29.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 627/2011
tas-27 ta’ Ġunju 2011
li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Bidu
(1) |
Fit-30 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), il-bidu ta’ proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”). |
(2) |
Il-proċedura nbdiet bħala riżultat ta’ lment li tressaq fis-16 ta’ Awwissu 2010 mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi Mingħajr Saldaturi tal-Azzar li ma Jissaddadx tal-Unjoni Ewropea (“il-Kumitat tad-Difiża”) f’isem żewġ gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni (“l-ilmentaturi”) li jirrappreżentaw proporzjon kbir ħafna, f’dan il-każ ta’ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni kollha ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx fl-Unjoni. L-ilment inkluda evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li kienet meqjusa bħala ġustifikazzjoni xierqa għat-tnedija ta’ proċedura. |
2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura
(3) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bit-tnedija tal-proċedura lill-kwerelant, lil produtturi oħrajn magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lir-rappreżentanti tar-RPĊ, lill-importaturi, il-fornituri u l-utenti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni avżat ukoll lill-produtturi fl-Istati Uniti minħabba li dan kien previst bħala pajjiż analogu possibbli. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu ta’ żmien stabbilit fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni. |
(4) |
Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta. |
(5) |
Fid-dawl tan-numru apparentement għoli ta’ produtturi esportaturi, importaturi mhux relatati u produtturi tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjuni kien previst fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni għad-determinazzjoni tad-dumping u l-ħsara, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni huwiex neċessarju u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-produtturi tal-Unjoni kollha ntalbu jagħmlu lilhom infushom magħrufa lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott taħt investigazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010. L-awtoritajiet tar-RPĊ ġew ikkonsultati wkoll. |
(a)
(6) |
Minn fost il-31 produttur esportatur jew gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi li ppreżentaw ruħhom, il-Kummissjoni għażlet, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, kampjun ibbażat fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet li jistgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun magħżul kien jikkonsisti minn tliet (gruppi ta’) kumpaniji, li jirrappreżentaw 25 % tal-importazzjonijiet totali rreġistrati fl-Eurostat matul il-PI u aktar minn 38 % tal-volum totali tal-esportaturi li kkooperaw fil-PI. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati u l-awtoritajiet Ċiniżi ġew ikkonsultati iżda ma qajmu ebda oġġezzjoni għall-kampjun propost. |
(b)
(7) |
Minn fost il-21 produttur tal-Unjoni li kkuntattjat il-Kummissjoni, ħdax ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tal-informazzjoni rċevuta mingħand dawn il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ gruppi li jirrappreżentaw ħames produtturi tal-Unjoni. Il-kampjun intgħażel fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ u tal-produzzjoni. Il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 48 % tal-bejgħ totali fl-UE tal-produtturi kollha tal-Unjoni, u 80 % tal-produtturi li ppreżentaw ruħhom. |
(8) |
Mit-62 importatur mhux relatat li kkuntattjat il-Kummissjoni, kienu biss ħames kumpaniji li wieġbu għall-mistoqsijiet tal-kampjun sad-data tal-għeluq. Għalhekk, kien ikkunsidrat li ma kien meħtieġ l-ebda teħid ta’ kampjuni, u l-kwestjonarji ntbagħtu lil dawn il-kumpaniji kollha. Eventwalment, kienu biss żewġ importaturi li wieġbu għall-kwestjonarju u li kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. |
(ċ)
(9) |
Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ magħżula fil-kampjun jitħallew iressqu talba għal trattament tal-ekonomija tas-suq (“TES”) jew trattament individwali (“TI”), jekk din tkun ix-xewqa tagħhom, il-Kummissjoni bagħtet formoli b’talbiet lill-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun. Il-gruppi kollha ta’ produtturi esportaturi talbu t-TES skont l-Artikolu 2(7) tar-regolament bażiku jew TI f’każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet għal TES. |
(10) |
