|
9.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/20 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 660/2011
tad-9 ta’ Ġunju 2011
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll maqbul bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kap Verde (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim ta’ Sħubija”), |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2010 ġie inizjalat protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll il-ġdid”). Il-Protokoll il-ġdid jagħti lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet li fihom il-Kap Verde teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fuq is-sajd. |
|
(3) |
Fid-9 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/405/UE (2) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll il-ġdid. |
|
(4) |
Huwa importanti li jkun iddefinit il-mod li bih jiġu allokati l-opportunitajiet ta’ sajd bejn l-Istati Membri għal matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll il-ġdid. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti tal-pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (3), f’każ li l-opportunitajiet ta’ sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll ma jkunux użati totalment, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati. In-nuqqas ta’ tweġiba sal-iskadenza stabbilita mill-Kunsill għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd tagħhom fil-perijodu kkunsidrat. Jeħtieġ li din l-iskadenza tkun stabbilita. |
|
(6) |
Billi l-Protokoll fis-seħħ jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2011, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u japplika mill-1 ta’ Settembru 2011, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-possibbiltajiet ta’ sajd stabbiliti mill-Protokoll maqbul bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) għandhom jiġu allokati kif ġej bejn l-Istati Membri:
|
(a) |
Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun
|
|
(b) |
bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
|
|
(c) |
Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief
|
2. Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde.
3. Jekk it-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
L-iskadenza msemmija fl-Artikolu 10(1) ta’ dak ir-Regolament għandha tiġi stabbilita għal għaxart ijiem ta’ xogħol.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
PINTÉR S.
(1) ĠU L 414, 30.12.2006, p. 1.
(2) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.