li jaħdem bil-batterija (l-hekk imsejjaħ “E-book”) sabiex jirreġistra u jipproduċi mill-ġdid tipi varji ta’ fajls li jkollhom test (pereżempju, PDF, WOL u HTML), faljs li jkollhom immaġini wieqfa (pereżempju, JPEG) jew faljs li jkollhom awdjo (pereżempju, MP3), b’dimensjonijiet ta’ madwar 18 x 12 x 1 cm u piż ta’ madwar 220 g. L-apparat huwa mgħammar:
L-apparat jista’ jiġi kkonnetjat ma’ magna awtomatika tal-ipproċessar ta’ dejta għall-iskop sabiex jiġu trasferiti fajls. Dan l-apparat jista’ jipproduċi mill-ġdid test, immaġini wieqfa u awdjo billi jipproċessa dejta maħżuna fil-memorja interna jew fuq karta tal-memorja. Dan l-apparat m’għandux funzjonijiet ta’ traduzzjoni jew ta’ dizzjunarju. |
8543 70 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tal-kitba fil-kodiċi tan-NM 8543 , 8543 70 u 8543 70 90 . Il-klassifikazzjoni ta’ magna awtomatika tal-ipproċessar ta’ dejta taħt l-intestatura 8471 hija eskluża hekk kif l-apparat ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tan-Nota 5(A) mal-Kapitolu 84. Barra minn hekk, hekk kif l-apparat mhux tat-tip li jintuża biss jew prinċipalment fis-sistema awtomatika tal-ipproċessar tad-dejta, il-klassifikazzjoni ta’ unità ta’ tali sistema skont l-intestatura 8471 hija eskluża wkoll. Il-klassifikazzjoni skont l-intestatura 8528 bħala moniter hija eskluża peress li l-prodott ma jistax juri immaġini vidjow minħabba t-teknoloġija speċifika li tintuża għall-iskrin u għaldaqstant il-kwalità baxxa tal-immaġini tippermetti biss li jidhru formati ta’ dokumenti u immaġini wieqfa biss. L-apparat għandu jitqies bħala apparat elettroniku, li għandu funzjoni individwali, li mhux speċifikata jew inkluża fil-Kapitolu 85. Għaldaqstant għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8543 70 90 . |