Tliet (gruppi ta’) kumpaniji talbu eżaminazzjoni individwali. L-eżaminazzjoni ta’ dawn it-talbiet fl-istadju provviżorju ma kinitx fattibbli fi ħdan il-qafas ta’ żmien. Deċiżjoni dwar jekk l-eżaminazzjoni individwali hijiex se tingħata lil kwalunkwe waħda minn dawn il-kumpaniji mistennija tittieħed fl-istadju definittiv. |
(11) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment żvelat ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun ikkonċernati fir-RPĊ, kif ukoll lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun. |
(12) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand il-produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun fir-RPĊ, mingħand il-produtturi kollha tal-Unjoni magħżula fil-kampjun, żewġ importaturi tal-Unjoni mhux relatati u utent wieħed. |
(13) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala meħtieġa għall-iskop tal-analiżi tat-TES jew it-TI u għal determinazzjoni provviżorja tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta minnu u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin. |
Produtturi esportaturi fir-RPĊ
— |
Changshu Walsin Specialty Steel Co., Ltd., Haiyu Town, Changshu City u l-kumpaniji relatati magħha: Shanghai Baihe Walsin Lihwa Specialty Steel Products Co., Ltd., Baihe Town, Qingpu District, Shanghai; Yantai Jin Cheng Precision Wire Rod Co., Ltd., ETDZ Yantai City, Shandong Province; Yantai Dazhong Recycling Resource Co., Ltd., ETDZ Yantai City, Shandong Province; |
— |
Shanghai Jinchang Stainless Steel Tube Manufacturing Co., Ltd., Situan Town, Fengxian District, Shanghai u l-kumpaniji relatati magħha: Shanghai Jinchang International Trade Co., Ltd., Situan Town, Fengxian District, Shanghai; Shanghai Jinchang international trading Chongqing Co., Ltd., Jieshi Town, Banan District, Chongqing; |
— |
Wenzhou Jiangnan Steel Pipe Manufacturing Co., Ltd.,Yongzhong, Longwan district, Wenzhou. |
Produtturi tal-Unjoni
— |
Il-Kwartieri Ġenerali ta’ Salzgitter Mannesmann Stainless Tubes; Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja; |
— |
Salzgitter Mannesmann Stainless Tubes Deutschland; Remscheid, il-Ġermanja; |
— |
Tubacex Tubos Inoxidables, S.A., Llodio, Spanja. |
Produtturi fil-pajjiż analogu
— |
PEXCO, Scranton, Pennsylvania; |
— |
Salem Tube, Greenville, Pennsylvania; |
— |
Salzgitter Mannesmann Stainless Tubes USA, Houston, Texas; |
— |
Sandvik Materials Technology, Scranton, Pennsylvania. |
3. Il-perjodu ta’ investigazzjoni
(14) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-2006 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
(15) |
Il-prodott ikkonċernat kif deskritt fin-Notifikazzjoni tal-Inizjazzjoni huwa ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx, għajr dawk b’fittings imwaħħlin magħhom maħsuba biex iwasslu gassijiet jew likwidi għall-użu fl-ajruplani ċivili, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7304 11 00, 7304 22 00, 7304 24 00, ex 7304 41 00, 7304 49 10, ex 7304 49 93, ex 7304 49 95, ex 7304 49 99 u ex 7304 90 00 (“il-prodott ikkonċernat”). Dan jinkludi “hollows” mhux irfinuti, prodotti rfinuti bis-sħana u prodotti rfinuti bil-kesħa. |
(16) |
Il-proċess tal-produzzjoni normalment juża ċilindri (“billetti”) tal-azzar li ma jissaddadx bħala materja prima. Fl-ewwel pass tal-produzzjoni, “hollow” mhux irfinuta tiġi manifatturata jew billi tintuża pressa tal-estrużjoni jew permezz ta’ proċess ta’ titqib bis-sħana. Sussegwentement, il-“hollow” tista’ l-ewwel tiġi pproċessata permezz ta’ proċess ta’ rfinar bis-sħana li jirriżulta f’pajp irfinut bis-sħana u li jkompli jiġi pproċessat permezz ta’ proċess ta’ rfinar bil-kesħa (proċess tat-tip cold pilger) jew permezz ta’ proċess ta’ ġbid bil-kiesaħ, li jirriżulta f’pajp irfinut bil-kesħa. It-tipi ta’ prodotti kollha (hollows, pajpijiet irfinuti bis-sħana u pajpijiet irfinuti bil-kesħa) għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użijiet bażiċi. |
(17) |
Il-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx jintużaw l-aktar fl-industriji li ġejjin: l-industriji tal-kimika u tal-petrokimika, il-produzzjoni tal-fertilizzanti, il-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-inġinerija ċivili u l-kostruzzjoni, il-farmakoloġija u t-teknoloġiji mediċi, il-bijoteknoloġija, it-trattament tal-ilma u l-inċinerazzjoni tal-iskart, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u tal-gass, l-ipproċessar tal-faħam u tal-gass, l-ipproċessar tal-ikel. |
(18) |
