30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 749/2011
tad-29 ta’ Lulju 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 15(1)(c), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), l-Artikolu 20(10) u (11), l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(2) u l-Artikolu 45(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi regoli tas-saħħa pubblika u tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom, sabiex jiġu evitati u minimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u tal-animali li ġejjin minn dawn il-prodotti. Dan ir-Regolament jipprevedi wkoll id-determinazzjoni ta’ punt tat-tmiem fil-katina tal-manifattura għal ċerti prodotti derivati li lil hinn minnu ma jkunux aktar soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (2), jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inklużi regoli dwar id-determinazzjoni ta’ punti tat-tmiem għal ċerti prodotti derivati. |
(3) |
Id-Danimarka ressqet talba għad-determinazzjoni ta’ punt tat-tmiem għaż-żejt tal-ħut li jintuża għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali. Billi tali żejt tal-ħut huwa derivat minn materjal li jaqa' taħt il-Kategorija 3 u huwa pproċessat taħt kundizzjonijiet stretti, għandu jiġi determinat punt tat-tmiem għal dak iż-żejt. L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u l-Anness XIII tiegħu għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 approva dispożizzjonijiet introdotti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/324/KE (3) li b'mod partikolari jippermetti lill-Estonja, lil-Latvja u lill-Finlandja jitimgħu lil ċerti annimali bil-pil għalf li fih proteini tal-annimali pproċessati derivati mill-iġsma jew il-partijiet tal-iġsma tal-annimali tal-istess speċi, b'mod partikolari volpijiet (Vulpes vulpes u Alopex lagopus) u klieb rakkuni (Nyctereutes procyonides). L-Anness II għandu jiġi emendat biex jippermetti li jingħata tali materjal liż-żewġ speċi li jinżammu normalment, il-Volpi l-Aħmar (Vulpes vulpes), li bħalissa huwa protett, u l-Volpi tal-Artiku (Alopex lagopus), minħabba li d-Deċiżjoni 2003/324/KE ġiet irrevokata bir-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi ċerti regoli għall-isterilizzazzjoni bil-pressjoni u jipprevedi li jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni għal metodi oħra tal-ipproċessar, li għandhom jiġu applikati għall-prodotti sekondarji tal-annimali jew għall-prodotti derivati minnhom, sabiex ma jkun hemm l-ebda riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika u tal-annimali meta jintużaw jew jintremew tali prodotti. Għaldaqstant, l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi metodi tal-ipproċessar standard għall-impjanti tal-ipproċessar u ċerti impjanti u stabbilimenti oħra. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jippermetti r-rimi jew l-użu tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew tal-prodotti derivati minnhom permezz ta’ metodi alternattivi, sakemm tali metodi jkunu ġew awtorizzati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-kapaċità ta’ dawk il-metodi biex inaqqsu r-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali sa livell li huwa mill-inqas ekwivalenti, għall-kategorija rilevanti tal-prodotti sekondarji tal-annimali, għall-metodi tal-ipproċessar standard. Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jipprevedi wkoll format standard għall-applikazzjonijiet biex jiġu adottati metodi alternattivi. Għaldaqstant, l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi metodi tal-ipproċessar alternattivi għall-impjanti tal-ipproċessar u ċerti impjanti u stabbilimenti oħra. |
(7) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat tliet opinjonijiet b'rabta ma’ tali metodi alternattivi: opinjoni xjentifika adottata fil-21 ta’ Jannar 2009 dwar il-Proġett għall-istudju ta’ alternattivi ta’ sistemi ta’ qerda tal-karkassa bl-użu tas-sistema bunker (4) (il-proġett tas-sistema bunker); opinjoni xjentifika adottata fit-8 ta’ Lulju 2010 dwar it-Trattament bil-Ġir tad-Demel Solidu tal-Ħnieżer u tat-Tjur (5); u opinjoni xjentifika adottata fit-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-Applikazzjoni tan-Neste Oil għal metodu alternattiv ġdid għar-rimi jew l-użu tal-Prodotti Sekondarji tal-Annimali (6). |
(8) |
