|
1.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 640/2011
tat-30 ta’ Ġunju 2011
li jemenda għall-152 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, man-network ta’ Al-Qaida u mat-Taliban
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, man-network ta’ Al-Qaida u mat-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Ġunju 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi ħames persuni naturali u tliet persuni ġuridiċi mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2011
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandhom jitħassru:
|
|
(2) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandhom jitħassru:
|