Produttur wieħed tal-Unjoni, li jkompli jipproċessa tubi tal-azzar li ma jissaddadx, sostna li f’każ li jkollhom jiġu imposti xi miżuri, il-kodiċi NM 7304 49 10 għandu jiġi eskluż mill-ambitu tagħhom għaliex huwa kien ikopri hollows mhux irfinuti li jintużaw biss għal ipproċessar ulterjuri. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li kemm il-fornituri tal-Unjoni kif ukoll dawk Ċiniżi ta’ dak il-produttur tal-Unjoni ddikjaraw l-oġġetti mibjugħa lil dan il-produttur bħala oġġetti rfinuti bis-sħana jew irfinuti bil-kesħa. |
(19) |
Tabilħaqq, id-dikjarazzjoni ta’ dawk il-prodotti bħala “hollows mhux maħduma għal użu biss fil-manifattura ta’ tubi u pajpijiet b’taqsimiet trasversali oħrajn u l-ħxuna tal-ġnub” tikkonċerna oġġetti li mhux neċessarjament għandhom karatteristiċi fiżiċi differenti, iżda sempliċiment għandhom użu differenti. Ġie konkluż provviżorjament li ma kien hemm ebda raġuni biex il-“hollows mhux maħduma” jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott. |
2. Il-prodott simili
(20) |
Il-prodott ikkonċernat u ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx mibjugħa fis-suq domestiku fir-RPĊ, kif ukoll ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni nstabu li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użijiet bażiċi. Għalhekk, ġie konkluż provviżorjament li dawn il-prodotti huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. DUMPING
1. Trattament tal-ekonomija tas-suq
(21) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet ta’ antidumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li ssodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
(22) |
Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti fil-forma mqassra hawn taħt:
|
(23) |
Fl-investigazzjoni preżenti, it-tliet (gruppi ta’) produtturi esportaturi kollha magħżula fil-kampjun talbu trattament tal-ekonomija tas-suq (“TES”) skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola b’talba tat-TES sal-iskadenzi mogħtija. |
(24) |
L-investigazzjoni stabbiliet li l-ebda wieħed mill-(gruppi ta’) produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ ma ssodisfa r-rekwiżiti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, għalhekk ma jistgħux jingħataw it-TES. |
(25) |
L-ebda waħda mill-kumpaniji ma tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kriterju 1 minħabba l-interferenza tal-Istat f’deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-akkwist tal-materja prima ewlenija (partikolarment billetti, ingotti u staneg tondi tal-azzar li ma jissaddadx). Din il-materja prima tirrappreżenta ’l fuq sew minn 50 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat (pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx). Konsegwentement, din il-materja prima hija bil-bosta l-input prinċipali fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
(26) |
L-Istat Ċiniż għandu rwol primarju fl-iffissar tal-prezzijiet tal-materja prima għall-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx u jinterferixxi fis-suq kontinwament bl-għodod li ġejjin: it-taxxa tal-esportazzjoni u l-ebda rifużjoni tal-VAT. L-ewwel nett, il-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx, huma soġġetti għal taxxa ta’ esportazzjoni ta’ 15 % mill-1 ta’ Jannar 2008. It-tieni, l-Istat ma jagħti l-ebda rifużjoni tal-VAT fuq l-esportazzjonijiet ta’ din il-materja prima. |
(27) |
Il-kumpaniji fil-kampjun jakkwistaw il-materja prima ewlenija li tintuża għall-produzzjoni tal-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx fis-suq domestiku Ċiniż. L-investigazzjoni stabbiliet li bħala medja u jiddependi mill-grad tal-azzar, il-prezzijiet Ċiniżi tal-materja prima huma madwar 30 % inqas minn dawk fis-swieq dinjija (l-Istati Uniti jew l-UE). |
(28) |
Minħabba li r-RPĊ trid timporta l-maġġoranza tal-minerali tal-ħadid tagħha bil-prezzijiet tas-suq internazzjonali, huwa ċar li hija ma tibbenifika minn ebda vantaġġ komparattiv naturali, li jispjega l-prezzijiet baxxi tal-materja prima ewlenija fis-suq domestiku Ċiniż. Fl-istess waqt u għal bosta snin, diversi studji jindikaw li hemm interferenza sinifikanti mill-Istat f’dan is-settur. (3) Dawk ir-rapporti jindikaw li l-gvern Ċiniż identifika 14-il industrija “prinċipali” u seba’ industriji “pilastri”. Il-konsumaturi downstream primarji tal-azzar speċjali huma fost is-seba’ industriji “pilastri” appoġġjati mill-gvern Ċiniż permezz tal-politiki industrijali tiegħu. (4) L-impatt negattiv tat-taxxi tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet parzjali tal-VAT ġie enfasizzat ukoll fir-Reviżjonijiet tal-Politika Kummerċjali tad-WTO tal-politiki u l-prattiċi kummerċjali tar-RPĊ. (5) |
(29) |