Il-proġett tas-sistema bunker jipproponi l-idrolisi tal-kadavri tal-ħnieżer u ta’ prodotti sekondarji oħra tal-annimali minn ħnieżer mrobbija f'kontenitur magħluq fuq is-sit ta’ razzett. Wara perjodu ta’ ħin definit, il-materjali idrolizzati miksuba għandhom jintremew permezz tal-inċinerazzjoni jew permezz tal-ipproċessar, skont ir-regoli tas-saħħa dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali bħala l-ewwel għażla. |
(9) |
Il-proġett tas-sistema bunker jipproponi wkoll it-tifrik u l-pastorizzazzjoni sussegwenti tal-kadavri tal-ħnieżer u ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn ħnieżer mrobbija bħala t-tieni għażla, qabel ir-rimi tagħhom. |
(10) |
Fl-opinjoni tagħha tal-21 ta’ Jannar 2009 dwar il-proġett tas-sistema bunker, l-EFSA kkonkludiet li l-informazzjoni pprovduta ma kinitx bażi suffiċjenti biex it-tieni għażla titqies bħala mezz sigur għar-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mill-ħnieżer. Fir-rigward tal-ewwel għażla, fuq il-bażi tal-idrolisi, l-EFSA ma setgħetx toħroġ valutazzjoni finali. Madankollu, l-EFSA indikat li l-materjal idrolizzat ma jippreżentax riskju addizzjonali, sakemm dan jiġi pproċessat aktar skont ir-regoli tas-saħħa għall-materjali tal-Kategorija 2. |
(11) |
Għalhekk, l-idrolisi tal-prodotti sekondarji tal-annimali fuq il-post ta’ azjenda għandha tiġi permessa taħt il-kundizzjonijiet li jimpedixxu t-trażmissjoni ta’ mard li jista' jittieħed mill-bniedem jew l-annimali u li jevitaw effetti avversi fl-ambjent. B'mod partikolari, l-idrolisi għandha ssir f'kontenitur magħluq u li ma joħroġx likwidu minnu li huwa separat minn kwalunkwe annimali mrobbija fuq l-istess post bħala t-tielet għażla. Madankollu, billi l-metodoloġija tal-idrolisi ma tikkostitwix metodu tal-ipproċessar, il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar tal-prodotti sekondarji tal-annimali f'tali impjanti ma għandhomx japplikaw. Il-kontenitur għandu jiġi vverifikat b'mod regolari biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm korrużjoni, taħt sorveljanza uffiċjali, sabiex tiġi evitata t-tnixxija ta’ materjali fl-art. |
(12) |
Il-ħila tal-metodoloġija tal-idrolisi li tnaqqas ir-riskji potenzjali għas-saħħa għadha ma ntwerietx. Għalhekk, għandu jiġi projbit l-immaniġġjar jew l-użu tal-materjal idrolizzat, għajr l-inċinerazzjoni jew l-koinċinerazzjoni, bi proċessar minn qabel jew mingħajr ipproċessar, jew ir-rimi f'miżbla awtorizzata, il-kompostjar jew it-trasformazzjoni f'bijogass, fejn dawn l-aħħar tliet għażliet għandhom jitwettqu wara sterilizzazzjoni bil-pressjoni. |
(13) |
Spanja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Portugall u r-Renju Unit urew interess biex jippermettu lill-operaturi tagħhom jużaw il-metodoliġija tal-idrolisi. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri kkonfermaw li għandhom jitwettqu kontrolli stretti fuq tali operaturi sabiex jiġu evitati riskji potenzjali għas-saħħa. |
(14) |
Fl-opinjoni tagħha tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar Trattament bil-Ġir tad-Demel Solidu tal-Ħnieżer u tat-Tjur, l-EFSA kkonkludiet li t-taħlita proposta tal-ġir mad-demel tista' titqies bħala proċess sigur għall-inattivazzjoni ta’ patoġeni batterjoloġiċi u virali rilevanti, fid-dawl tal-applikazzjoni maħsuba tal-prodott derivat, jiġifieri t-taħlita tal-ġir mad-demel, għall-art. Billi l-applikazzjoni wriet l-effiċjenza tal-proċess għal mezz ta’ taħlit partikolari biss, l-EFSA rrakkomandat li meta jintuża mezz ta’ taħlit differenti għall-proċess, għandha titwettaq validazzjoni, fuq il-bażi tal-kejl tal-pH, il-ħin u t-temperatura, biex jintwera li bl-użu tal-mezz ta’ taħlit differenti, tinkiseb inattivazzjoni ekwivalenti tal-patoġeni. |
(15) |
Għandha titwettaq validazzjoni skont dawk il-prinċipji meta il-ġir verġni (CaO), li ntuża għall-proċess ivvalutat mill-EFSA, huwa sostitwit bil-ġir dolomitiku (CaOMgO). |
(16) |
Fl-opinjoni tagħha tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar proċess katalitiku b'bosta stadji għall-produzzjoni ta’ fjuwils li jiġġeddu, l-EFSA kkonkludiet li l-proċess jista' jitqies bħala sigur, meta x-xaħmijiet maħlula derivati minn materjali tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3 jintużaw bħala materjali tal-bidu u dawk ix-xaħmijiet maħlula jkunu ġew ipproċessati skont il-metodi tal-ipproċessar standard għall-prodotti sekondarji tal-annimali. Madankollu, l-evidenza ppreżentata ma ppermettietx li ssir konklużjoni li l-proċess huwa wkoll kapaċi li jimmitiga riskji potenzjali tal-enċefalopatija sponġiformi trasmissibbli li jistgħu jkunu preżenti f'xaħmijiet maħlula derivati minn materjali tal-Kategorija 1. Għalhekk, il-proċess katalitiku b'bosta stadji għandu jiġi awtorizzat għal xaħmijiet maħlula derivati minn materjali tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3, filwaqt li għandu jiġi rrifjutat għal xaħmijiet maħlula derivati minn materjali tal-Kategorija 1. Filwaqt li tali rifjut ma jipprojbix lill-applikant li jressaq aktar evidenza lill-EFSA għal valutazzjoni ġdida, l-użu ta’ xaħmijiet maħlula derivati minn materjal tal-Kategorija 1 għall-proċess għandhom jiġu projbiti, sakemm issir din il-valutazzjoni. |
