|
12.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 664/2011
tal-11 ta’ Lulju 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjaġġi ta’ skart biex jinkludi ċerti taħlitiet ta’ skart fl-Anness IIIA miegħu
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-punt (c) tal-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Finlandja ressqet talba lill-Kummissjoni għal taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrati B3040 u B3080 ta’ Basel biex jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. |
|
(2) |
Ir-Renju Unit ressaq talba lill-Kummissjoni għal taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt l-entrata B3020 ta’ Basel biex jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja fir-rigward tal-aċċettabbilità ta’ taħlit ta’ skart li jikkorrispondi għal inċiżi differenti jew subinċiżi tal-entrati B1010, B2010, B2030, B3010, B3020, B3030, B3040 u B3050 ta’ Basel biex jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. B’kunsiderazzjoni ta’ dawk il-kummenti, il-Kummissjoni għażlet lista ta’ taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt entrata waħda ta’ Basel għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vvalutat it-talbiet mill-Finlandja u mir-Renju Unit u l-kummenti tal-Istati Membri u fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni ntagħżlu lista ta’ taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt entrati individwali ta’ Basel għall-inklużjoni fl-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. |
|
(5) |
Huwa importanti li jiġi ċċarat liema proċeduri huma applikabbli għall-vjaġġi ta’ taħlitiet ta’ skart ikklassifikati taħt entrata waħda ta’ Basel. Sabiex titħalla l-esportazzjoni ta’ ftit minn dawk it-taħlitiet ta’ skart lejn pajjiżi li d-Deċiżjoni OECD C(2001) 107/Finali tal-Kunsill tal-OECD li tikkonċerna r-reviżjoni tad-Deċiżjoni C(92) 39/Finali dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru (id-Deċiżjoni tal-OECD) ma tapplikax, bl-użu tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stipulati fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, huwa meħtieġ perjodu ta’ tranżizzjoni għal dawk il-pajjiżi qabel ma jkunu jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni, jekk taħlitiet rilevanti ta’ skart jistgħux jiġi esportati għal dak il-pajjiż u dwar il-proċedura ta’ kontroll applikabbli, jekk hu l-każ. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 hu emendat skont it-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, f’każ ta’ esportazzjonijiet lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax, il-punt 3 tal-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, kif emendat b’dan ir-Regolament, għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 2 hu sostitwit b’li ġej:
|
|
(2) |
il-punt 3 li ġej hu miżjud:
|