Kif intqal fir-Reviżjonijiet tal-Politika Kummerċjali tad-WTO, it-taxxi tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-VAT huma għodod tal-politika li l-użu tagħhom inaqqas il-volumi tal-esportazzjoni tal-materja prima inkwistjoni, jiddevja l-provvisti għas-suq domestiku u jwassal għal pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet domestiċi ta’ dawk il-prodotti. (6) Tabilħaqq, l-investigazzjoni attwali stabbiliet diskrepanza sinifikanti fil-prezz bejn il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet dinjija. Tali diskrepanza tikkostitwixxi għajnuna impliċita lill-industriji downstream domestiċi u, għalhekk, tipprovdilhom vantaġġ kompetittiv. Dan l-argument huwa msaħħaħ aktar mill-fatt li ma hemm ebda taxxa ta’ esportazzjoni imposta fuq l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat (pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx), li jibbenefika wkoll minn rifużjoni tal-VAT. |
(30) |
L-investigazzjoni attwali, billi tistabbilixxi l-użu differenti tat-taxxi tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-VAT fuq l-industriji upstream u downstream, turi interferenza mill-Istat, li tista’ tiġi konkluża mid-differenza sinifikanti fil-prezz għall-materja prima tal-azzar li ma jissaddadx (partikolarment billetti, ingotti, staneg tondi tal-azzar li ma jissaddadx) fis-swieq Ċiniżi u dinjija. |
(31) |
Minħabba d-differenza fil-prezz bejn is-suq domestiku Ċiniż u s-swieq dinjija, fin-nuqqas tal-interferenza mill-Istat, il-produtturi domestiċi tal-materja prima msemmija hawn fuq ikunu inklinati li jesportaw il-prodotti tagħhom lejn swieq bi prezzijiet ogħla fejn ikunu jistgħu jiksbu profitti ogħla. Tabilħaqq, l-istatistika doganali taċ-Ċina tikkonferma li virtwalment ma hemm l-ebda esportazzjoni ta’ billetti tal-azzar li ma jissaddadx mir-RPĊ lejn il-bqija tad-dinja. Fl-2009, l-esportazzjonijiet tal-ingotti tal-azzar li ma jissaddadx u forom primarji oħrajn tal-azzar li ma jissaddadx kienu jammontaw għal inqas minn żewġ tunnellati, filwaqt li fl-2010 kienu jammontaw għal inqas minn ħames tunnellati. Dan huwa argument ieħor li juri l-interferenza mill-Istat fis-suq tal-materja prima. |
(32) |
Dawn il-prattiċi Ċiniżi għandhom jitqiesu bħala fattur sottostanti tal-interferenza mill-Istat fid-deċiżjonijiet tal-impriżi rigward il-materja prima. Tabilħaqq, is-sistema Ċiniża attwali tad-dazji għoljin fuq l-esportazzjonijiet u n-nuqqas ta’ rifużjoni tal-VAT għall-esportazzjoni ta’ materja prima essenzjalment wasslet għal sitwazzjoni fejn il-prezzijiet Ċiniżi tal-materja prima jkomplu jkunu r-riżultat ta’ intervent mill-Istat u, wisq probabbli, fil-ġejjieni għandha tkompli tipprovdi appoġġ lill-produtturi Ċiniżi tal-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx. |
(33) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-kriterju 1, waħda mill-kumpaniji naqset li tinkludi żewġ fornituri relatati ta’ materja prima fl-informazzjoni tat-teħid tal-kampjuni tagħha u fit-talba għat-TES. Il-kumpanija sostniet li dawk il-fornituri jfornu kwantitajiet żgħar u, għalhekk, il-fatt li dawn ma kinux irrapportati ma setax u ma jista’ jkollu ebda impatt sostanzjali fuq l-eżitu tal-investigazzjoni. Huwa nnotat li l-ewwel nett il-Kummissjoni għandha tikseb stampa sħiħa tal-kumpaniji kollha fi grupp involut fil-produzzjoni jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, irrispettivament mid-daqs ta’ dawk il-kumpaniji jew mid-daqs tal-bejgħ tagħhom. Huwa nnotat ukoll li l-provvisti tal-materja prima huma pjuttost frammentati, imxerrda fost bosta fornituri żgħar. Ġie konkluż li l-kumpanija, minbarra d-distorsjoni tal-inputs ewlenin deskritti hawn fuq, naqset li turi li d-deċiżjonijiet kummerċjali tagħha ttieħdu b’reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż kienu jirriflettu l-valuri tas-suq. |
(34) |
Minbarra l-kriterju 1, ċerti kumpaniji naqsu wkoll milli juru li huma ssodisfaw il-kriterji 2 u 3. Żewġ kumpaniji ma setgħux juru li kellhom sett ċar ta’ rekords kontabilistiċi li kienu vverifikati b’mod indipendenti u skont l-istandards tal-kontabilità internazzjonali. Għal kumpanija waħda, id-diskrepanzi fir-rekords finanzjarji ma kinux riflessi fir-rapport tal-awditur. Kumpanija oħra ma setgħetx tippreżenta r-rapporti finanzjarji għal xi snin tal-operat tagħha. |
(35) |
Fl-aħħar nett, kumpanija waħda rċeviet self minn banek tal-Istat b’rati preferenzjali, ferm aktar baxxi mir-rati tas-suq. Dan juri li l-ispejjeż tal-produzzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja huma soġġetti għal distorsjonijiet sinifikanti trasferiti mis-sistema ekonomika mhux tas-suq. |
(36) |
Wara l-iżvelar tas-sejbiet tat-TES, waslu kummenti mill-industrija tal-Unjoni u tliet (gruppi ta’) produtturi esportaturi fil-kampjun ikkonċernati. |
(37) |