(17) |
L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat biex iqis il-konklużjonijiet tat-tliet opinjonijiet xjentifiċi tal-EFSA. |
(18) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni għall-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f'bijogass jew kompost. Meta l-prodotti sekondarji tal-annimali jitħaltu f'impjant tal-bijogass jew f'impjant tal-ikkompostjar ma’ materjali li mhux ġejjin mill-annimali jew ma’ materjali oħra li mhumiex koperti minn dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha titħalla tawtorizza t-teħid ta’ kampjuni rappreżentattivi wara l-pasturizzazzjoni u qabel ma jsir it-taħlit, sabiex tiġi ttestjata l-konformità tagħhom mal-kriterji mikrobijoloġiċi. It-teħid ta’ tali kampjuni għandu juri jekk il-pasturizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mmitigax ir-riskji mikrobijoloġiċi fil-prodotti sekondarji tal-annimali li għandhom jiġu pproċessati. |
(19) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(20) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jipprevedi l-adozzjoni ta’ format standard għall-applikazzjonijiet għal metodi alternattivi ta’ użu jew rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati. Dan il-format għandu jintuża mill-partijiet interessati meta jressqu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tali metodi. |
(21) |
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika fis-7 ta’ Lulju 2010 fuq dikjarazzjoni dwar l-għajnuna teknika għall-format għall-applikazzjonijiet għal metodi alternattivi ġodda għall-prodotti sekondarji tal-annimali (7). F'din id-dikjarazzjoni, l-EFSA tirrakkomanda, b'mod partikolari, kjarifiki oħra rigward l-informazzjoni li għandhom jipprovdu l-partijiet interressati meta jressqu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ metodu alternattiv ġdid. |
(22) |
Meta jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet ta’ dik l-opinjoni xjentifika, il-format standard għall-applikazzjonijiet għal metodi alternattivi ġodda stabbilit fl-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat. |
(23) |
Billi l-fjuwils li jistgħu jiġġeddu mill-proċess katalitiku b'bosta stadji jistgħu wkoll jiġu prodotti minn xaħmijiet maħlula importati, ir-rekwiżiti tal-importazzjoni għal tali xaħmijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-saħħa li għandu jakkumpanja l-kunsinni ta’ xaħmijiet maħlula fil-punt tad-dħul fl-Unjoni fejn isiru l-kontrolli veterinarji għandhom jiġu kkjarifikati. L-Annessi XIV u XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(24) |
L-Artikolu 3 u l-Annessi II, IV, V, VII, VIII, XI u l-Annessi XIII sa XVI għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(25) |
Perjodu transizzjonali għandu jiġi previst wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sabiex tiġi permessa l-importazzjoni kontinwa fl-Unjoni ta’ xaħmijiet maħlula li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal ċerti skopijiet 'il barra mill-katina tal-għalf, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 142/2011 qabel l-emendi mdaħħla permezz ta’ dan ir-Regolament. |
(26) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
L-Annessi II, IV, V, VII, VIII, XI u l-Annessi XIII sa XVI huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Għal perjodu transizzjonali sal-31 ta’ Jannar 2012, il-kunsinni ta’ xaħmijiet maħlula li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem li għandhom jintużaw għal ċerti skopijiet 'il barra mill-katina tal-għalf li huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li ġie ffirmat u mimli skont il-mudell stabbilit fil-Kapitolu 10(B) tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142.2011 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu jiġu aċċettati għall-importazzjoni fl-Unjoni, sakemm tali ċertifikati jkunu mtlew u ġew iffirmati qabel it-30 ta’ Novembru 2011.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(3) ĠU L 117, 13.5.2003, p. 37.
