21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 701/2011

tal-20 ta’ Lulju 2011

li jirrettifika r-Regolament (UE) Nru 1004/2010 dwar it-tnaqqis ta’ ċerti kwoti tas-sajd għall-2010 minħabba sajd żejjed tal-ħut fis-sena ta’ qabel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1004/2010 (2): għandhom jiġu kkoreġuti żewġ linji, minħabba r-rappurtar ħażin dwar il-ħatt l-art li sar mill-bastimenti tal-Estonja fi Spanja u fid-Danimarka.

(2)

Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 1004/2010 għandu jiġi rrettifikat skont dan.

(3)

Jeħtieġ li dawk il-korrezzjonijiet jidħlu fis-seħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1004/2010 safejn dawn huma vantaġġużi għall-individwi konċernati.

(4)

Il-korrezzjonijiet għandhom jidħdlu fis-seħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament safejn ma jimponux piżijiet fuq l-individwi konċernati.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-Tabella fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1004/2010 hija emendata kif ġej:

(1)

Is-seba’ linja hija sostitwita b’dan li ġej:

“EST

RED

N3M

Redfish

OPANO 3M

Iva

1 540,00

0,0

1 540,00

0,0

1 642,76

1 642,76

106,7  %

– 102,7

1 571,00

 

1 468 ”

 

(2)

It-tmien linja:

“EST

SPR

03 A.

Laċċa kaħla

Iż-żona IIIa

Iva

0,00

0,0

0,00

0,0

0,00

0,00

0,0  %

0,00

0,00

– 150,00

 

150 ”

hija mħassra

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 291, 9.11.2010, p. 31.