Kumpanija waħda sostniet li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-TES kienet influwenzata u għalhekk ippreġudikata mill-kalkolu tal-marġini ta’ dumping. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li d-determinazzjoni tat-TES issir qabel kwalunkwe kalkolu tad-dumping u kull verifika li seħħet hija relatata biss mad-dejta relatata mad-determinazzjoni tat-TES. Għalhekk, it-talba mhijiex fondata. |
(38) |
Kumpanija waħda sostniet li ma kienx meħtieġ li jiġu sottomessi talbiet għal TES għall-fornituri relatati tal-materja prima. Dan l-argument għandu jiġi rrifjutat. In-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni ddikjarat b’mod ċar li l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott taħt investigazzjoni għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni. |
(39) |
Barra minn hekk, dik il-kumpanija sostniet li d-distorsjonijiet fis-suq tal-materja prima ma kinux sinifikanti minħabba li 17,5 % tal-materja prima tiġi importata minn fornituri internazzjonali mhux relatati u l-bqija tinxtara primarjament mingħand kumpaniji relatati. L-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni turi li madwar 30 % tal-materja prima tinxtara lokalment u l-bqija tiġi importata primarjament mingħand fornituri relatati. F’dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat li l-prezzijiet tat-trasferiment minn fornituri relatati normalment ma jitqisux bħala informazzjoni affidabbli. Barra minn hekk, b’mod ġenerali, il-prezzijiet tax-xiri tal-materja prima tal-kumpanija mingħand fornituri indipendenti huma sostanzjalment aktar baxxi mill-prezzijiet fl-UE jew fl-Istati Uniti, simili għall-produtturi esportaturi l-oħrajn investigati. Għalhekk, it-talba ma ġietx milqugħa. |
(40) |
Kumpanija waħda kkontestat il-kalkolu mill-Kummissjoni tad-differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-materja prima fis-suq Ċiniż u dawk fis-swieq dinjija. Wara l-verifika, il-Kummissjoni tikkonferma dan il-kalkolu. B’mod partikolari, il-kumpanija ma ħaditx f’kunsiderazzjoni l-ħlasijiet addizzjonali għal-liga applikati mill-fornituri tal-Istati Uniti u tal-UE. Għalhekk, it-talba għandha tiġi rrifjutata. |
(41) |
Kumpanija waħda sostniet ukoll li d-diskrepanzi bejn id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul u d-dikjarazzjoni finanzjarja kienu normali, mhux sinifikanti u għalhekk ma kien hemm ebda obbligu għal spjegazzjonijiet fin-noti għad-dikjarazzjoni finanzjarja. Konsegwentement, dan għalhekk ma għandu jkollu ebda impatt fuq id-determinazzjoni tal-Kummissjoni. Huwa nnotat li d-diskrepanzi fir-rigward tal-qligħ annwali huma qrib it-30 miljun RMB u għalhekk kellhom jitqiesu bħala importanti u jiġu spjegati fin-noti għad-dikjarazzjoni finanzjarja. |
(42) |
Talba oħra kienet relatata ma’ allegat ksur tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji u tar-Regolament bażiku tal-UE Kontra s-Sussidji. (7) Il-kumpanija ddikjarat li r-rifjut tat-talba għat-TES fuq il-bażi li l-kumpaniji jistgħu jkunu qegħdin jirċievu sussidji għandu l-effett li jippenalizza lill-esportatur għal sussidji li huma meqjusa illegali mingħajr ebda prova. Dan l-argument għandu jiġi rrifjutat. It-talbiet għat-TES ma ġewx irrifjutati fuq il-bażi ta’ sussidji possibbli, iżda għal raġunijiet speċifiċi stabbiliti fil-premessi ta’ hawn fuq, kif ukoll fid-dokumenti dettaljati dwar l-iżvelar tat-TES mibgħuta lill-partijiet. Ir-raġuni ewlenija għar-rifjut tat-TES kienet id-distorsjonijiet stabbiliti fis-suq tal-materja prima. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li, pereżempju, il-kumpaniji kisbu self minn banek tal-Istat b’rati preferenzjali ferm aktar baxxi mir-rati tas-suq, li turi b’mod ċar it-trasferiment mill-ekonomija preċedenti mhux tas-suq. |
(43) |
Bħala konklużjoni, l-ebda wieħed mill-kummenti li waslu ma kien tali li jbiddel is-sejbiet fir-rigward tad-determinazzjoni tat-TES. |
2. Trattament individwali
(44) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi stabbilit dazju mal-pajjiż kollu, jekk hemm, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:
|
(45) |
It-tliet (gruppi ta’) kumpaniji fil-kampjun imsemmija qabel, li ġew imċaħħda t-TES, talbu wkoll li jingħataw trattament individwali (“TI”). Instab provviżorjament li dawn it-tliet (gruppi ta’) kumpaniji kollha fil-kampjun issodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk setgħu jingħataw it-TI. |
3. Valur normali
(a)
(46) |
Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx it-TES għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali maħdum f’pajjiż analogu. |
(47) |
Fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni, il-Kummissjoni indikat li hija pprevediet li tuża l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu bl-iskop li tistabbilixxi l-valur normali għar-RPĊ. Parti waħda sostniet li l-Indja kienet suq analogu aħjar minħabba l-livell simili ta’ żvilupp lejn ir-RPĊ. Il-Kummissjoni ma kisbet l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi Indjani. L-Istati Uniti dehru inizjalment addattati minħabba l-ftuħ tagħhom għall-kompetizzjoni tal-importazzjonijiet (tariffi doganali ta’ 0 % kontra l-10 % fl-Indja) u livell pjuttost tajjeb ta’ kompetizzjoni fis-suq domestiku bi 15 sa 20 produttur tal-Istati Uniti. |
(48) |
Madankollu, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjara ta’ verifika żvelaw li l-Istati Uniti mhumiex suq ta’ pajjiż analogu xieraq. Il-produtturi kollha tal-Istati Uniti li kkooperaw jiddependu fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima bażika u prodotti finali mill-kumpaniji prinċipali tagħhom tal-UE u għandhom attività ta’ produzzjoni limitata fl-Istati Uniti, primarjament biex iwieġbu għall-ordnijiet personalizzati jew urġenti. Fil-fatt, il-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Istati Uniti li kkooperaw huwa frazzjoni tal-produtturi prinċipali Ewropej tagħhom. Madankollu, l-aktar importanti huwa li l-produtturi tal-Istati Uniti li kkooperaw għandhom spejjeż tal-ipproċessar għoljin li jirriflettu ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom fil-manifattura. Dawk l-ispejjeż jissarrfu fi prezzijiet domestiċi għoljin fis-suq tal-Istati Uniti. |
(b)
(49) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur normali maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq jew il-prezzijiet tal-esportazzjoni minn tali pajjiż għal pajjiżi oħrajn, inkluża l-UE. Billi l-valur normali ma setax jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valuri maħduma fl-Istati Uniti għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa preċedenti, ġie esplorat it-tieni metodu. Madankollu, għar-raġunijiet mogħtija hawn taħt, lanqas dan il-metodu ma huwa xieraq għall-każ preżenti. L-istess bħall-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-Istati Uniti, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti se jkunu wkoll influwenzati mill-ispejjeż għoljin tal-produzzjoni u mill-fatt li l-volumi tal-esportazzjoni jkunu limitati, jiġifieri inqas minn 2 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE). Jidher ukoll li wħud minn dawk l-esportazzjonijiet isiru lil kumpaniji relatati u għalhekk mhumiex affidabbli għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali. |
(50) |
Bħala alternattiva għaż-żewġ metodi msemmija fuq, l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku jistipula li l-valur normali jista’ jiġi stabbilit fuq kwalunkwe bażi raġonevoli oħra, inkluż il-prezz fil-fatt imħallas jew pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili, debitament aġġustat, jekk ikun meħtieġ, sabiex jinkludi qligħ raġonevoli. Dan il-metodu ntuża b’mod provviżorju fil-każ preżenti minħabba li f’dan l-istadju l-investigazzjoni stabbiliet li l-Istati Uniti mhumiex pajjiż analogu xieraq. |
(51) |
Għat-tipi ta’ prodotti esportati mill-(gruppi ta’) produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun li għalihom ma sar l-ebda bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-Kummissjoni użat provviżorjament il-prezzijiet fil-fatt imħallsin jew pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili, debitament aġġustati, jekk meħtieġ, sabiex jinkludu qligħ raġonevoli, tal-aktar tipi ta’ prodotti li jixxiebħu u li għandhom l-istess dijametru, grad ta’ azzar u tip ta’ prodott (pereżempju rfinuti bil-kesħa jew bis-sħana). |
4. Prezz tal-esportazzjoni
(52) |
Fil-każijiet kollha, il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, u għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni attwalment imħallsa jew pagabbli. |
5. Paragun
(53) |
Il-marġini ta’ dumping ġew stabbiliti permezz ta’ paragun tal-prezzijiet tal-esportazzjoni kif joħorġu mill-fabbrika tal-esportaturi fil-kampjun meqjusa individwalment mal-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun stabbiliti kif stipulat fil-premessa (50) hawn fuq. |
(54) |
Bil-għan li jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingħataw aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn dawn instabu li kienu raġonevoli, preċiżi u appoġġjati minn evidenza vverifikata. B’mod partikolari, ingħata aġġustament għat-taxxi indiretti, il-merkanzija u l-assigurazzjoni marittima, il-merkanzija fil-pajjiż esportatur, l-ispejjeż tal-garanziji, il-kummissjonijiet, l-ispejjeż tal-krediti, l-ispejjeż bankarji, il-livell tal-kummerċ u kif elaborat fil-premessa (70) aktar ’l isfel, il-perċezzjoni tal-kwalità. |
