15.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 678/2011

tal-14 ta’ Lulju 2011

li jissostitwixxi l-Anness II u jemenda l-Annessi IV, IX u XI għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Kwadru) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 39(2), u 39(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/46/KE tistabbilixxi qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati l-ġodda kollha. B’mod partikolari, din tinkludi d-definizzjonijiet speċifiċi dwar il-vetturi li huma meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip Ewropew.

(2)

Wieħed mill-objettivi tad-Direttiva 2007/46/KE hu li jestendi s-sistema Ewropea tal-approvazzjoni tat-tip għall-kategoriji kollha tal-vetturi. L-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE li jinkludi d-definizzjonijiet speċifiċi meħtieġa għandu jiġi mfassal mill-ġdid sabiex jikkunsidra l-progress tekniku. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu emendati d-definizzjonijiet eżistenti jew li jiġu stabbiliti definizzjonijiet ġodda.

(3)

L-esperjenza turi li l-kriterji attwali għad-determinazzjoni ta’ jekk mudell ġdid ta’ vettura għandux jitqies bħala tip ġdid huma wisq vagi. Dan in-nuqqas ta’ ċertezza jista’ jdewwem l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti ġodda stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi. Barra minn hekk, l-esperjenza wriet li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar serji żgħar tista’ tinħarab billi tip ta’ vettura jiġi maqsum f’diversi sottotipi taħt approvazzjonijiet ta’ tipi differenti. B’konsegwenza ta’ dan, in-numru ta’ vetturi ġodda li jistgħu jibdew jintużaw fl-Unjoni Ewropea skont is-sistema tas-serji żgħar jista’ jaqbeż dak li hu permissibbli. Għaldaqstant huwa importanti li jiġi speċifikat liema karatteristiċi tekniċi tal-vetturi għandhom jintużaw bħala kriterji sabiex jiġi determinat x’jikkostitwixxi tip ġdid.

(4)

Skont il-prinċipji stabbiliti fil-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni bl-isem ta’ Pjan ta’ Azzjoni ‘Nissimplifikaw u ntejbu l-ambjent regolatorju’ (2) u l-programm ta’ Azzjoni għal ’tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi fl-Unjoni Ewropea’ (3), huwa xieraq li jiġu kkunsidrati mill-ġdid il-kriterji li għandhom jintużaw għad-definizzjoni tal-varjanti u l-verżjonijiet fi ħdan tip ta’ vettura bl-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv imqiegħed fuq il-fabbrikanti tal-vetturi. Dan għandu jirriżulta, barra minn hekk, biex il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip isir iżjed trasparenti għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(5)

Meta wieħed iqis it-tendenzi għall-globalizzazzjoni fis-settur awtomotiv, il-ħidma tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi – ‘il-Grupp ta’ Ħidma 29 (WP.29)’ – dejjem qed tiżdied fl-importanza. Peress li biex jintlaħqu r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21, huwa essenzjali li jiġu inkorporati r-Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) fil-liġi tal-UE, jew anke li d-Direttivi jew ir-Regolamenti tal-UE jiġu mibdula b’Regolamenti tal-UNECE, kif ukoll li jiġu inkorporati Regolamenti tekniċi globali fil-liġi tal-UE, il-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea mar-Regolamenti tal-UNECE għandha tiġi żgurata.

(6)

Meta wieħed iqis il-ħidma tal-armonizzazzjoni li tinsab għaddejja fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, huwa essenzjali li jiġu kkunsidrati l-iżjed żviluppi riċenti stabbiliti fir-Riżoluzzjoni Nru R.E. 3 dwar il-Klassifikazzjoni u d-definizzjoni ta’ vetturi awtomotivi u l-karrijiet tagħhom fil-qafas tal-Ftehim tal-UNECE fir-rigward tal-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jitwaħħlu mal-vetturi bir-roti’ u/jew jintużaw fuqhom u l-kundizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku ta’ approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (Ftehim Rivedut tal-1958) kif ukoll ir-Riżoluzzjoni Speċjali S.R. 1 dwar id-definizzjonijiet komuni ta’ kategoriji tal-vetturi, mases u dimensjonijiet fil-qafas tal-Ftehim UNECE dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jitwaħħlu mal-vetturi bir-roti u/jew jintużaw fuqhom. ("Il-Ftehim Parallel jew il-Ftehim 1998"). L-inklużjoni ta’ dawn l-iżviluppi fid-Direttiva Qafas biss tista’ tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-sistema Ewropea tal-approvazzjoni tat-tip. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu introdotti kriterji ġodda biex jiġi ddeterminat għandux tip ta’ vettura jkun ikkategorizzat f’kategorija ‘M’ jew f’kategorija ‘N’.

(7)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (4), l-Istati Membri huma meħtieġa li jżommu reġistru li fih dejta relatata ma’ inter alia t-tip, il-varjant u l-verżjoni ta’ kull vettura partikolari fir-rigward tal-emissjonijiet speċifiċi tagħha ta’ CO2 għal kull vettura ġdida rreġistrata fit-territorju tagħhom. Huwa essenzjali li jiġu speċifikati l-kriterji li skonthom vettura ħafifa għandha tiġi approvata bħala vettura tat-tip M1 jew N1. Dawn il-kriterji għandhom ikunu oġġettivi u jikkostitwixxu gwida għall-fabbrikanti tal-vetturi kif ukoll għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u tar-reġistrazzjoni. Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-preżenza ta’ teknoloġiji innovattivi li jwasslu għal iżjed tnaqqis fl-emissjoni ta’ CO2 għandhom jiġu identifikati. Dan għandu jinkiseb permezz ta’ “kodiċi” assenjat lil kull vettura mill-fabbrikant biex kull tip/varjant/verżjoni jikkorrispondi ma’ sett uniku ta’ teknoloġiji innovattivi. L-identifikazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji innovattivi għandha għaldaqstant tkun possibbli mid-definizzjoni tal-verżjoni tal-varjant tat-tip. Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi miżjuda l-entrata korrispondenti fl-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE.

(8)

Peress li t-tip ta’ karrozzerija għandu jiġi speċifikat fiċ-ċertifikat ta’ konformità, li hu intiż li jiffaċilita r-reġistrazzjoni ta’ vetturi ġodda fl-Istati Membri, l-użu ta’ kodiċijiet armonizzati għal kull tip ta’ karrozzerija għandu jikkostitwixxi simplifikazzjoni fil-proċess ta’ reġistrazzjoni. Lista ta’ kodiċijiet xierqa għandha tiġi assenjata lit-tipi ta’ karrozzerija sabiex l-ipproċessar tad-dejta jkun awtomatizzat.

(9)

Peress li l-karrijiet iddisinjati b’mod speċjali għat-trasport ta’tagħbijiet anormali ma jistgħux jilħqu d-dispożizzjonijiet kollha tal-atti regolatorji mniżżla fl-Anness IV għad-Direttiva 2007/46/KE li jeħtieġu l-konformità għall-finijiet tal-approvazzjoni Ewropea tat-tip, huwa xieraq li dawn il-karrijiet jiġu inklużi fil-kategorija ta’ vetturi bi skopijiet speċjali minħabba l-karatteristiċi tekniċi tagħhom. Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandu jiġi stabbilit sett simplifikat ta’ regoli li jagħmel possibbli l-approvazzjoni tat-tip tagħhom fuq livell Ewropew. B’konsegwenza ta’ dan, huwa meħtieġ li jiġi miżjud Appendiċi mal-Anness XI għad-Direttiva 2007/46/KE.

(10)

Preżentament, jinsabu għaddejjin żviluppi tekniċi ġodda biex ilaħħqu mad-domanda għal soluzzjonijiet ġodda fit-trasport tal-merkanzija. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu inklużi definizzjonijiet ġodda fil-leġiżlazzjoni qafas li bħala riżultat jippermetti li jiġu stabbiliti regoli tekniċi xierqa fl-atti regolatorji rilevanti mniżżla fl-Anness IV jew XI għad-Direttiva 2007/46/KE. Huwa importanti li tkun ċara li l-ebda approvazzjoni tat-tip KE ma għandha tingħata għal tali vetturi sakemm tiġi emendata l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip għal dawn il-finijiet.

(11)

Seħħ żball fl-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/19/UE tad-9 ta’ Marzu 2010 li temenda, għall-għanijiet ta’ adattament għall-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tat-trażżin tal-isprej ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, id-Direttiva 91/226/KEE, u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (5) fejn l-Annessi IV u XI għad-Direttiva 2007/46/KE ġew emendati wkoll minn dik id-Direttiva. Dawk l-Annessi kienu qabel ġew mibdula mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2008 tas-7 ta’ Ottubru 2008 li jissostitwixxi l-Annessi I, III, IV, VI, VII, XI u XV għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva ta’ Qafas) (6). Għall-fini taċ-ċertezza legali, kwalunkwe emenda parzjali għal dawk l-Annessi għandha għaldaqstant tiġi introdotta permezz ta’ Regolament. Peress li l-Artikolu 2 korrispondenti tad-Direttiva 2010/19/UE ġie mħassar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/415/UE tal-14 ta’ Lulju 2011 li tikkoreġi d-Direttiva 2010/19/UE li temenda, għall-għanijiet ta’ adattament għall-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tat-trażżin tal-isprej ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE, u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emenda tal-Annessi għad-Direttiva 2007/46/KE (7) biex jiġi kkoreġut dan l-iżball, huwa xieraq li jitwettqu l-emendi li qabel kienu jinsabu f’dak l-Artikolu permezz ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Biex tiġi żgurata l-operazzjoni tajba tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip, jixraq li jiġu aġġornati l-Annessi għad-Direttiva 2007/46/KE biex jiġu adattati għall-iżvilupp ta’ għarfien xjentifiku u tekniku.

(13)

Jixraq ukoll li jiġu aġġornati l-Annessi għad-Direttiva 2007/46/KE biex jiġu stabbiliti rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bi skopijiet speċjali.

(14)

Peress li d-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-annessi huma dettaljati biżżejjed u ma għandhom bżonn ta’ ebda miżuri tat-traspożizzjoni mill-Istati Membri, huwa għaldaqstant xieraq li jiġi ssostitwit l-Anness II u jiġu emendati l-Annessi IV, IX u XI permezz ta’ Regolament skont l-Artikolu 39(8) tad-Direttiva 2007/46/KE.

(15)

L-Anness II għandu jiġi ssostitwit u l-Annessi IV, IX u XI għandhom jiġu emendati b’dan il-mod.

(16)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku - Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2007/46/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa mibdul bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness IV huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness IX huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness XI huwa emendat kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux jinvalida ebda approvazzjoni tat-tip mogħtija qabel id-29 ta’ Ottubru 2012 u lanqas ma għandu jipprekludi l-estensjoni ta’ tali approvazzjonijiet.

Artikolu 3

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għal tipi ta’ vetturi ġodda li għalihom għandha tingħata l-approvazzjoni fid-29 ta’ Ottubru 2012 u wara.

Madankollu, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u fil-punti 1 u 2 tal-Anness IV għandhom japplikaw mid-9 ta’ April 2011.

2.   Permezz ta’ deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-fabbrikanti jistgħu mill-4 ta’ Awwissu 2011 japplikaw kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 263, 9.10.2007, p.1.

(2)  COM(2002) 278 finali.

(3)  COM(2007) 23 finali.

(4)  ĠU L 140, 5.6.2009, p.1.

(5)  ĠU L 72, 20.3.2010, p. 17.

(6)  ĠU L 292, 31.10.2008, p. 1.

