21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, EURATOM) Nru 699/2011

tat-18 ta’ Lulju 2011

li jaġġusta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Ħaddiema l-oħra tal-Unjoni, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 64, 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tagħhom, kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, l-Artikoli 64 u 92 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Ħaddiema l-Oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

Kien hemm żieda sostanzjali fl-għoli tal-ħajja fl-Estonja fil-perijodu bejn Ġunju u Diċembru 2010. Il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni għandhom għalhekk jiġu aġġustati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw, skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra impjegati fil-pajjiż imsemmi hawn taħt, huma stabbiliti kif ġej:

Estonja: 78,5.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.