6. Marġini ta’ dumping
(55) |
Il-marġini ta’ dumping provviżorju ġew espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. |
(a)
(56) |
Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini ta’ dumping għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw mogħtija TI ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ paragun tal-valur normali medju peżat stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili, debitament aġġustati sabiex jinkludu profitt raġonevoli kif spjegat fid-dettall fil-premessi (50) u (51) hawn fuq mal-prezz medju peżat tal-esportazzjoni ta’ kull kumpanija tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni, kif stabbilit hawn fuq. |
(57) |
Abbażi ta’ dan, il-marġini ta’ dumping provviżorju espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:
|
(b)
(58) |
Il-marġini ta’ dumping għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha li kkooperaw fir-RPĊ, mhux inklużi fil-kampjun, ġie kkalkulat bħala medja peżata tal-marġini ta’ dumping tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. |
(59) |
Abbażi ta’ dan, il-marġini ta’ dumping provviżorju espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 71,1 %. |
(ċ)
(60) |
Minħabba l-livell għoli ta’ kooperazzjoni fl-investigazzjoni (il-kumpaniji li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 64 % tal-importazzjonijiet totali rreġistrati fl-Eurostat matul il-PI) il-marġini uniku għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx ġie stabbilit bl-użu tal-ogħla mill-marġini li nstabu għall-(gruppi ta’) kumpaniji fil-kampjun. |
(61) |
Abbażi ta’ dan, il-livell ta’ dumping provviżorju uniku għall-pajjiż kollu bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 83,2 %. |
D. ĦSARA
1. Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni
(62) |
Matul il-PI, il-prodott simili kien manifatturat minn 21 produttur fl-Unjoni. Skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku, il-21 produttur tal-Unjoni eżistenti kollha jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni u, għalhekk, minn hawn ’il quddiem, se ssir referenza għalihom bħala l-“industrija tal-Unjoni”. |
(63) |
Kif indikat taħt il-premessa (7) aktar ’il fuq, fil-kampjun intgħażlu żewġ gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni, komposti minn ħames produtturi tal-Unjoni, li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. Mill-bqija tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-kumpanija li talbet għal limitazzjoni tal-ambitu tal-prodott (ara l-premessi (16) u (17) aktar ’il fuq) – ma qablitx mal-għażla tal-kampjun. Notevolment, il-produttur ikkritika l-fatt li l-kampjun jinkludi biss kumpaniji li huma preżenti kemm fis-“suq tal-prodotti finali” kif ukoll dak tal-“prematerjal”, kif ukoll il-fatt li l-kampjun huwa magħmul minn kumpaniji li lmentaw biss. Ġie mtenni li l-kumpanija inkwistjoni tixtri l-prematerjal kemm mir-RPĊ kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-produttur naqas milli juri bil-provi li tabilħaqq kienu jeżistu dawn iż-żewġ swieq separati. Barra minn hekk, il-produttur kien jirrappreżenta inqas minn 2 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI, filwaqt li ż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji ntgħażlu fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi kif deskritti fil-premessi (7) u (8) aktar ’il fuq. |
2. Il-konsum tal-Unjoni
(64) |
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-kumitat tad-difiża li jirrappreżenta lill-kwerelanti (ara l-premessa (2) aktar ’il fuq) u d-dejta dwar il-volumi tal-importazzjoni għas-suq tal-Unjoni miksuba mill-Eurostat. Din id-dejta tal-aħħar kellha tiġi aġġustata bi ftit fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Afrika ta’ Isfel u l-Ġappun għal ċerti perjodi minħabba li dik id-dejta kienet tinkludi xi distorsjonijiet li jirriżultaw minn rappurtar żbaljat tal-informazzjoni. |
(65) |
Il-konsum tal-Unjoni naqas drastikament b’35 % bejn l-2006 u l-PI. Madankollu, il-konsum żdied bi ftit bejn l-2006 u l-2007, laħaq il-quċċata fl-2007 u mbagħad kompla jonqos kontinwament sena wara sena sal-PI. Tabella 1
|
(66) |