(7)  Ara paġna 76 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI, KRITERJI GĦAL KATEGORIZZAZZJONI TAL-VETTURI, TAT-TIPI TA’ VETTURI U TAT-TIPI TA’ KARROZZERIJI

PARTI INTRODUTTORJA

Definizzjonijiet ġenerali u dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Definizzjonijiet

1.1.   ‘Post ta’ bilqiegħda’ tfisser kull post li kapaċi jakkomoda persuna waħda bilqiegħda li trid tkun mill-inqas kbira daqs:

(a)

il-manikin tal-50 perċentil maskili fil-każ tax-xufier;

(b)

il-manikin tal-5 perċentil ta’ adulti femminili fil-każijiet l-oħra kollha.

1.2.   ‘Sit’ tfisser struttura sħiħa bit-trim, kemm hijiex parti integrali tal-bodi tal-vettura kif ukoll jekk mhijiex

1.2.1.   It-terminu ‘sit’ ikopri kemm sit individwali kif ukollsitsit f’forma ta’ bank.

1.2.2.   Is-sitsits li jingħalqu u dawk li jinqalgħu minn posthom huma inklużi f’din id-definizzjoni.

1.3.   ‘Merkanzija’ tfisser primarjament kull oġġett li jista’ jkun ittrasportat.

It-terminu ‘merkanzija’ jinkludi prodotti bil-massa, oġġetti manifatturati, likwidi, annimali ħajjin, għelejjel, tagħbijiet indiviżibbli.

1.4.   ‘Massa massima’ tfisser il-‘massa massima mgħobbija teknikament permissibbli’ kif speċifikat fil-punt 2.8 tal-Anness I.

2.   Dispożizzjonijiet ġenerali

2.1.   Numru ta’ postijiet ta’ bilqiegħda

2.1.1.   Ir-rekwiżiti dwar in-numru ta’ postijiet ta’ bilqiegħda japplikaw għal sitsits li huma maħsuba għall-użu meta l-vettura tkun qed tivvjaġġa fit-triq.

2.1.2.   Ma japplikawx għal sitsits li huma maħsuba għall-użu meta l-vettura tkun wieqfa u li huma identifikati b’mod ċari għall-utenti jew permezz ta’ simbolu bl-istampi jew permezz ta’ sinjal b’test relevanti.

2.1.3.   Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għall-għadd tal-postijiet ta’ bilqiegħda:

(a)

kull sit indiviwali għandu jingħadd bħala post wieħed ta’ bilqiegħda;

(b)

fil-każ ta’ sit f’forma ta’ bank, kull spazju li għandu wisa’ ta’ mill-inqas 400 mm mkejla fil-livell tal-kuxxin tas-sit għandu jingħadd bħala post wieħed ta’ bilqiegħda.

Din il-kundizzjoni ma għandhiex tipprekludi li l-fabbrikant juża d-dispożizzjonijiet ġenerali msemmija fil-punt 1.1.;

(c)

madankollu, spazju kif imsemmi fil-punt (b) ma għandux jingħadd bħala post wieħed ta’ bilqiegħda meta:

(i)

is-sit f’forma ta’ bank jinkludi karatteristiċi li ma jħallux il-warrani tal-manikin joqgħod bilqiegħda b’mod naturali – pereżempju: jekk ikun hemm tal-kaxxa tal-konsowl fissa, żona mhux ikkuttunata, jew trim intern li jinterrompi l-wiċċ nominali tas-sit;

(ii)

it-tifsila tal-qiegħ tal-vettura quddiem post li wieħed jassumi li hu ta’ bilqiegħda (pereżempju jekk ikun hemm xi mina) li ma tħallix is-saqajn tal-manikin joqogħdu f’pożizzjonati naturali.

2.1.4.   Fir-rigward tal-vetturi koperti mid-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2001 li tirrigwardja d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta’ passiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b’żieda mas-sedil tas-sewwieq, u li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 97/27/KE (1), id-dimensjoni msemmija fil-punt 2.1.3(b) għandha tkun allinjata mal-ispazju minimu meħtieġ għal persuna waħda b’rabta mad-diversi klassijiet ta’ vetturi.

2.1.5.   Meta f’vettura jkun hemm ankraġġ ta’ sit li jinqala’ minn postu , is-sit li jinqala’ minn postu għandu jingħadd fid-determinazzjoni tan-numru ta’ postijiet ta’ bilqiegħda.

2.1.6.   Żona intiża għal siġġu tar-roti okkupat għandha titqies bħala post wieħed ta’ bilqiegħda.

2.1.6.1.   Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr ħsara għar-rekwiżiti tal-punt 3.6.1 u l-punt 3.7 tal-Anness VII tad-Direttiva 2001/85/KE.

2.2.   Massa massima

2.2.1.   Fil-każ ta’ unita ta’ trattur għal semitrejler, il-massa massima li għandha tiġi kkunsidrata għall-klassifikazzjoni tal-vettura għandha tinkludi l-massa massima tas-semitrejler fuq l-agganċ tal-ħames rota.

2.2.2.   Fil-każ ta’ vettura mmotorizzata li kapaċi tirmonka karru bil-fus ċentrali jew karru bi drawbar riġidu, il-massa massima li għandha titqies għall-klassifikazzjoni tal-vettura mmotorizzata għandha tinkludi l-massa massima ttrasferita fuq il-vettura tal-irmonk mill-agganċ.

2.2.3.   Fil-każ ta’ semitrejler, karru b’fus ċentrali u karru b’drawbar riġidu, il-massa massima li għandha titqies għall-klassifikazzjoni tal-vettura għandha tikkorrispondi għall-massa massima trażmessa lejn l-art mir-roti ta’ fus jew ta’ grupp ta’ fusien meta dan ikun igganċjat mal-vettura tal-irmonk.

2.2.4.   Fil-każ ta’ converter dolly, il-massa massima li għandha titqies għall-klassifikazzjoni tal-vettura għandha tinkludi l-massa massima tas-semitrejler mirfuda fuq il-ħames agganċ tar-roti.

2.3.   Tagħmir speċjali

2.3.1.   Il-vetturi mgħammra primarjament b’tagħmir fiss bħal makkinarju jew apparat għandhom jitqiesu bħala kategorija N jew O.

2.4.   Unitajiet

2.4.1.   Sakemm mhux indikat mod ieħor, kull unità tal-kejl u s-simbolu assoċjat magħha għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE (2).

3.   Kategorizzazzjoni f’kategoriji ta’ vetturi

3.1.   Il-fabbrikant huwa responsabbli għall-kategorizzazzjoni ta’ tip ta’ vettura f’kategorija speċifika.

Għal dawn il-finijiet, il-kriterji rilevanti kollha deskritti f’dan l-Anness għandhom jintlaħqu.

3.2.   L-awtorità tal-approvazzjoni tista’ titlob mill-fabbrikant informazzjoni addizzjonali relevanti bl-għan li turi li tip ta’ vettura għandha tiġi kategorizzata bħala vettura bi skopijiet speċjali fil-grupp speċjali (‘Kodiċi SG’).

PARTI A

Kriterji għal kategorizzazzjoni tal-vettura

1.   Kategoriji tal-vetturi

Għall-finijiet tal-approvazzjoni Ewropea u nazzjonali tat-tip, kif ukoll għall-approvazzjoni individwali, il-vetturi għandhom jiġu kkategorizzati skont il-klassifikazzjoni li ġejja:

(Huwa mifhum li l-approvazzjoni tista’ tingħata biss għall-kategoriji msemmija fil-punti 1.1.1 sa 1.1.3, 1.2.1 sa 1.2.3 u 1.3.1 sa 1.3.4.)

1.1.

Kategorija M

Vetturi motorizzati ddisinjati u mibnijin primarjament għall-ġarr ta’ persuni u l-bagalji tagħhom.

1.1.1.

Kategorija M1

Vetturi tal-kategorija M, li għandhom mhux iżjed minn tmien postijiet ta’ bilqiegħda minbarra l-post tax-xufier.

Vetturi li jidħlu fil-kategorija M1 ma għandu jkollhom ebda spazju għal passiġġieri bil-wieqfa.

In-numru ta’ postijiet ta’ bilqiegħda jista’ jkun ristrett għal wieħed (i.e. il-post tax-xufier).

1.1.2.

Kategorija M2

Vetturi fil-kategorija M, li għandhom mhux iżjed minn tmien postijiet ta’ bilqiegħda flimkien mal-post ta’ bilqiegħda tax-xufier u li għandhom massa massima li ma taqbiżx 5 tunnellati.

Il-vetturi fil-kategorija M2 jista’ jkollhom spazju għal passiġġieri bil-wieqfa flimkien mal-postijiet ta’ bilqiegħda.

1.1.3.

Kategorija M3

Vetturi fil-kategorija M, li għandhom mhux iżjed minn tmien postijiet ta’ bilqiegħda flimkien minbarra l-post tax-xufier u li għandhom massa massima li ma taqbiżx 5 tunnellati.

Il-vetturi fil-kategorija M3 jista’ jkollhom spazju għal passiġġieri bil-wieqfa.

1.2.

Kategorija N

Vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija primarjament għall-ġarr tal-merkanzija.

1.2.1.

Kategorija N1

Il-vetturi fil-kategorija N li għandhom massa massima li ma taqbiżx 3,5 tunnellati.

1.2.2.

Kategorija N2

Il-vetturi fil-kategorija N li għandhom massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati iżda li ma taqbiżx 12-il tunnellata.

1.2.3.

Kategorija N3

Il-vetturi fil-kategorija N li għandhom massa massima li ma aqbiżx 12-il tunnellata.

1.3.

Kategorija O

Karrijiet iddisinjati u mibnija għall-ġarr ta’ merkanzija jew ta’ persuni kif ukoll għall-akkomodazzjoni ta’ persuni.

1.3.1.

Kategorija O1

Il-vetturi fil-kategorija O li għandhom massa massima li ma taqbiżx 0,75 tunnellati

1.3.2.

Kategorija O2

Il-vetturi fil-kategorija O li għandhom massa massima li taqbeż iż-0,75 tunnellati li iżda ma taqbiżx it-3,5 tunnellati.

1.3.3.

Kategorija O3

Il-vetturi fil-kategorija O li għandhom massa massima li taqbeż it-3,5 tunnellati li iżda ma taqbiżx 10 tunnellati.

1.3.4

Kategorija O4

Il-vetturi fil-kategorija O li għandhom massa massima li taqbeż 10 tunnellati.

2.   Sottokategoriji tal-vetturi

2.1.   Vetturi off-road

Vettura off-road (ORV)’ tfisser vettura fil-kategorija M jew N, li għandha karatteristiċi tekniċi speċifiċi li jippermettu l-użu tagħha barra mit-toroq normali.

Għal dawk il-kategoriji ta’ vetturi, l-ittra ‘G’ għandha tiġi miżjuda bħala suffiss mal-ittra u n-numru li jidentifikaw il-kategorija tal-vettura.

Il-kriterji għas-sottokategorizzazzjoni tal-vetturi bħala ‘ORV’ għandhom jiġu speċifikati fit-Taqsima 4 tal-Parti A ta’ dan l-Anness.

2.2.   Vetturi bi skopijiet speċjali

2.2.1.   ‘Vettura bi skopijiet speċjali (SPV)’ tfisser vettura tal-kategorija M, N jew O li għandha karatteristiċi tekniċi speċifiċi biex twettaq funzjoni li tirrikjedi arranġamenti u/jew tagħmir speċjali.

Għal vetturi mhux kompluti li huma intiżi li jaqgħu fis-sottokategorija SPV, l-ittra ‘S’ għandha tiġi miżjuda bħala suffiss mal-ittra u n-numru li jidentifikaw il-kategorija tal-vettura.

