15.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/62 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 680/2011
tal-14 ta’ Lulju 2011
li jistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji għall-2011 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(2), l-Artikolu 69(3), l-Artikolu 87(3), l-Artikolu 123(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(2) u l-Artikolu 131(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-Istati Membri li fl-2011 qed jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku li dwarha hemm dispożizzjoni fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti massimi baġitarji għall-2011 għal kull pagament imsemmi fl-Artikoli 52, 53 u 54 ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Għall-Istati Membri li fl-2011 qed jużaw l-għażla li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti massimi baġitarji għall-2011 applikabbli għall-pagamenti diretti li huma esklużi mill-iskema ta’ pagament uniku. |
(3) |
Għall-Istati Membri li fl-2011 qed jużaw l-għażliet li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 69(1) u 131(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti massimi baġitarji għall-2011 għall-għajnuna speċifika msemmija fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
(4) |
L-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jillimita r-risorżi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe miżura akkoppjata li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) għal 3.5 % tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 tal-istess Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-limiti massimi li jirriżultaw mill-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri għall-miżuri kkonċernati. |
(5) |
Skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammonti kkalkulati skont l-Artikolu 69(7) ta’ dak ir-Regolament ġew stabbiliti fl-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri li beħsiebhom jużaw skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
(6) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-limiti massimi baġitarji għall-2011 applikabbli għall-iskema ta’ pagament uniku, li jiġu billi l-limiti massimi stabbiliti għall-pagamenti msemmija fl-Artikoli 52, 53, 54, 68 u 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jitnaqqsu mil-limiti massimi mogħtija fl-Anness VIII għall-istess Regolament. L-ammont li għandu jitnaqqas mill-Anness VIII msemmi sabiex tiġi ffinanzjata l-għajnuna speċifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont totali għall-għajnuna speċifika nnotifikat mill-Istati Membri u l-ammonti nnotifikati għall-finanzjament tal-għajnuna speċifika skont l-Artikolu 69(6)(a) tal-istess Regolament. Fejn Stat Membru li qed jimplimenta l-iskema ta’ pagament uniku jiddeċiedi li jagħti l-għajnuna msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1), l-ammont innotifikat lill-Kummissjoni għandu jiġi inkluż fil-limitu massimu għall-iskema ta’ pagament uniku, minħabba li din l-għajnuna tieħu l-forma ta’ żieda fil-valur tal-unità u/jew fl-għadd ta’ drittijiet tal-bidwi għall-pagamenti. |
(7) |
Għandhom jiġu stabbiliti l-pakketti finanzjarji annwali skont l-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-Istati Membri li fl-2011 qed jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja li dwarha hemm dispożizzjoni fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V ta’ dak ir-Regolament. |
(8) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta’ pagamenti separati għaz-zokkor fl-2011 skont l-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom. |
(9) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta’ pagamenti separati għall-frott u l-ħaxix fl-2011 skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom. |
(10) |
Għall-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, għandhom jiġu ppubblikati, abbażi tan-notifika tagħhom, il-limiti massimi baġitarji għall-2011 applikabbli għall-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħaxix fl-2011 skont l-Artikolu 128(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
(11) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-limiti massimi baġitarji għall-2011 imsemmija fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
2. Il-limiti massimi baġitarji għall-2011 imsemmija fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
3. Il-limiti massimi baġitarji għall-2011 imsemmija fl-Artikolu 69(3) u fl-Artikolu 131(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
4. Il-limiti massimi baġitarji għall-2011 għall-għajnuna li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.
5. L-ammonti li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex ikopru l-għajnuna speċifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 68(1) tal-istess Regolament huma stabbiliti fl-Anness V għal dan ir-Regolament.
6. Il-limiti massimi baġitarji għall-2011 applikabbli għall-iskema ta’ pagament uniku msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.
7. Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2011 imsemmija fl-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.
8. L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-għoti tal-pagament separat għaz-zokkor fl-2011, kif imsemmi fl-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament.