(4) EFSA Journal (2009) 971, 1-12.
(5) EFSA Journal (2010); 8(7):1681.
(6) EFSA Journal (2010); 8(10):1825.
(7) EFSA Journal 2010; 8(7):1680.
ANNESS
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, il-Kapitolu III, il-punt 1(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Anness IV, il-Kapitolu IV huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Anness V, fil-Kapitolu III, fit-Taqsima 3, jiżdied il-punt 3 li ġej:
|
(4) |
Fl-Anness VII, fil-Kapitolu II, il-punti 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(5) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Fl-Anness XI, fil-Kapitolu I, fit-Taqsima 2, is-sentenza tal-bidu tinbidel b’dan li ġej: “It-tqegħid fis-suq ta’ demel ipproċessat, prodotti derivati minn demel ipproċessat u l-gwanu mill-friefet il-lejl għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin. Barra minn hekk, fil-każ tal-gwanu mill-friefet il-lejl, huwa meħtieġ il-kunsens tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.” |
(7) |
Fl-Anness XIII, jiżdied il-Kapitolu XIII li ġej: “KAPITOLU XIII Rekwiżiti speċifiċi għaż-żejt tal-ħut għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali Punt tat-tmiem għaż-żejt tal-ħut għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali Iż-żejt tal-ħut derivat mill-materjali msemmija fil-punt A.2 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tal-Anness X, li tkun tneħħietlu l-aċidità b’soluzzjoni ta’ NaOH b’temperatura ta’ 80 °C jew aktar u li wara ġie ppurifikat permezz tad-distillazzjoni b’temperatura ta’ 200 °C jew aktar, jista’ jitqiegħed fis-suq għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament.” |
(8) |
L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
Fl-Anness XV, il-Kapitolu 10(B) huwa sostitwit b'dan li ġej: “KAPITOLU 10(B) Ċertifikat tas-saħħa Għax-xaħmijiet maħlula mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem li għandhom jintużaw għal ċerti skopijiet ’il barra mill-katina tal-għalf, maħsuba għad-dispaċċ lejn l-Unjoni Ewropea jew għat-tranżitu minnha (2) Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni Test ta 'immaġni |
(10) |
Fl-Anness XVI, fil-Kapitolu III, tiddaħħal it-Taqsima 11 li ġejja: “Taqsima 11 Kontrolli uffiċjali rigward l-idrolisi u r-rimi sussegwenti L-awtorità kompetenti għandha twettaq kontrolli fis-siti fejn titwettaq l-idrolisi u r-rimi sussegwenti skont il-punt H tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV. Għall-iskop ta’ rikonċiljazzjoni tal-kwantitajiet ta’ materjali idrolizzati mibgħuta u mormija, tali kontrolli għandhom jinkludu verifiki dokumentarji:
Il-kontrolli għandhom jitwettqu b’mod regolari fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji. Waqt il-perjodu tal-ewwel 12-il xahar ta’ tħaddim, għandha titwettaq żjara ta’ kontroll f’sit fejn jinsab kontenitur għall-idrolisi, kull darba li l-materjal idrolizzat jinġabar mill-kontenitur. Wara l-perjodu tal-ewwel 12-il xahar ta’ tħaddim, għandha titwettaq żjara ta’ kontroll f’tali sit kull darba li jiġi żvujtat il-kontenitur u jiġi vverifikat għall-assenza ta’ korrużjoni u tnixxija skont il-punt H(j) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV.” |