Id-diversi tipi ta’ vetturi bi skopijiet speċjali huma ddefiniti u mniżżla fit-Taqsima 5.

2.3.   Vettura bi skopijiet speċjali off-road

2.3.1.   ‘Vettura bi skopijiet speċjali off-road (ORV-SPV)’ tfisser vettura li tappartjeni jew għall-kategorija M jew N li għandha karatteristiċi tekniċi speċifiċi msemmija fil-punti 2.1 u 2.2.

Għal dawk il-kategoriji ta’ vetturi, l-ittra ‘G’ għandha tiġi miżjuda bħala suffiss mal-ittra u n-numru li jidentifikaw il-kategorija tal-vettura.

Barra minn hekk, għal vetturi mhux kompluti li huma intiżi li jaqgħu taħt is-sottokategorija SPV, l-ittra ‘S’ għandha tiġi miżjuda bħala t-tieni suffiss.

3.   Kriterji għall-kategorizzazzjoni tal-vetturi fil-kategorija N

3.1.   Il-kategorizzazzjoni ta’ tip ta’ vettura fil-kategorija N għandha tkun ibbażata fuq il-karatteristiċi tekniċi tal-vettura kif imsemmija fil-punti 3.2 sa 3.6.

3.2.   Bħala prinċipju, il-kompartiment(i) fejn jinsabu l-postijiet ta’ bilqiegħda kollha għandhom ikunu kompletament separati miż-żona tat-tagħbija.

3.3.   B’deroga mir-rekwiżiti tal-punt 3.2, il-persuni u l-merkanzija jistgħu jiġu ttrasportati fl-istess kompartiment bil-kundizzjoni li ż-żona tat-tagħbija tkun mgħammra b’apparat tas-sigurtà maħsub biex jipproteġi l-persuni trasportati kontra l-ispustar tat-tagħbija waqt is-sewqan, inkluż ibbrejkjar u liwi f’kantunieri f’daqqa.

3.4.   Apparat tas-sigurtà – apparat tal-irbit – maħsuba għas-sigurtà tat-tagħbija kif meħtieġ fil-punt 3.3, kif ukoll sistemi diviżorji, intiżi għall-vetturi sa massimu ta’ 7,5 tunnellati għandhom jiġu ddisinjati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 3 u 4 tal-Istandard ISO 27956: 2009 ‘Vetturi tat-triq – Is-sigurtà tat-tagħbija f’vannijiet tal-kunsinna – Rekwiżiti u Metodi tal-ittestjar’.

3.4.1.   Ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.4 jistgħu jkunu vverifikati b’dikjarazzjoni ta’ konformità pprovduta mill-fabbrikant.

3.4.2.   Bħala alternattiva għar-rekwiżiti tal-punt 3.4, il-fabbrikant jista’ juri b’mod li jissodisfa l-awtorità tal-approvazzjoni li l-apparat tas-sigurtà mmuntat jagħti livell ekwivalenti ta’ protezzjoni kif stipulat fl-istandard imsemmi.

3.5.   In-numru ta’ postijiet ta’ bilqiegħda minbarra il-post tax-xufier ma għandux jaqbeż:

(a)

6 fil-każ ta’ vetturi N1;

(b)

8 fil-każ ta’ vetturi N2 jew N3.

3.6.   Il-vetturi għandu jkollhom kapaċità tal-ġarr tal-merkanzija daqs jew iżjed mill-kapaċità tal-ġarr tal-persuni espressa f’kg.

3.6.1.   Għal dawn il-finijiet, l-ekwazzjonijiet li ġejjin għandhom jintlaħqu fil-konfigurazzjonijiet kollha, b’mod partikolari meta l-pożizzjonijiet kollha bilqiegħda jkunu okkupati:

(a)

meta N = 0:

P – M ≥ 100 kg

(b)

meta 0 < N ≤ 2:

P – (M + N × 68) ≥ 150 kg;

(c)

meta N > 2:

P – (M + N x 68) ≥ N x 68;

meta l-ittri jkollhom is-sinifikat li ġej:

‘P’

hija l-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

‘M’

hija l-massa fil-kundizzjoni tas-sewqan;

‘N’

hija n-numru ta’ postijiet ta’ bilqiegħda barra l-post bilqiegħda tax-xufier.

3.6.2.   Il-massa tat-tagħmir immuntat mal-vettura sabiex jakkomoda l-merkanzija (eż. tank, karrozzerija, eċċ.), għall-ġestjoni tal-merkanzija (eż. krejn, lift, eċċ.) u għas-sigurtà tal-merkanzija (eż. tagħmir għas-sigurtà tal-merkanzija) għandha tiġi inkluża f’M.

Il-massa tat-tagħmir li ma jintużax għall-iskopijiet imsemmija hawn fuq (bħal kompressur, argnu, ġeneratur tal-enerġija elettrika, tagħmir tax-xandir, eċċ) ma għandhiex tiġi inkluża f’M għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-formuli li ġejjin.

3.7.   Ir-rekwiżiti msemmija fil-punti 3.2 sa 3.6 għandhom jintlaħqu għall-varjanti u l-verżjonijiet kollha fi ħdan it-tip ta’ vettura.

3.8.   Kriterji għall-kategorizzazzjoni tal-vetturi bħala N1.

3.8.1   Vettura għandha tiġi kkategorizzata bħala N1 meta jintlaħqu l-kriterji applikabbli kollha.

Meta jintlaħaq kriterju wieħed jew iżjed, il-vettura għandha tiġi kkategorizzata bħala M1.

3.8.2.   Minbarra l-kriterji ġenerali msemmija fil-punti 3.2 sa 3.6, il-kriterji speċifikati fil-punti 3.8.2.1 sa 3.8.2.3.5 għandhom jintlaħqu għall-kategorizzazzjoni tal-vetturi meta l-kompartiment tax-xufier u t-tagħbija jkunu f’unità waħda (i.e. karrozzerija ‘BB’).

3.8.2.1.   Il-fatt li ħajt jew partizzjoni, kompluti jew parzjali, ikunu mmuntati bejn ringiela ta’ sits u ż-żona tat-tagħbija ma għandux jeskludi l-obbligu li jintlaħqu l-kriterji meħtieġa.

3.8.2.2.   Il-kriterji għandhom ikunu kif ġej:

(a)

it-tagħbija tal-merkanzija għandha tkun possibbli minn bieb ta’ wara, jew minn xatba ta’ wara jew minn bieba fil-ġenb maħsuba u mibnija għal dan l-iskop;

(b)

fil-każ tal-bieba jew ix-xatba ta’ wara, l-apertura tat-tagħbija għandha tilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

fil-każ li l-vettura tkun mgħammra biss b’ringiela waħda ta’ sits jew bis-sit tax-xufier biss, l-għoli minimu tal-apertura tat-tagħbija għandu jkun mill-inqas 600 mm;

(ii)

fil-każ li l-vettura tkun mgħammra b’żewġ ringieli ta’ sits jew iżjed, l-għoli minimu tal-apertura tat-tagħbija għandu jkun mill-inqas 800 mm u l-apertura għandha turi wiċċ ta’ mill-inqas 12 800 ċm2;

(c)

Iż-żona tat-tagħbija għandha tilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

żona tat-tagħbija’ tfisser il-parti tal-vettura li tkun tinsab wara r-ringiela(i) ta’ sits jew wara s-sit tax-xufier meta l-vettura tkun mgħammra biss b’sit wieħed tax-xufier;

(i)

il-wiċċ tat-tagħbija taż-żona tat-tagħbija għandu ġeneralment ikun ċatt;

(ii)

meta l-vettura tkun mgħammra biss b’ringiela waħda ta’ sits jew b’sit wieħed, it-tul minimu taż-żona tat-tagħbija għandu jkun mill-inqas 40 % tad-distanza bejn il-fusien;

(iii)

meta l-vettura tkun mgħammra b’żewġ ringieli ta’ sits jew iżjed, it-tul minimu taż-żona tat-tagħbija għandu jkun mill-inqas 30 % tad-distanza bejn il-fusien.

Meta l-vetturi li fihom is-sits tal-aħħar ringiela jistgħu faċilment jiżżarmaw mill-vettura mingħajr l-użu ta’ għodod speċjali, għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti dwar it-tul taż-żona tat-tagħbija bis-sits kollha installati fil-vettura;

(iv)

ir-rekwiżiti dwar it-tul taż-żona tat-tagħbija għandhom jintlaħqu meta s-sits tal-ewwel ringiela jew tal-aħħar ringiela, skont xi jkun il-każ, ikunu wieqfa fil-pożizzjoni normali tagħhom għall-użu mill-okkupanti tal-vettura.

3.8.2.3   Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kejl

3.8.2.3.1.   Definizzjonijiet

(a)

Għoli tal-apertura tat-tagħbija’, tfisser id-distanza vertikali bejn żewġ livelli orizzontali tanġenti rispettivament għall-ogħla punt tal-parti l-iżjed baxxa tal-fetħa tal-bieb u l-iżjed punt baxx tal-ogħla parti tal-fetħa tal-bieb;

(b)

wiċċ tal-apertura tat-tagħbija’ tfisser l-ikbar wiċċ tal-projezzjoni ortogonali fuq livell vertikali, perpendikolari mal-linja ċentrali tal-vettura, tal-apertura massima permessa meta l-bieba/bibien) ta’ wara jew ix-xatba ta’ wara tkun/ikunu miftuħa beraħ;

(c)

distanza bejn il-fusien’, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-formuli fil-punti 3.8.2.2 u 3.8.3.1, tfisser id-distanza bejn:

(i)

il-linja taċ-ċentru tal-fus ta’ quddiem u l-linja taċ-ċentru tat-tieni fus fil-każ ta’ vettura b’żewġ fusien jew

(ii)

il-linja taċ-ċentru tal-fus ta’ quddiem u l-linja taċ-ċentru ta’ fus virtwali b’distanza ugwali mit-tieni u t-tielet fus fil-każ ta’ vettura bi tliet fusien.

3.8.2.3.2.   Aġġustamenti tas-sits

(a)

is-sits għandhom jiġu aġġustati fil-pożizzjonijiet ta’ wara l-iżjed ’il barra tagħhom;

(b)

id-dahar tas-sit, jekk ikun aġġustabbli, għandu jiġi aġġustat biex jakkomoda l-magna tridimensjonali bil-punt-H f’angolu tat-torso ta’ 25 grad

(c)

id-dahar tas-sit, jekk mhux aġġustabbli, għandu jkun fil-pożizzjoni ddisinjata mill-fabbrikant tal-vettura;

(d)

Meta l-għoli tas-sit ikun aġġustabbli, għandu jiġi aġġustat sal-iżjed pożizzjoni baxxa tiegħu.

3.8.2.3.3.   Kundizzjonijiet tal-vettura

(a)

il-vettura għandha tkun f’kundizzjoni ta’ tagħbija korrispondenti mal-massa massima tagħha;

(b)

il-vettura għandu jkollha r-roti jħarsu dritt ’il quddiem.

