2.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/40


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 758/2011

tal-1 ta' Awwissu 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1291/2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli (2) jistabbilixxi l-limiti minimi għad-daqs ekonomiku tal-azjendi agrikoli għas-sena tal-kontabbiltà 2010 u s-snin tal-kontabbiltà sussegwenti.

(2)

Il-bidla strutturali fl-Irlanda wasslet għal tnaqqis fl-għadd tal-iżgħar azjendi u fil-kontribut tagħhom għall-produzzjoni agrikola totali , b'mod li ma għadux meħtieġ jiġu inklużi biex il-qasam tal-istħarriġ ikopri l-iktar parti rilevanti tal-attività agrikola.

(3)

Fil-każ ta' Franza, l-istruttura tas-settur agrikolu fid-diviżjonijiet ta' Guadeloupe, Martinique u La Réunion mhijiex riflessa mil-limitu applikabbli għal Franza kollha.

(4)

Għalhekk, fil-każ tal-Irlanda, qed jingħata l-parir li l-limitu għandu jitla' għal EUR 8 000 u fil-każ ta' Franza, il-limiti għad-diviżjonijiet ta' Guadeloupe, Martinique u La Réunion għandu jiġi stipulat għall-EUR 15 000.

(5)

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1291/2009 l-għadd totali ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal Irlanda kien stipulat għal 1 300. Dan l-għadd ma nbidilx mill-1982, minkejja t-tnaqqis fl-għadd ta' azjendi fl-Irlanda u żieda fid-daqs medju tal-azjendi. Għandha għalhekk tinkiseb rappreżentanza sodisfaċenti b'kampjun iżgħar minn dak attwali.

(6)

Fil-każ ta' Franza, iż-żieda tad-diviżjonijiet ġodda ta' Guadeloupe, Martinique u La Réunion għandha tiġi riflessa u l-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet f'kull diviżjoni Franċiża għandu jiġi aġġustat għal livell li jiżgura li l-kampjun ikun rappreżentattiv b'mod sodisfaċenti.

(7)

Fil-każ tal-Ungerija jeħtieġ li jiġi rifless it-tnaqqis fl-għadd ta' diviżjonijiet.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk tad-Dejta dwar il-Kontabbiltà tal-Irziezet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-inċiż li jikkonċerna l-Irlanda għandu jinbidel b’dan li ġej:

"—

L-Irlanda: EUR 8 000"

(b)

L-inċiż li jirrigwarda lil Franza għandu jinbidel b’dan li ġej:

"—

Franza (bl-eċċezzjoni ta' Guadaloupe, Martinique u La Réunion): EUR 25 000

Franza (Guadaloupe, Martinique u La Réunion biss): EUR 15 000"

(2)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tal-kontabbiltà 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.

(2)  ĠU L 347, 24.12.2009, p. 14.


ANNESS

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1291/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-ringiela li tikkonċerna l-Irlanda għandha tinbidel b'dan li ġej:

"380

L-IRLANDA

900 "

(2)

Ir-ringiela li tikkonċerna lil Franza għandha tinbidel b'dan li ġej:

 

"FRANZA

fl-2012

mill-2013

121

Île-de-France

200

190

131

Champagne-Ardenne

370

370

132

Picardie

270

270

133

Haute-Normandie

170

170

134

Centre

410

410

135

Basse-Normandie

240

240

136

Bourgogne

350

340

141

Nord-Pas de Calais

280

280

151

Lorraine

230

230

152

Alsace

200

200

153

Franche-Comté

210

210

162

Pays de la Loire

460

460

163

Bretagne

480

480

164

Poitou-Charentes

360

360

182

Aquitaine

550

550

183

Midi-Pyrénées

480

480

184

Limousin

220

220

192

Rhône-Alpes

480

480

193

Auvergne

370

360

201

Languedoc-Roussillon

430

430

203

Provence-Alpes-Côte d'Azur

430

420

204

Corse

170

170

205

Guadeloupe

65

80

206

Martinique

65

80

207

La Réunion

130

160

 

Total għal Franza

7 620

7 640 "

(3)

Ir-ringiela li tirrigwarda l-Ungerija għandha tinbidel b'dan li ġej:

 

"L-UNGERIJA

 

764

Alföld

1 016

767

Dunántúl

675

768

Észak-Magyarország

209

 

Total għall-Ungerija

1 900 "