7.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 653/2011

tas-6 ta’ Lulju 2011

li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 748/2008 u l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 810/2008 fir-rigward tal-awtorità awtorizzata li toħroġ dokumenti u ċertifikati fl-Arġentina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-Iskeda CXL imħejjija mat-tmiem tal-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV.6, (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 fir-rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2008 tat-30 ta’ Lulju 2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa tal-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta’ annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 0206 29 91  (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2008 tal-11 ta’ Awwissu 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat, (5) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1439/95 jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi awtorizzati li joħorġu dokumenti tal-oriġini.

(2)

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 748/2008, jistabbilixxi l-awtoritajiet fl-Arġentina awtorizzati li joħorġu ċertifikati tal-awtentiċità.

(3)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 810/2008, jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet fil-pajjiżi ta’ esportazzjoni awtorizzati li joħorġu ċertifikati tal-awtentiċità.

(4)

L-Arġentina nnotifikat lill-Kummissjoni li, mill-1 ta’ Lulju 2011, l-awtorità ġdida li ġiet awtorizzata li toħroġ id-dokumenti tal-oriġini u ċ-ċertifikati tal-awtentiċità taċ-ċanga, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż li joriġinaw fl-Arġentina hija l-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi.

(5)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 748/2008 u l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 810/2008 għandhom jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-entrata Nru 1 tinbidel b’dan li ġej:

“1.

L-Arġentina: Ministerio de Economia y Finanzas Publicas”

Artikolu 2

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 748/2008 jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS III

Lista tal-awtoritajiet fl-arġentina awtorizzati li joħorġu ċ-ċertifikati tal-awtentiċità

L-Arġentina: Ministerio de Economia y Finanzas Publicas:

għal falda rqiqa li toriġina fl-Arġentina kif speċifikat fl-Artikolu 1(3)(a).”

Artikolu 3

Fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 810/2008, l-ewwel inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

MINISTERIO DE ECONOMIA Y FINANZAS PÚBLICAS:

għal-laħam li joriġina fl-Arġentina u li huwa skont id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(a).”

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)   ĠU L 143, 27.6.1995, p. 7.

(4)   ĠU L 202, 31.7.2008, p. 28.

(5)   ĠU L 219, 14.8.2008, p. 3.