3.8.2.3.4.   Ir-rekwiżiti tal-punt 3.8.2.3.2 ma għandhomx japplikaw meta l-vettura tkun mgħammra b’ħajt jew b’diviżjoni.

3.8.2.3.5.   Kejl tat-tul taż-żona tat-tagħbija

(a)

Meta l-vettura ma hijiex mgħammra b’diviżjoni jew b’ħajt, it-tul għandu jitkejjel minn livell vertikali tanġenti mal-iżjed punt ’il barra fuq wara mill-parti ta’ fuq tad-dahar tas-sit sal-ħġieġa jew il-bieb intern ta’ wara jew ix-xatba ta’ wara, f’pożizzjoni magħluqa;

(b)

meta l-vettura tkun mgħammra b’diviżjoni jew b’ħajt, it-tul għandu jitkejjel minn livell vertikali tanġenti man-naħa ta’ barra tad-diviżjoni jew tal-ħajt ta’ wara san-naħa ta’ ġewwa tal-ħġieġa jew tal-bieb jew tax-xatba ta’ wara, skont xi jkun il-każ, f’pożizzjoni magħluqa;

(c)

ir-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tul għandhom jintlaħqu mill-inqas matul linja orizzontali li tinsab fil-livell vertikali lontiġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru tal-vettura, fil-livell tal-art taż-żona tat-tagħbija.

3.8.3.   Minbarra l-kriterji ġenerali msemmija fil-punti 3.2 sa 3.6, il-kriterji speċifikati fil-punti 3.8.3.1 sa 3.8.3.4 għandhom jintlaħqu għall-kategorizzazzjoni ta’ vetturi li fihom il-kompartiment tax-xufier u t-tagħbija ma jkunux f’unità waħda (i.e. karrozzerija ‘BE’).

3.8.3.1.   Meta l-vettura tkun mgħammra b’bodi tat-tip magħluq, għandu japplika dan li ġej:

(a)

it-tagħbija tal-merkanzija għandha tkun possibbli minn bieba, xatba jew panil ta’ wara, jew b’mezzi oħra;

(b)

l-għoli minimu tal-apertura tat-tagħbija għandu jkun mill-inqas 800 mm u l-apertura għandha turi wiċċ ta’ mill-inqas 12 800 ċm2;

(c)

It-tul minimu taż-żona tat-tagħbija għandu jkun mill-inqas 40 % tad-distanza bejn il-fusien.

3.8.3.2.   Meta l-vettura tkun mgħammra b’tip ta’ żona tat-tagħbija miftuħa, għandhom japplikaw biss id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 3.8.3.1. (a) u (c).

3.8.3.3.   Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 3.8.3, id-definizzjonijiet fil-punt 3.8.2 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.8.3.4.   Madankollu, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tul taż-żona tat-tagħbija għandhom jintlaħqu matul linja orizzontali li tinsab fil-livell lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru tal-vettura fil-livell tal-art taż-żona tat-tagħbija.

4.   Kriterji għas-sottokategorizzazzjoni tal-vetturi bħala vetturi offroad

4.1.   Il-vetturi M1 jew N1 għandhom jiġu sottokategorizzati bħala vetturi off-road jekk fl-istess ħin, jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikollhom mill-inqas fus wieħed ta’ quddiem u wieħed ta’ wara huma ddisinjati biex jinsaqu simultanjament irrispettivament minn jekk fus wieħed motorizzat jistax jiġi disingaġġat;

(b)

ikun immuntat mill-inqas mekkaniżmu wieħed ta’ serratura differenzjali jew mekkaniżmu li għandu effett simili;

(c)

ikunu kapaċi jitilgħu telgħab’pendil ta’ 25 % bħala vettura waħedha;

(d)

jilħqu ħames mis-sitt rekwiżiti li ġejjin:

(i)

l-angolu tal-approċċ għandu jkun mill-inqas ta’ 25 grad;

(ii)

l-angolu tat-tluq għandu jkun mill-inqas ta’ 20 grad;

(iii)

l-angolu tar-rampa għandu jkun mill-inqas ta’ 20 grad;

(iv)

il-qtugħ mill-art taħt il-fus ta’ quddiem għandu jkun mill-inqas ta’180 mm;

(v)

il-qtugħ mill-art taħt il-fus ta’ wara għandu jkun mill-inqas ta’ 180 mm;

(vi)

il-qtugħ mill-art bejn il-fusien għandu jkun mill-inqas ta’ 200 mm.

4.2.   Il-vetturi M2, N2 jew M3 li l-massa massima tagħhom ma taqbiżx il-12-il tunnellata għandhom jiġu sottokategorizzati bħala vetturi off-road jekk jilħqu l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) jew iż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c):

(a)

il-fusien kollha tagħhom għandhom jinstaqu simultanjament, irrispettivament minn jekk fus motorizzat wieħed jew iżjed minn wieħed jistgħux jiġu disingaġġjati,

(b)

(i)

mill-inqas fus wieħed ta’ quddiem u wieħed ta’ wara huma ddisinjati biex jinstaqu simultanjament irrispettivament minn jekk fus wieħed motorizzat jistax jiġi disingaġġjat;

(ii)

ikun immuntat mill-inqas mekkaniżmu wieħed ta’ serratura differenzjali jew mekkaniżmu li għandu effett simili;

(iii)

ikunu kapaċi jitilgħu telgħa b’pendil ta’ 25 % bħala vettura waħedha;

(c)

jilħqu ħames mis-sitt rekwiżiti li ġejjin jekk il-massa tagħhom ma tkunx taqbeż 7,5 tunnellati u mill-inqas erbgħa jekk il-massa massima tagħhom taqbeż 7,5 tunnellati:

(i)

l-angolu tal-approċċ għandu jkun mill-inqas ta’ 25 grad;

(ii)

l-angolu tat-tluq għandu jkun mill-inqas ta’ 25 grad;

(iii)

l-angolu tar-rampa għandu jkun mill-inqas ta’ 25 grad;

(iv)

il-qtugħ mill-art taħt il-fus ta’ quddiem għandu jkun mill-inqas 250 mm;

(v)

il-qtugħ mill-art bejn il-fusien għandu jkun mill-inqas ta’ 300 mm;

(vi)

il-qtugħ mill-art taħt il-fus ta’ wara għandu jkun mill-inqas ta’ 250 mm.

4.3.   Vetturi M3 jew N3 li l-massa massima tagħhom ma taqbiżx 12-il tunnellata għandhom jiġu sottokategorizzati bħala vetturi off-road jekk jilħqu l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) jew iż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c):

(a)

il-fusien kollha tagħhom huma misjuqa simultanjament, irrispettivament minn jekk wieħed jew iżjed minn wieħed mill-fusien motorizzati jistgħux jiġu disingaġġjati;

(b)

(i)

mill-inqas nofs il-fusien (jew żewġ fusien mit-tliet fusien fil-każ ta’ vettura bi tliet fusien u mutatis mutandis fil-każ ta’ vettura b’ħames fusien) huma ddisinjati li jinstaqu simultanjament, irrispettivament minn jekk fus wieħed motorizzat jistax jiġi disingaġġjat;

(ii)

ikun hemm mill-inqas mekkaniżmu wieħed ta’ serratura differenzjali jew mekkaniżmu li għandu effett simili;

(iii)

ikunu kapaċi jitilgħu telgħa b’pendil ta’ 25% bħala vettura waħedha;

(c)

ikunu jilħqu mill-inqas erbgħa mis-sitt rekwiżiti li ġejjin:

(i)

l-angolu tal-approċċ għandu jkun mill-inqas ta’ 25 grad;

(ii)

l-angolu tat-tluq għandu jkun mill-inqas ta’ 25 grad;

(iii)

l-angolu tar-rampa għandu jkun mill-inqas ta’ 25 grad;

(iv)

il-qtugħ mill-art taħt il-fus ta’ quddiem għandu jkun mill-inqas ta’ 250 mm;

(v)

il-qtugħ mill-art bejn il-fusien għandu jkun mill-inqas ta’ 300 mm;

(vi)

il-qtugħ mill-art taħt il-fus ta’ wara għandu jkun mill-inqas ta’ 250 mm.

4.4.   Il-proċedura għall-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ġeometriċi msemmija f’din it-taqsima għandha tiġi stabbilita fl-Appendiċi 1.

5.   Vetturi bi skopijiet speċjali

 

Isem

Kodiċi

Definizzjoni

5.1.

Karavan motorizzat

SA

Vettura tal-kategorija M bi spazju ta’ akkomodazzjoni/għajxien li fih it-tagħmir li ġej bħala minumu:

(a)

sits u mejda;

(b)

akkomodazzjoni tal-irqad li tista’ tiġi kkonvertita mis-sits;

(c)

faċilitajiet tat-tisjir;

(d)

faċilitajiet tal-ħżin.

Dan it-tagħmir għandu jkun imwaħħal b’mod riġidu mal-kompartiment tal-għajxien.

Madankollu, il-mejda tista’ tkun imfassla b’mod li tista’ titneħħa faċilment.

5.2.

Vettura blindata

SB

vettura maħsuba għall-protezzjoni ta’ persuni jew merkanzija trasportati b’kisi tal-metall għall-protezzjoni mill-balal.

5.3.

Ambulanza

SC

vettura tal-kategorija M maħsuba għat-trasport tal-morda jew ta’ persuni feruti u li għandha tagħmir speċjali għal dan l-iskop.

Il-kompartiment tal-pazjenti għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi tal-Istandard EN 1789: 2007 dwar ‘Vetturi mediċi u t-tagħmir tagħhom – Ambulanzi tat-triq’ bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6.5 ‘Lista ta’ tagħmir’.

5.4.

Karru tal-mejtin

SD

vettura tal-kategorija M maħsuba għat-trasport tal-mejtin u li għandha tagħmir speċjali għal dan l-iskop.

5.5.

Vettura aċċessibbli minn siġġu tar-roti

SH

vettura fil-kategorija M1 mibnija jew ikkonvertita speċifikament biex takkomoda persuna waħda jew iżjed bilqiegħda fis-siġġijiet tar-roti tagħhom meta jivvjaġġaw fit-triq.

5.6.

Karavan li jinġibed

SE

vettura fil-kategorija O kif iddefinita fit-terminu 3.2.1.3. tal-Istandard ISO 3833: 1977.

5.7.

Krejn mobbli

SF

vettura tal-kategorija N3, mhux mgħammra għall-ġarr ta’ merkanzija, mgħammra bi krejn li l-mument tal-irfigħ tiegħu hu ekwivalenti jew ogħla minn 400 kNm.

5.8.

Grupp speċjali

SG

vettura bi skop speċjali li ma taqax taħt ebda waħda mid-definizzjonijiet imsemmija f’din it-taqsima.

5.9.

Converter dolly

SJ

vettura tal-kategorija O mgħammra b’agganċ tal-ħames rota li jirfed semitrejler bl-għan li dan jiġi kkonvertit f’karru.

5.10.

Karru tat-trasport ta’ tagħbija eċċezzjonali

SK

vettura tal-kategorija O4 maħsuba għat-trasport ta’ tagħbijiet indiviżibbli li hi soġġetta għal restrizzjonijiet tal-veloċità u tat-traffiku minħabba d-dimensjonijiet tagħha.

Taħt dan it-terminu, hemm inklużi wkoll il-karrijiet modulari idrawliċi irrispettivament min-numru ta’ moduli.

6.   Kummenti

6.1.   L-approvazzjoni tat-tip ma għandhiex tingħata:

(a)

lil converter dolly kif iddefinit fit-Taqsima 5 tal-Parti A ta’ dan l-Anness;

(b)

lil karrijiet b’ ganċ tal-ġbid (drawbar) riġidu kif iddefinit fit-Taqsima 4 tal-Parti C ta’ dan l-Anness;

(c)

lil karrijiet li fihom jistgħu jinġarru l-persuni meta jivvjaġġaw fit-triq.

6.2.   Il-paragrafu 6.1 huwa mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 dwar approvazzjoni nazzjonali tat-tip tas-serje żgħar.