9. L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja għall-għoti tal-pagament separat għall-frott u l-ħaxix fl-2011, kif imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fl-Anness IX għal dan ir-Regolament.
10. Il-limiti massimi baġitarji għall-2011 imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness X għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(2) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.
ANNESS I
Il-limiti massimi baġitarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skont l-Artikoli 52, 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009
Is-sena kalendarja 2011
(f’eluf ta’ EUR) |
||||||||||
|
Il-Belġju |
Id-Danimarka |
Spanja |
Franza |
L-Italja |
L-Awstrija |
Il-Portugall |
Is-Slovenja |
Il-Finlandja |
L-Isvezja |
Il-primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż |
|
855 |
|
|
|
|
21 892 |
|
600 |
|
Il-primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż |
|
|
|
|
|
|
7 184 |
|
200 |
|
Il-primjum għall-baqar li jreddgħu |
77 565 |
|
261 153 |
525 622 |
|
70 578 |
78 695 |
|
|
|
Il-primjum addizzjonali għall-baqar li jreddgħu |
19 389 |
|
26 000 |
|
|
99 |
9 462 |
|
|
|
Il-primjum speċjali għaċ-ċanga |
|
33 085 |
|
|
|
|
|
10 077 |
|
37 446 |
Il-primjum għall-qtil għall-annimali adulti |
|
|
47 175 |
|
|
|
8 657 |
|
|
|
Il-primjum għall-qtil għall-għoġġiela |
6 384 |
|
560 |
|
|
|
946 |
|
|
|
It-tadam — l-Artikolu 54(1) |
|
|
|
4 017 |
|
|
16 667 |
|
|
|
Il-frott u l-ħaxix minbarra t-tadam – l-Artikolu 54(2) |
|
|
|
33 025 |
850 |
|
|
|
|
|
ANNESS II
Il-limiti massimi baġitarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009
Is-sena kalendarja 2011
(f’eluf ta’ EUR) |
||||||||
|
Spanja |
Franza |
L-Italja |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Il-Portugall |
Il-Finlandja |
||
|
10 347 |
2 310 |
13 321 |
726 |
272 |
1 150 |
ANNESS III
Il-limiti massimi baġitarji għall-għajnuna speċifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009
Is-sena kalendarja 2011
(f’eluf ta’ EUR) |
|||
Stat Membru |
|
||
Il-Belġju |
6 389 |
||
Il-Bulgarija |
19 326 |
||
Ir-Repubblika Ċeka |
31 826 |
||
Id-Danimarka |
15 800 |
||
Il-Ġermanja |
2 000 |
||
L-Estonja |
1 253 |
||
L-Irlanda |
25 000 |
||
Il-Greċja |
108 000 |
||
Spanja |
247 865 |
||
Franza |
456 600 |
||
L-Italja |
316 950 |
||
Il-Latvja |
5 130 |
||
Il-Litwanja |
9 503 |
||
L-Ungerija |
77 290 |
||
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
21 965 |
||
L-Awstrija |
11 900 |
||
Il-Polonja |
40 800 |
||
Il-Portugall |
32 411 |
||
Ir-Rumanija |
25 545 |
||
Is-Slovenja |
11 699 |
||
Is-Slovakkja |
11 000 |
||
Il-Finlandja |
47 555 |
||
L-Isvezja |
3 434 |
||
Ir-Renju Unit |
29 800 |
||
Il-Greċja: EUR 30 000 000 Is-Slovenja: EUR 4 800 000 |
ANNESS IV
Il-limiti massimi baġitarji għall-għajnuna li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009
Is-sena kalendarja 2011
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Stat Membru |
|
Il-Belġju |
6 389 |
Il-Bulgarija |
19 326 |
Ir-Repubblika Ċeka |
31 826 |
Id-Danimarka |
4 300 |
Il-Ġermanja |
2 000 |
L-Estonja |
1 253 |
L-Irlanda |
25 000 |
Il-Greċja |
78 000 |
Spanja |
178 265 |
Franza |
272 600 |
L-Italja |
147 950 |