PARTI B

Kriterji għal tipi, varjanti u verżjonijiet ta’ vetturi

1.   Kategorija M1

1.1.   Tip ta’ vettura

1.1.1.   ‘Tip ta’ vettura’ għandu jikkonsisti f’vetturi li jkollhom komuni l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

l-isem tal-kumpanija tal-fabbrikant.

Bidla fil-forma legali tas-sjieda tal-kumpanija ma tirrikjedix li tingħata approvazzjoni ġdida;

(b)

id-disinn u l-assemblaġġ tal-partijiet essenzjali tal-istruttura tal-bodi fil-każ ta’ bodi li jirfed lilu nnifsu;

L-istess għandu japplika mutatis mutandis għal vetturi li l-karrozzerija tagħhom hi bboltjata fuq jew issaldjata ma’ qafas separat;

(c)

fil-każ ta’ vetturi mibnija f’diversi stadji, il-fabbrikant u t-tip tal-vettura f-istadju preċedenti.

1.1.2.   Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti tal-punt 1.1.1. (b), meta l-fabbrikant juża l-porzjon tal-art tal-istruttura tal-bodi kif ukoll l-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw il-parti ta’ quddiem tal-istruttura tal-bodi li tkun tinsab direttament fil-parti ta’ quddiem tal-fetħa tal-windskrin, fil-kostruzzjoni ta’ tipi differenti ta’ karrozzeriji (pereżempju saloon u coupe), dawk il-vetturi jistgħu jitqiesu li huma tal-istess tip. Il-manifattur għandu jagħti provi ta’ dan.

1.1.3.   Tip għandu jikkonsisti f’mill-inqas varjant wieħed u verżjoni waħda.

1.2.   Varjant

1.2.1.   ‘Varjant’ fi ħdan tip ta’ vettura għandu jiġbor il-vetturi li għandhom komuni dawn il-karatteristiċi ta’ kostruzzjoni li ġejjin:

(a)

in-numru ta’ bibien laterali jew it-tip ta’ karrozzerija kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Parti C meta l-fabbrikant juża l-kriterju tal-punt 1.1.2;

(b)

l-impjant tal-enerġija fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni li ġejjin:

(i)

it-tip ta’ provvista tal-enerġija (magna tal-kombustjoni interna, mutur elettriku jew mod ieħor);

(ii)

il-prinċipju ta’ tħaddim (positive ignition, compression ignition jew mod ieħor);

(iii)

in-numru u l-arranġament taċ-ċilindri fil-każ ta’ magna tal-kombustjoni interna (L4, V6 jew mod ieħor);

(c)

in-numru tal-fusien;

(d)

in-numru, u l-interkonessjoni tal-fusien motorizzati;

(e)

in-numru ta’ fusien immanuvrati;

(f)

l-istadju tal-kompletezza (eż. komplut/mhux komplut).

1.3.   Verżjoni

1.3.1.   ‘Verżjoni’ fi ħdan varjant għandha tiġbor il-vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

(b)

il-kapaċità tal-magna fil-każ ta’ magna tal-kombustjoni interna;

(c)

il-produzzjoni massima tal-enerġija mill-magna jew saħħa massima kontinwa nominali (mutur elettriku);

(d)

it-tip ta’ karburant (pitrolju, żejt tal-gass, LPG, bi-karburant, jew oħrajn);

(e)

in-numru massimu ta’ postijiet ta’ bilqiegħda;

(f)

il-livell tad-drive by sound;

(g)

il-livell tal-emissjoni tal-egżost (pereżempju Euro 5, Euro 6 jew oħrajn);

(h)

emissjonijiet tas-CO2 ikkombinati jew differenzjati;

(i)

konsum tal-enerġija elettrika (differenzjat, ikkombinat);

(j)

konsum tal-karburant ikkombinat, ikkombinat jew differenzjat;

(k)

l-eżistenza ta’ sett uniku ta’ teknoloġiji innovattivi kif speċifikat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 (3).

2.   Kategoriji M2 u M3

2.1.   Tip ta’ vettura

2.1.1.   ‘Tip ta’ vettura’ għandu jkun jikkonsisti f’vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

l-isem tal-kumpanija tal-fabbrikant.

Bidla fil-forma legali tas-sjieda tal-kumpanija ma tirrikjedix li tingħata approvazzjoni ġdida;

(b)

il-kategorija;

(c)

l-aspetti li ġejjin tal-kostruzzjoni u d-disinn:

(i)

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw ix-xażi;

(ii)

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw l-istruttura tal-bodi fil-każ ta’ bodi li jirfed lilu nnifsu;

(d)

in-numru ta’ gverti (singolu jew doppju);

(e)

in-numru ta’ taqsimiet (riġidi/artikulati);

(f)

in-numru ta’ fusien;

(g)

il-mod ta’ provvista tal-enerġija (abbord jew off-board);

(h)

fil-każ ta’ vetturi mibnija f’diversi stadji, il-fabbrikant u t-tip tal-vettura fl-istadju preċedenti.

2.1.2.   Tip għandu jkun jikkonsisti mill-inqas minn varjant wieħed u verżjoni waħda.

2.2.   Varjant

2.2.1.   ‘Varjant’ fi ħdan tip ta’ vettura għandu jiġbor il-vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi ta’ kostruzzjoni li ġejjin:

(a)

it-tip ta’ karrozzerija kif iddefinit fit-Taqsima 2 tal-Parti C;

(b)

il-klassi jew il-kombinazzjoni ta’ klassijiet ta’ vetturi kif iddefinit fil-punt 2.1.1 tal-Anness I għad-Direttiva 2001/85/KE (fil-każ biss ta’ vetturi kompluti u mhux kompluti);

(c)

l-istadju tat-tlestija (eż. komplut/mhux komplut/imlesti);

(d)

l-impjant tal-enerġija fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni li ġejjin:

(i)

it-tip ta’ provvista tal-enerġija (magna tal-kombustjoni interna, mutur elettriku jew oħrajn);

(ii)

il-prinċipju ta’ tħaddim (positive ignition, compression ignition jew oħrajn);

(iii)

in-numru u l-arranġament taċ-ċilindri fil-każ ta’ magna tal-kombustjoni interna (L6, V8 jew oħrajn).

2.3.   Verżjoni

2.3.1.   ‘Verżjoni’ fi ħdan varjant għandha tiġbor il-vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

(b)

il-kapaċità tal-vettura li tirmonka karru jew le;

(c)

il-kapaċità tal-magna fil-każ ta’ magna tal-kombustjoni interna;

(d)

il-produzzjoni massima tal-enerġija mill-magna jew saħħa massima kontinwa nominali (mutur elettriku);

(e)

it-tip ta’ karburant (pitrolju, żejt tal-gass, bi-karburant LPG jew oħrajn);

(f)

il-livell tad-drive by sound;

(g)

il-livell tal-emissjoni tal-egżost (pereżempju Euro IV, Euro V jew oħrajn).

3.   Kategorija N1,

3.1.   Tip ta’ vettura

3.1.1.   ‘Tip ta’ vettura’ għandu jkun jikkonsisti f’vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

l-isem tal-kumpanija tal-fabbrikant.

Bidla fil-forma legali tas-sjieda tal-kumpanija ma tirrikjedix li tingħata approvazzjoni ġdida;

(b)

id-disinn u l-assemblaġġ tal-partijiet essenzjali tal-istruttura tal-bodi fil-każ ta’ bodi li jirfed lilu nnifsu;

(c)

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw ix-xażi fil-każ ta’ bodi li jirfed lilu nnifsu;

(d)

fil-każ ta’ vetturi mibnija f’diversi stadji, il-fabbrikant u t-tip tal-vettura fl-istadju preċedenti.

3.1.2.   Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti tal-punt 3.1.1. (b), meta l-fabbrikant juża l-parti tal-art tal-istruttura tal-bodi kif ukoll l-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw il-parti ta’ quddiem tal-istruttura tal-bodi li tinsab direttament fuq quddiem tal-fetħa tal-windskrin, fil-kostruzzjoni ta’ tipi differenti ta’ karrozzerija (pereżempju vann u kabina bix-xażi, distanzi bejn il-fusien differenti u għoli differenti tas-soqfa), dawk il-vetturi jistgħu jitqiesu li jappartjenu għall-istess tip. Għandha tingħata prova ta’ dan mill-fabbrikant.

3.1.3.   Tip għandu jikkonsisti mill-inqas minn varjant wieħed u verżjoni waħda.

3.2.   Varjant

3.2.1.   ‘Varjant’ fi ħdan tip ta’ vettura għandu jiġbor il-vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

in-numru ta’ bibien laterali jew it-tip ta’ karrozzerija kif iddefinit fit-Taqsima 3 tal-Parti C (għal vetturi kompluti u mlestija) meta l-fabbrikant juża l-kriterju tal-punt 3.1.2;

(b)

l-istadju tat-tlestija (eż. komplut/mhux komplut/imlesti);

(c)

l-impjant tal-enerġija fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni li ġejjin:

(i)

it-tip ta’ provvista tal-enerġija (magna tal-kombustjoni interna, mutur elettriku jew tip ieħor);

(ii)

il-prinċipju ta’ tħaddim (positive ignition, compression ignition jew oħrajn);

(iii)

in-numru u l-arranġament taċ-ċilindri fil-każ ta’ magna tal-kombustjoni interna (L6, V8 jew oħrajn);

(d)

in-numru ta’ fusien;

(e)

in-numru u l-interkonnessjoni tal-fusien motorizzati;

(f)

in-numru ta’ fusien immanuvrati.

3.3.   Verżjoni

3.3.1.   ‘Verżjoni’ fi ħdan varjant għandha tiġbor il-vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

(b)

il-kapaċità tal-magna fil-każ ta’ magna tal-kombustjoni interna;

(c)

il-produzzjoni massima tal-enerġija mill-magna jew saħħa massima kontinwa nominali (mutur elettriku)

(d)

it-tip ta’ karburant (pitrolju, żejt tal-gass, LPG, bi-karburant, jew oħrajn);

(e)

in-numru massimu ta’ postijiet ta’ bilqiegħda;

(f)

il-livell tad-drive by sound;

(g)

il-livell tal-emissjoni tal-egżost (pereżempju Euro 5, Euro 6, jew oħrajn);

(h)

emissjonijiet tas-CO2 ikkombinati jew differenzjati;

(i)

konsum tal-enerġija elettrika (differenzjat, ikkombinat);

(j)

emissjonijiet tal-karburantikkombinati jew differenzjati.

4.   Kategoriji N2 u N3

4.1.   Tip ta’ vettura

4.1.1.   ‘Tip ta’ vettura’ għandu jikkonsisti f’vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi essenzjali kollha li ġejjin:

(a)

l-isem tal-kumpanija tal-fabbrikant.

Bidla fil-forma legali tas-sjieda tal-kumpanija ma tirrikjedix li tingħata approvazzjoni ġdida;

(b)

il-kategorija;

(c)

id-disinn u l-kostruzzjoni tax-xażi li huma komuni għal linja waħda tal-prodott;

(d)

in-numru ta’ fusien;

(e)

fil-każ ta’ vetturi mibnija f’ħafna stadji, il-fabbrikant u t-tip tal-vettura tal-istadju preċedenti.

4.1.2.   Tip għandu jkun jikkonsisti f’mill-inqas varjant wieħed u verżjoni waħda.

4.2.   Varjant

4.2.1.   ‘Varjant’ fi ħdan tip ta’ vettura għandu jiġbor il-vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi tal-kostruzzjoni kollha li ġejjin:

(a)

il-kunċett strutturali tal-bodi jew it-tip ta’ karrozzerija kif imsemmi fit-Taqsima 3 tal-Parti C u l-Appendiċi 2 (għal vetturi kompluti u mlestija biss);

(b)

l-istadju tat-tlestija (eż. komplut/mhux komplut/imlesti);

(c)

l-impjant tal-enerġija fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kostruzzjoni li ġejjin:

(i)

it-tip ta’ provvista tal-enerġija (magna tal-kombustjoni interna, mutur elettriku jew tip ieħor);

(ii)

il-prinċipju ta’ tħaddim (positive ignition, compression ignition jew oħrajn);

(iii)

in-numru u l-arranġament taċ-ċilindri fil-każ ta’ magna tal-kombustjoni interna (L6, V8 jew oħrajn);

(d)

in-numru u l-interkonnessjoni ta’ fusien motorizzati;

(e)

in-numru ta’ fusien immanuvrati.

4.3.   Verżjoni

4.3.1.   ‘Verżjoni’ fi ħdan varjant għandha tiġbor il-vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

(b)

il-kapaċità jew le li jiġi rmunkat karru kif ġej:

(i)

karru mingħajr brejkijiet;

(ii)

karru b’sistema tal-ibbrejkjar bl-inerzja kif iddefinit fil-punt 2.12 tar-Regolament UNECE Nru 13;

(iii)

karru b’sistema tal-ibbrejkjar kontinwa jew semikontinwa kif iddefinit fil-punti 2.9 u 2.10 tar-Regolament UNECE Nru 13;

(iv)

karru fil-kategorija O4 li jirriżulta f’massa massima tal-kombinazzjoni li ma taqbiżx l-44 tunnellata;

(v)

karru fil-kategorija O4 li jirriżulta f’massa massima tal-kombinazzjoni li taqbeż l-44 tunnellata;

(c)

il-kapaċità tal-magna;

(d)

il-produzzjoni massima tal-enerġija mill-magna;

(e)

it-tip ta’ karburant (pitrolju, żejt tal-gass, LPG, bi-karburant, jew oħrajn);

(f)

il-livell tad-drive-by sound;

(g)

il-livell tal-emissjoni tal-egżost (pereżempju Euro IV, Euro V jew oħrajn).

5.   Kategoriji O1 u O2

5.1.   Tip ta’ vettura

5.1.1.   ‘Tip ta’ vettura’ għandha tikkonsisti f’vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

l-isem tal-kumpanija tal-fabbrikant.

Bidla fil-forma legali tas-sjieda tal-kumpanija ma tirrikjedix li tingħata approvazzjoni ġdida;

(b)

il-kategorija;

(c)

il-kunċett kif iddefinit fit-taqsima 4 tal-Parti C;

(d)

l-aspetti li ġejjin tal-kostruzzjoni u d-disinn:

(i)

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw ix-xażi;

(ii)

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw l-istruttura tal-bodi fil-każ ta’ bodi li jirfed lilu nnifsu;

(e)

in-numru ta’ fusien;

(f)

fil-każ ta’ vetturi mibnija f’diversi stadji, il-fabbrikant u t-tip tal-vettura fl-istadju preċedenti.

5.1.2.   Tip għandu jikkonsisti f’mill-inqas varjant wieħed u verżjoni waħda.

5.2.   Varjant

5.2.1.   ‘Varjant’ fi ħdan tip ta’ vettura għandu jiġbor il-vetturi li għandhom komuni dawn il-karatteristiċi ta’ kostruzzjoni li ġejjin:

(a)

it-tip ta’ karrozzerija kif imsemmija fl-Appendiċi 2 (għal vetturi kompluti u mlestija);

(b)

l-istadju tat-tlestija (eż. komplut/mhux komplut/imlesti);

(c)

it-tip ta’ sistema tal-ibbrejkjar (eż. mingħajr brejkijiet/inerzja/motorizzata).

5.3.   Verżjoni

5.3.1.   ‘Verżjoni’ fi ħdan varjant għandha tiġbor il-vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

(b)

Il-kunċett ta’ sospensjoni (sospensjoni tal-arja, tal-azzar jew tal-lastku, bar tat-torsjoni jew oħrajn);

(c)

il-kunċett tal-ganċ tal-ġbid (drawbar) (trijangolu, tubu jew oħrajn).

6.   Kategoriji O3 u O4

6.1.   Tip ta’ vettura

6.1.1.   ‘Tip ta’ vettura’ għandu jikkonsisti f’vetturi li jkollhom komuni l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

l-isem tal-kumpanija tal-fabbrikant.

Bidla fil-forma legali tas-sjieda tal-kumpanija ma tirrikjedix li tingħata approvazzjoni ġdida;

(b)

il-kategorija;

(c)

il-kunċett tal-karru b’rabta mad-definizzjonijiet fit-taqsima 4 tal-Parti C;

(d)

l-aspetti li ġejjin tal-kostruzzjoni u d-disinn;

(i)

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw ix-xażi;

(ii)

id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw l-istruttura tal-bodi fil-każ ta’ karrijiet b’bodi li jirfed lilu nnifsu;

(e)

in-numru ta’ fusien;

(f)

fil-każ ta’ vetturi mibnija f’diversi stadji, il-fabbrikant u t-tip tal-vettura fl-istadju preċedenti.

6.1.2.   Tip għandu jikkonsisti f’mill-inqas varjant wieħed u verżjoni waħda.

6.2.   Varjanti

6.2.1.   ‘Varjant’ fi ħdan tip ta’ vettura għandu jiġbor il-vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi tal-kostruzzjoni u d-disinn li ġejjin:

(a)

it-tip ta’ karrozzerija kif imsemmi fl-Appendiċi 2 (għal vetturi kompluti u mlestija);

(b)

l-istadju tat-tlestija (eż. komplut/mhux komplut/imlesti);

(c)

il-kunċett tas-sospensjonijiet (sospensjoni tal-azzar, tal-arja, jew idrawlika);

(d)

il-karatteristiċi tekniċi li ġejjin:

(i)

il-kapaċità li x-xażi jiġi estiż jew le;

(ii)

l-għoli tal-gverta (normali, tagħbija baxxa, tagħbija nofsha baxxa eċċ.).

6.3.   Verżjonijiet

6.3.1.   ‘Verżjoni’ fi ħdan varjant għandha jiġbor il-vetturi li għandhom komuni l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli;

(b)

is-sottodiviżjonijiet jew kombinazzjoni ta’ sottodiviżjonijiet imsemmija fil-punti 3.2 u 3.3 tal-Anness I tad-Direttiva 96/53/KE li fihom jappartjeni l-ispazjar bejn żewġ fusien konsekuttivi li jiffurmaw grupp;

(c)

id-definizzjoni tal-fusien fl-aspetti li ġejjin:

(i)

fusien tal-irfigħ (numru u pożizzjoni);

(ii)

fusien li jitgħabbew (numru u pożizzjoni);

(iii)

fusien immanuvrati (numru u pożizzjoni).

7.   Rekwiżiti komuni għall-kategoriji kollha tal-vetturi

7.1.   Meta vettura tkun taqa’ taħt diversi kategoriji minħabba l-massa massima tagħha jew in-numru ta’ postijiet ta’ bilqiegħda jew it-tnejn, il-fabbrikant jista’ jagħżel li juża l-kriterji ta’ kategorija waħda tal-vetturi jew l-oħra għad-definizzjoni tal-varjanti u l-verżjonijiet.

7.1.1.   Eżempji:

(a)

vettura ‘A’ tista’ tiġi approvata bħala tat-tip N1 (3,5 tunnellati) u N2 (4,2 tunnellati) b’rabta mal-massa massima tagħha. F’dan il-każ, il-parametri msemmija fil-kategorija N1 jistgħu jintużaw ukoll għall-vettura li taqa’ taħt il-kategorija N2 (jew viċiversa);

(b)

Vettura ‘B’ tista’ tiġi approvata bħala tat-tip M1 and M2 b’rabta man-numru ta’ postijiet ta’ bilqiegħda (7+1 jew 10+1), il-parametri msemmija fil-kategorija M1 jistgħu jintużaw ukoll għall-vettura li taqa’ taħt il-kategorija M2 (jew viċiversa).

7.2.   Vettura fil-kategorija N tista’ tiġi approvata għat-tip skont id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-kategorija M1 jew M2, skont xi jkun il-każ, meta tkun maħsuba għall-konverżjoni f’vettura ta’ dik il-kategorija matul l-istadju li jkun imiss fi proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip f’ħafna stadji.

7.2.1.   Din il-possibbiltà għandha tkun permissibbli biss għal vetturi mhux kompluti.

Dawn il-vetturi għandhom jiġu identifikati b’kodiċi ta’ varjant speċifiku mogħti mill-fabbrikant tal-vettura bażi.

7.3.   Deżinjazzjonijiet skont it-tip, il-varjant u l-verżjoni

7.3.1.   Il-fabbrikant għandu jalloka kodiċi alfanumeriku magħmul minn ittri Rumani u/jew numri Għarab għal kull tip ta’ vettura, varjant u verżjoni.

L-użu ta’ parentesi u sinkijiet hu permess sakemm ma jieħdux post ittra jew numru.

7.3.2.   Il-kodiċi sħiħ għandu jiġi ddeżinjat: Tip-Varjant-Verżjoni jew ‘TVV’.

7.3.3.   It-TVV għandu b’mod ċar u mhux ekwivoku jidentifika kombinazzjoni unika ta’ karatteristiċi tekniċi b’rabta mal-kriterji definiti fil-Parti B ta’ dan l-Anness.

7.3.4.   L-istess fabbrikant għandu juża l-istess kodiċi biex jiddefinixxi tip ta’ vettura meta din tkun taqa’ taħt żewġ kategoriji jew iżjed.

7.3.5.   L-istess fabbrikant ma għandux juża l-istess kodiċi biex jiddefinixxi tip ta’ vettura għal iżjed minn approvazzjoni waħda tat-tip fi ħdan l-istess kategorija tal-vettura.

7.4.   Numru ta’ karattri għat-TVV

7.4.1.   In-numru ta’ karattri ma għandux jaqbeż:

(a)

15 għall-kodiċi tat-tip tal-vettura;

(b)

25 għall-kodiċi ta’ varjant wieħed;

(c)

35 għall-kodiċi ta’ verżjoni waħda.

7.4.2.   It-‘TVV’ alfanumeriku sħiħ ma għandux ikun fih iżjed minn 75 karattru.

7.4.3.   Meta t-TVV jintuża b’mod sħiħ, għandu jitħalla spazju bejn it-tip, il-varjant u l-verżjoni.

Eżempju ta’ TVV:159AF[…spazju]0054[…spazju]977K(BE).

PARTI C

Definizzjonijiet ta’ tipi ta’ karrozzerija

0.   Ġenerali

0.1.   It-tip ta’ karrozzerija msemmija fit-Taqsima 9 tal-Anness I u l-Parti 1 tal-Anness III kif ukoll il-kodiċi għall-karrozzerija msemmi fl-Oġġett 38 tal-Anness IX għandu jiġi indikat permezz ta’ kodiċijiet.

Il-lista tal-kodiċijiet għandha tapplika primarjament għal vetturi kompluti u mlestija.

0.2.   Fir-rigward tal-vetturi fil-kategoriji M, it-tip ta’ karrozzerija għandu jikkonsisti f’żewġ ittri kif speċifikat fit-Taqsimiet 1 u 2.

0.3.   Fir-rigward ta’ vetturi fil-kategoriji N u O, it-tip ta’ karrozzerija għandu jikkonsisti f’żewġ ittri msemmija fit-Taqsimiet 3 u 4.