Il-Latvja |
5 130 |
Il-Litwanja |
9 503 |
L-Ungerija |
46 164 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
14 000 |
L-Awstrija |
11 900 |
Il-Polonja |
40 800 |
Il-Portugall |
19 510 |
Ir-Rumanija |
25 545 |
Is-Slovenja |
6 899 |
Is-Slovakkja |
11 000 |
Il-Finlandja |
47 555 |
L-Isvezja |
3 434 |
Ir-Renju Unit |
29 800 |
ANNESS V
L-ammonti li għandhom jintużaw mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex ikopru l-għajnuna speċifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 68(1) ta’ dak ir-Regolament
Is-sena kalendarja 2011
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Stat Membru |
|
Il-Belġju |
6 389 |
Id-Danimarka |
15 800 |
L-Irlanda |
23 900 |
Il-Greċja |
70 000 |
Spanja |
144 200 |
Franza |
74 000 |
L-Italja |
144 900 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
21 965 |
L-Awstrija |
11 900 |
Il-Portugall |
21 700 |
Is-Slovenja |
4 800 |
Il-Finlandja |
4 762 |
ANNESS VI
Il-limiti baġitarji għall-iskema ta’ pagament uniku
Is-sena kalendarja 2011
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Stat Membru |
|
Il-Belġju |
508 479 |
Id-Danimarka |
997 381 |
Il-Ġermanja |
5 769 994 |
L-Irlanda |
1 339 421 |
Il-Greċja |
2 223 798 |
Spanja |
4 676 132 |
Franza |
7 477 752 |
L-Italja |
4 048 143 |
Il-Lussemburgu |
37 679 |
Malta |
4 726 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
852 443 |
L-Awstrija |
676 748 |
Il-Portugall |
435 505 |
Is-Slovenja |
105 247 |
Il-Finlandja |
521 080 |
L-Isvezja |
724 349 |
Ir-Renju Unit |
3 946 682 |
ANNESS VII
Il-pakketti finanzjarji annwali għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja
Is-sena kalendarja 2011
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Stat Membru |
|
Il-Bulgarija |
400 035 |
Ir-Repubblika Ċeka |
667 365 |
L-Estonja |
80 656 |
Ċipru |
40 902 |
Il-Latvja |
111 260 |
Il-Litwanja |
289 729 |
L-Ungerija |
958 593 |
Il-Polonja |
2 280 455 |
Ir-Rumanija |
877 278 |
Is-Slovakkja |
292 357 |
ANNESS VIII
L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri għall-għoti tal-pagamenti separati għaz-zokkor imsemmija fl-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009
Is-sena kalendarja 2011
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Stat Membru |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
44 245 |
Il-Latvja |
3 308 |
Il-Litwanja |
10 260 |
L-Ungerija |
41 010 |
Il-Polonja |
159 392 |
Ir-Rumanija |
5 051 |
Is-Slovakkja |
19 289 |
ANNESS IX
L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri għall-għoti tal-pagamenti separati għall-frott u l-ħaxix imsemmija fl-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009
Is-sena kalendarja 2011
(f’eluf ta’ EUR) |
|
Stat Membru |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
414 |
L-Ungerija |
4 756 |
Il-Polonja |
6 715 |
Is-Slovakkja |
690 |
ANNESS X
Il-limiti massimi baġitarji għall-pagamenti tranżizzjonali fis-settur tal-frott u l-ħaxix imsemmija fl-Artikolu 128 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009
Is-sena kalendarja 2011
(f’eluf ta’ EUR) |
|||
Stat Membru |
Ċipru |
Ir-Rumanija |
Is-Slovakkja |
It-tadam — l-Artikolu 128(1) |
|
869 |
335 |
Il-frott u l-ħaxix minbarra t-tadam — l-Artikolu 128(2) |
3 359 |
|
|