0.4.   Fejn ikun meħtieġ (speċjalment għat-tipi ta’ karrozzerija msemmija rispettivament fil-punt 3.1 u 3.6 u fil-punti 4.1 sa 4.4), għandu jkun supplimentat b’żewġ figuri.

0.4.1.   Il-lista ta’ figuri għandha tiġi stabbilita fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.

0.5.   Għal vetturi bi skopijiet speċjali, it-tip ta’ karrozzerija li għandha tintuża għandha tkun konnessa mal-kategorija tal-vettura.

1.   Vetturi li jappartjenu għall-kategorija M1

Ref.

Kodiċi

Isem

Definizzjoni

1.1.

AA

Saloon

vettura ddefinita skont it-termini ta’ 3.1.1.1 tal-Istandard ISO Nru 3833:1977, mgħammra b’mill-inqas erba’ twieqi fil-ġenb.

1.2.

AB

Hatchback

Saloon kif iddefinita f’1.1 bi sportell fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

1.3.

AC

Station wagon

vettura definita skont it-termini ta’ 3.1.1.4 tal-Istandard ISO Nru 3833:1977.

1.4.

AD

Coupé

vettura ddefinita skont it-termini ta’ 3.1.1.5 tal-Istandard ISO Nru 3833:1977.

1.5.

AE

Convertible

vettura ddefinita skont it-termini ta’ Nru 3.1.1.6 tal-Istandard ISO Nru 3833:1977.

Madankollu, convertible jista’ ma jkollha l-ebda bieba.

1.6.

AF

Vettura bi skop multiplu

vettura oħra minbarra AG u dawk imsemmija f’AA sa AE maħsuba għall-ġarr ta’ persuni u l-bagalji tagħhom jew okkażjonalment merkanzija, f’kompartiment wieħed.

1.7.

AG

Trakk station wagon

Vettura ddefinita skont it-termini ta’ Nru 3.1.1.4.1 tal-Istandard ISO Nru 3833:1977.

Iżda l-kompartiment tal-bagalji għandu jkun kompletament separat mill-kompartiment tal-passiġġieri.

Barra minn hekk, il-punt ta’ referenza tal-post ta’ bilqiegħda tax-xufier ma għandux għalfejn ikun mill-inqas 750 mm ’il fuq mill-wiċċ li jirfed il-vettura.

2.   Vetturi li jappartjenu għall-kategorija M2 jew M3

Ref.

Kodiċi

Isem

Definizzjoni

2.1.

CA

Vettura bi gverta waħda

vettura fejn l-ispazji pprovduti għall-persuni huma arranġati f’livell wieħed jew b’mod li ma jikkostitwixxux żewġ livelli sovraimposti;

2.2.

CB

Vettura b’żewġ gverti

vettura ddefinita fil-punt 2.1.6 tal-Anness I għad-Direttiva 2001/85/KE;

2.3.

CC

Vettura artikulata bi gverta waħda

vettura ddefinita fil-punt 2.1.3 tal-Anness I għad-Direttiva 2001/85/KE bi gverta waħda;

2.4.

CD

Vettura artikolata b’żewġ gverti

vettura ddefinita fil-punt 2.1.3.1 tal-Anness I għad-Direttiva 2001/85/KE;

2.5.

CE

Vettura bi gverta waħda b’qiegħ baxx

vettura ddefinita fil-punt 2.1.4 tal-Anness I għad-Direttiva 2001/85/KE bi gverta waħda;

2.6.

CF

Vettura b’żewġ gverti b’qiegħ baxx

vettura ddefinita fil-punt 2.1.4 tal-Anness I għad-Direttiva 2001/85/KE b’żewġ gverti;

2.7.

CG

Vettura artikolata bi gverta waħda b’qiegħ baxx

vettura li tikkombina l-karatteristiċi tekniċi tal-entrati 2.3 u 2.5;

2.8.

CH

Vettura artikolata b’żewġ gverti b’qiegħ baxx

vettura li tikkombina l-karatteristiċi tekniċi tal-entrati 2.4 u 2.6;

2.9.

CI

Vettura bi gverta waħda bis-saqaf miftuħ

vettura b’saqaf parzjali jew mingħajr saqaf;

2.10.

CJ

Vettura b’żewġ gverti b’saqaf miftuħ

vettura mingħajr saqaf fuq il-gverta ta’ fuq jew fuq parti minnha;

2.11.

CX

Xażi tax-xarabank

vettura mhux kompluta bi traversi tax-xażi jew immuntar tat-tubu, ferrovija motorizzata, fusien, li hi maħsuba għat-tkomplija bil-karrozzerija, skont il-bżonnijiet tal-operatur tat-trasport.

3.   Vetturi bil-mutur fil-kategorija N1, N2 jew N3

Ref.

Kodiċi

Isem

Definizzjoni

3.1.

BA

Trakk

vettura li hi ddisinjata u mibnija b’mod esklussivament jew prinċipalment għall-ġarr tal-merkanzija.

Tista’ wkoll tirmonka karru.

3.2.

BB

Vann

trakk bil-kompartiment tax-xufier u ż-żona tat-tagħbija fi ħdan unità unika;

3.3.

BC

Unità ta’ trattur għal semitrejler

vettura tal-irmonk li hi ddisinjata u mibnija esklussivament jew prinċipalment għall-irmonk ta’ semitrejlers;

3.4.

BD

Trattur tat-triq

vettura tal-irmonk li hi ddisinjata u mibnija esklussivament għall-irmonk ta’ karrijiet oħra minbarra semitrejlers;

3.5.

BE

Trakk pick-up

vettura ta’ massa massima li ma taqbiżx it-3 500  kg li fiha l-postijiet ta’ bilqiegħda u ż-żona tat-tagħbija ma jkunux jinsabu f’kompartiment wieħed;

3.6.

BX

Kabina tax-xażi jew għata tax-xażi

vettura mhux kompluta b’kabina biss (kompluta jew parzjali), traversi tax-xażi, ferrovija motorizzata, fusien, li hi maħsuba għat-tkomplija bil-karrozzerija, skont il-bżonnijiet tal-operatur tat-trasport.

4.   Vetturi fil-kategorija O

Ref.

Kodiċi

Isem

Definizzjoni

4.1.

DA

Semitrejler

karru li hu ddisinjat u mibni biex jiġi gganċjat ma’ unità ta’ trattur jew converter dolly u biex jimponi tagħbija vertikali sostanzjali fuq il-vettura tal-irmonk jew fuq il-converter dolly.

L-agganċ li għandu jintuża għal kombinazzjoni ta’ vetturi għandu jikkonsisti f’pern u l-ħames rota.

4.2.

DB

Karru bi drawbar

karru li għandu mill-inqas żewġ fusien, li minnhom mill-inqas wieħed ikun fus immanuvrat:

(a)

mgħammar b’apparat tal-irmonk li jista’ jiċċaqlaq vertikalment (b’rabta mal-karru) u

(b)

li jittrażmetti inqas minn 100 daN bħala tagħbija vertikali statika lill-vettura tal-irmonk.

4.3.

DC

Karru b’fus ċentrali

karru fejn il-fus(ien) hu(ma) pożizzjonati viċin iċ-ċentru tal-gravità tal-vettura (meta mgħobbija b’mod uniformi) sabiex tagħbija vertikali statika żgħira biss, li ma taqbiżx l-10 % ta’ dak li jikkorrispondi mal-massa massima tal-karru jew tagħbija ta’ 1 000 daN (skont liema huwa l-iżgħar) tiġi trażmessa lill-vettura tal-irmonk.

4.4.

DE

Karru bi drawbar riġidu

karru b’fus wieħed jew grupp wieħed ta’ fusien mgħammra bi drawbar li jittrażmetti tagħbija statika li ma taqbiżx l-4 000 daN lill-vettura tal-irmonk minħabba li l-kostruzzjoni tiegħu ma tilħaqx id-definizzjoni ta’ karru bil-fus ċentrali.

l-agganċ li għandu jintuża għal kombinazzjoni tal-vetturi m’għandux ikun jikkonsisti f’pern u l-ħames rota.

Appendiċi 1

Proċedura għall-verifika ta’ jekk vettura tistax tiġi kategorizzata bħala vettura off-road

0.   Ġenerali

0.1.   Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ vettura bħala vettura off-road, għandha tapplika l-proċedura deskritta f’dan l-Appendiċi.

1.   Kundizzjonijiet ta’ test għal kejl ġeometriku

1.1.   Vetturi li jappartjenu għall-kategorija M1 jew N1 għandhom ikunu f’kundizzjonijiet mhux mgħobbija b’manikin tal-50 perċentil maskili installat fuq is-sit tax-xufier u mgħammar bi fluwidu li jkessaħ, lubrikanti, karburant, għodod, rota żejda (jekk mgħammra bħala tagħmir OEM).

Il-manikin jista’ jkun mibdul b’apparat simili li għandu l-istess massa.

1.2.   Vetturi oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt 1.1 għandhom jiġu mgħobbija skont il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tagħhom.

Id-distribuzzjoni tal-massa fuq il-fusien għandha tkun dik li tirrapreżenta l-agħar każ fir-rigward tal-konformità mal-kriterji rispettivi.

1.3.   Vettura rappreżentattiva tat-tip għandha tiġi sottomessa għas-servizz tekniku fil-kundizzjonijiet speċifiċi fil-punt 1.1 jew 1.2. Il-vettura għandha tkun f’pożizzjoni wieqfa bir-roti jħarsu dritt ’il quddiem.

L-art li fuqha jsir il-kejl għandha tkun ċatta u orizzontali kemm jista’ jkun (inklinazzjoni massima ta’ 0,5 %).

2.   Kejl tal-angoli tal-approċċ, tat-tluq u tar-rampa

2.1.   L-angolu tal-approċċ għandu jitkejjel skont il-Punt 6.10 tal-Istandard ISO 612:1978.

2.2.   L-angolu tat-tluq għandu jitkejjel skont il-Punt 6.11 tal-Istandard ISO 612:1978.

2.3.   L-angolu tar-rampa għandu jitkejjel skont il-Punt 6.9 tal-Istandard ISO 612:1978.

2.4.   Waqt il-kejl, l-apparat ta’ protezzjoni tal-underrun ta’ wara tal-angolu tat-tluq li huma aġġustabbli fl-għoli jistgħu jiġu stabbiliti fil-pożizzjoni ta’ fuq.

2.5.   Il-preskrizzjoni fil-punt 2.4 ma għandhiex tiġi miftiehma bħala obbligu għall-vettura bażi biex tiġi mgħammra bi protezzjoni tal-underrun ta’ wara bħala tagħmir oriġinali. Madankollu, il-fabbrikant tal-vettura bażi għandu jinforma lill-fabbrikant tal-istadju li jkun imiss li l-vettura se jkollha tikkonforma mar-rekwiżiti fuq l-angolu tat-tluq meta mgħammra bi protezzjoni tal-underrun ta’ wara.

3.   Kejl tal-qtugħ mill-art

3.1.   Qtugħ mill-art bejn il-fusien

3.1.1.

Qtugħ mill-art bejn il-fusien” tfisser l-iqsar distanza bejn il-livell tal-art u l-iżjed punt baxx fiss tal-vettura.

Għall-applikazzjoni tad-definizzjoni, għandhom jitqiesu d-distanza bejn l-aħħar fus ta’ grupp ta’ fusien ta’ quddiem u l-ewwel fus ta’ grupp ta’ fusien ta’ wara.

Image

3.1.2.

L-ebda parti riġida tal-vettura ma tista’ tisporġi fiż-żona oskura murija fuq il-figura.

3.2.   Qtugħ mill-art taħt fus wieħed

3.2.1.

Qtugħ mill-art taħt fus wieħed” tfisser id-distanza taħt l-ogħla punt tal-ark ta’ ċirku li jgħaddi miċ-ċentru tal-marka tat-tajer, ta’ roti li jkunu fuq fus wieħed (ir-roti ta’ ġewwa fil-każ ta’ tajers doppji) u li jmiss l-iżjed punt baxx tal-vettura bejn ir-roti.

Image

3.2.2.

Fejn xieraq, il-kejl tal-qtugħ mill-art għandu jitwettaq fuq kull wieħed mid-diversi fusien ta’ grupp ta’ fusien.

4.   Gradeability

4.1.   “Gradeability” tfisser il-kapaċità ta’ vettura li timmanuvra fuq art imxaqilba.

4.2.   Biex tiġi vverifikata l-gradeability ta’ vettura mhux kompluta u ta’ waħda kompluta tal-kategorija M2, M3, N2 and N3, għandu jitwettaq test.

4.3.   It-test għandu jitwettaq mis-servizz tekniku fuq vettura li tirrapreżenta t-tip li għandu jiġi ttestjat.

4.4.   Fuq talba tal-fabbrikant u taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVI, il-gradeability ta’ tip ta’ vettura tista’ tintwera permezz ta’ ttestjar virtwali.

5.   Kundizzjonijiet tat-test u kriterju ta’ suċċess/twaħħil

5.1.   Sal-31 ta’ Ottubru 2014, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 7.5 tal-Anness I għad-Direttiva 97/27/KE.

Mill-1 ta’ Novembru 2014, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet tat-test adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) skont l-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament.

5.2.   Il-vettura għandha titla’ t-telgħa b’veloċità kostanti mingħajr ebda żlieq lonġitudinali jew laterali tar-roti.

Appendiċi 2

Figuri użati biex jissupplimentaw il-kodiċijiet li għandhom jintużaw għal diversi tipi ta’ karrozzeriji

01

B’qiegħ ċatt (Flat bed);

02

Bl-ispurtelli li jinżlu għall-ġnub (Drop-side);

03

B’bodi forma ta’ kaxxa (Box body);

04

Bodi kkundizzjonat b’ħitan iżolati u tagħmir għaż-żamma tat-temperatura interna;

05

Bodi kkundizzjonat b’ħitan iżolati iżda mingħajr tagħmir għaż-żamma tat-temperatura interna;

06

Bil-ġnub jiġerrew bħal purtiera;

07

B’sovrastruttura interkambjabbli (Swap body);

08

Ġarrier tal-kontejner;

09

Vetturi mgħammra b’ganċ tal-irfigħ;

10

Tipper;

11

Tank;

12

Tank maħsub għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża;

13

Ġarrier tal-bhejjem;

14

Trasportatur tal-vetturi;

15

Mikser tal-konkrit;

16

Vettura b’pompa tal-konkrit;

17

Injam;

18

Vettura għall-ġbir tal-iskart;

19

Vettura tal-knis, tat-tindif u tal-ftuħ tad-drenaġġ tat-toroq;

20

Kumpressur;

21

Ġarrier tad-dgħajjes;

22

Ġarrier tal-glajders;

23

Vetturi għal skopijiet ta’ bejgħ bl-imnut jew għall-espożizzjoni tal-oġġetti;

24

Vettura tal-irkupru;

25

Vettura b’sellum;

26

Trakk bil-krejn (minbarra krejn mobbli kif definit fit-Taqsima 5 tal-Parti A tal-Anness II);

27

Vettura bi pjattaforma għax-xogħol fl-għoli;

28

Vettura ta’ gruwa tat-tħaffir;

29

Karru b’qiegħ baxx;

30

Trasportatur tal-igglejżjar;

31

Vettura għat-tifi tan-nar;

99

Karrozzerija li mhijiex inkluża f’din il-lista.


(1)  ĠU L 42, 13.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1

(4)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.


ANNESS II

L-Anness IV għad-Direttiva 2007/46/KE jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tal-Anness IV jiġi mibdul b’ “REKWIŻITI GĦALL-ISKOP TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TAL-VETTURI”.

(2)

L-Oġġett 43 tal-Parti I tal-Anness IV jiġi mibdul b’dan li ġej:

“43

Sistemi tat-trażżin tal-isprej

Direttiva 91/226/KEE

L 103, 23.4.1991, p.5

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X”

(3)

It-titolu tal-Appendiċi għall-Anness IV jiġi mibdul b’ “Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi li jappartjenu għall-kategorija M1, prodotti f’serje żgħira skont l-Artikolu 22”.


ANNESS III

L-Anness IX għad-Direttiva 2007/46/KE jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-entrata 31 fin-“naħa 2 – Kategorija tal-Vettura N2 (vetturi kompluti u mlestija)” tal-mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità jiġi mibdul bit-test li ġej:

“31.

Pożizzjoni tal-fus(ien) tal-irfigħ: …”;

(2)

It-test tal-entrata 31 fil-“Ġenb 2 – Kategorija tal-vetturi N3 (vetturi kompluti u mlestija)” tal-mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità jiġi mibdul bit-test li ġej:

“31.

Pożizzjoni tal-fus(ien) tal-irfigħ: …”;

(3)

It-test tal-entrata 31 fil-“Ġenb 2 – Kategoriji tal-vettura O1 u O2 (vetturi kompluti u mlestija)” tal-mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità jiġi mibdul bit-test li ġej

“31.

Pożizzjoni tal-fus(ien) tal-irfigħ: …”;

(4)

It-test tal-entrata 31 fil-“Ġenb 2 – Kategoriji tal-vettura O3 u O4 (vetturi kompluti u mlestija)” tal-mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità jiġi mibdul bit-test li ġej:

“31.

Pożizzjoni tal-fus(ien) tal-irfigħ: …”;

(5)

It-test tal-entrata 31 fil-“Ġenb 2 – Kategorija tal-vettura N2 (vetturi mhux kompluti)” tal-mudell taċ-ċertifikat tal-konformità hu mibdul bit-test li ġej:

“31.

Pożizzjoni tal-fus(ien) tal-irfigħ: …”;

(6)

It-test tal-entrata 31 fil-“Ġenb 2 – Kategorija tal-vettura N3 (vetturi mhux kompluti)” tal-mudell taċ-ċertifikat tal-konformità hu mibdul bit-test li ġej:

“31.

Pożizzjoni tal-fus(ien) tal-irfigħ: …”;

(7)

It-test tal-entrata 31 fil-“Ġenb 2 – Kategoriji tal-vettura O1 u O2 (vetturi mhux kompluti)” tal-mudell taċ-ċertifikat tal-konformità hu mibdul bit-test li ġej:

“31.

Pożizzjoni tal-fus(ien) tal-irfigħ: …”;

(8)

It-test tal-entrata 31 fil-“Ġenb 2 – Kategoriji tal-vettura O3 u O4 (vetturi mhux kompluti)” tal-mudell taċ-ċertifikat tal-konformità hu mibdul bit-test li ġej:

“31.

Pożizzjoni tal-fus(ien) tal-irfigħ: …”;

(9)

It-test tan-noti ta’ spjegazzjoni marbutin mal-Anness IV jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-aħħar sentenza tan-nota ta’ spjegazzjoni (a) titħassar;

(b)

Is-sentenza li ġejja tiġi miżjuda man-nota ta’ spjegazzjoni (e):

“Għal karru bil-fus ċentrali b’fus wieħed, indika d-distanza orizzontali bejn il-fus vertikali tal-aġġanċ u ċ-ċentru tal-fus.”


ANNESS IV

L-Anness XI għad-Direttiva 2007/46/KE jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Oġġett 43 tal-Appendiċi 2 għall-Anness XI jinbidel b’dan li ġej:

“43

Sistemi tat-trażżin tal-isprej

Direttiva 91/226/KEE

 

 

 

x

x

x

x

x

x

X”

(2)

L-Oġġett 43 tal-Appendiċi 4 għall-Anness XI jinbidel b’dan li ġej:

“43

Sistemi tat-trażżin tal-isprej

Direttiva 91/226/KEE

 

 

x

x

x

x

x

x

X”

(3)

L-Appendiċi 6 li ġej tiddaħħal wara l-Appendiċi 5 u qabel “Tifsir tal-ittri”:

“Appendiċi 6

Karrijiet tat-trasport ta’ tagħbija eċċezzjonali

Oġġett

Suġġett

Referenza għall-att regolatorju

Karru fil-kategorija O4

3

Tankijiet tal-karburanti/apparat protettiv ta’ wara

Direttiva 70/221/KEE

X

4

Spazju ta’ pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

Direttiva 70/222/KEE

X

5

Sforz tal-isteering

Direttiva 70/311/KEE

X

9

Ibbrejkjar

Direttiva 71/320/KEE

X

10

Intereferenza tar-radju (kompatibbiltà elettromanjetika)

Direttiva 72/245/KEE

X

18

Pjanċi (statutorji)

Direttiva 76/114/KEE

X

20

Installazzjoni ta’ apparat tat-tidwil u ta’ sinjalar tad-dawl

Direttiva 76/756/KEE

A + N

21

Rifletturi tar-rifless

Direttiva 76/757/KEE

X

22

Lampi li jimmarkaw it-truf, tal-pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), tal-pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), tal-waqfien, li jimmarkaw il-ġenb, u li jaħdmu matul il-ġurnata

Direttiva 76/758/KEE

X

23

Indikaturi tad-direzzjoni

Direttiva 76/759/KEE

X

24

Lampi tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

Direttiva 76/760/KEE

X

28

Lampi taċ-ċpar ta’ wara

Direttiva 77/538/KEE

X

29

Lampi tar-rivers

Direttiva 77/539/KEE

X

36

Sistemi tat-tisħin

Direttiva 2001/56/KE

N/A

42

Protezzjoni laterali

Direttiva 89/297/KEE

A

43

Sistemi għat-trażżin tal-isprej

Direttiva 91/226/KEE

A

46

Tajers

Direttiva 92/23/KEE

I

48

Mases u dimensjonijiet

Direttiva 97/27/KE

X

50

Agganċi

Direttiva 94/20/KE

X

63

Regolament tas-sigurtà ġenerali

Regolament (KE) 661/2009

P/A”

(4)

It-“Tifsir tal-ittri” għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt L għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“L

:

Applikazzjoni limitata għal sits maħsuba għall-użu normali meta l-vettura tkun qed tivvjaġġa fit-triq. Huma meħtieġa għallinqas l-ankraġġi għaċ-ċinturini tal-ħoġor għall-postijiet ta’ bilqiegħda fuq wara. Is-sits li mhumiex maħsuba għall-użu meta l-vettura tkun qed tivvjaġġa fit-triq għandhom jiġu identifikati b’mod ċar għall-utenti permezz ta’ simbolu bl-istampi jew sinjal b’test xieraq.”

(b)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt N/A:

“P/A

:

Dan l-att regolatorju huwa parzjalment applikabbli. L-ambitu preċiż tal-applikazzjoni hu stabbilit fil-miżuri tal-implimentazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 661/2009”.

(c)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt H.

“I

:

It-tajers għandhom ikunu approvati għat-tip skont ir-rekwiżiti tar-Regolament UNECE Nru 54 anki jekk il-veloċità massima maħsuba tal-vettura tkun inqas minn 80 km/siegħa.

Il-kapaċità tat-tagħbija tista’ tkun aġġustata b’rabta mal-veloċità massima maħsuba tal-karru bi ftehim mal-fabbrikant tat-tajers.”