Tabilħaqq, il-perjodu kkunsidrat ikopri varjazzjonijiet konsiderevoli fis-suq, primarjament minħabba volatilitajiet kbar ħafna fid-domanda għat-tubi tal-azzar li ma jissaddadx. Is-sena 2007 kif ukoll l-ewwel tliet kwarti tal-2008 jistgħu jiġu kkaratterizzati bħala suq robust li qiegħed jikber u jissaħħaħ. Eventwalment, il-kriżi ekonomika kellha impatt kbir fuq id-domanda. Dan l-impatt beda jsir evidenti fl-aħħar kwart tal-2008, sar aktar gravi matul l-2009 u saħansitra ssokta fl-ewwel nofs tal-2010, biex b’hekk affettwa wkoll il-PI kollu kemm hu. Dan kollu huwa rifless sew fix-xejra tal-konsum tal-Unjoni li kien fl-aqwa tiegħu fl-2007 u li mbagħad beda jonqos sena wara sena. |
3. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
3.1. Il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
(67) |
Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’14 %. Fil-fatt, bejn l-2006 u l-2007, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu kważi bid-doppju, filwaqt li bdew jonqsu sena wara sena bejn l-2007 u l-PI, l-aktar minħabba t-tnaqqis fil-konsum (billi s-sehem mis-suq baqa’ stabbli bejn l-2008 u l-PI – ara l-premessa (68) hawn taħt). Tabella 2
|
3.2. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
(68) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdied kważi bid-doppju matul il-perjodu kkunsidrat, billi żdied b’76 % jew b’7,9 punti perċentwali. Dan it-tkabbir fis-sehem tas-swieq ġie rreġistrat primarjament bejn l-2006 u l-2007, fejn sussegwentement żamm il-livell għoli tiegħu. Tabella 3
|
3.3. Il-prezzijiet
(a)
(69) |
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, bid-dazju mhux imħallas fil-fruntiera Ewropea, kif irrapportat mill-Eurostat. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied sal-2008 u mbagħad naqas bejn l-2008 u l-PI. Tabella 4
|
(b)
(70) |
Sar paragun tal-prezzijiet ta’ tip għal tip bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fl-Unjoni. Għal dan il-għan, il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati ġew imqabbla mal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun tal-pajjiż ikkonċernat. Fejn meħtieġ, ġew applikati aġġustamenti sabiex jittieħed kont tad-differenzi fil-perċezzjoni tas-suq tal-kwalità tal-prodott, il-livell tal-kummerċ u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. |
(71) |
Il-paragun wera li, matul il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ inbiegħu fl-Unjoni bi prezzijiet li waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni, meta espressi bħala perċentwal ta’ din tal-aħħar, li kien ivarja minn 21 % sa 32 %. |
4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.1. Rimarki preliminari
(72) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indikaturi kollha rilevanti li jinfluwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni. Id-dejta ppreżentata hawn taħt hija relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni għall-ishma tal-bejgħ u tas-suq, u mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għall-indikaturi kollha li jifdal. F’dak li għandu x’jaqsam mal-indikaturi bbażati fuq il-produtturi fil-kampjun, billi l-kampjun kien kompost minn żewġ gruppi biss ta’ produtturi, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, id-dejta aggregata attwali ma tistax tiġi żvelata fit-tabelli relatati ta’ hawn taħt; minflok, qegħdin jiġu ppreżentati biss l-indiċijiet sabiex juru x-xejra ta’ dawk l-indikaturi. |
4.2. Il-produzzjoni
(73) |
Il-volumi tal-produzzjoni tal-Unjoni żdiedu bejn l-2006 u l-2008, iżda mbagħad naqsu drastikament bejn l-2008 u l-PI. Dan it-tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni kien ikkawżat kemm mit-tnaqqis fid-daqs tas-suq kif ukoll mill-pressjoni dejjem tiżdied tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Tabella 5
|
4.3. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
(74) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat: Madankollu, ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset b’35 % bejn l-2006 u l-PI. Matul il-PI, il-livell tal-użu tal-kapaċità naqas għal ftit aktar minn nofs il-livell milħuq fl-2008. Tabella 6
|
4.4. Stokkijiet
(75) |
It-tabella ta’ hawn taħt turi li l-istokkijiet tal-għeluq għall-ewwel żdiedu sal-2008, meta l-produzzjoni tal-Unjoni kienet fl-aqwa tagħha, iżda mbagħad bdew jonqsu minħabba l-livelli mnaqqsa ta’ attività tal-manifattura. Tabella 7
|
4.5. Il-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni (l-industrija totali tal-Unjoni)
(76) |
Il-volum tal-bejgħ tal-produtturi kollha tal-Unjoni fis-suq tal-UE naqas globalment b’39 %, filwaqt li, fl-istess ħin, l-esportazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’14 %, kif iddikjarat fil-premessa (68) hawn fuq. Il-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni fl-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 8
|
4.6. Is-sehem mis-suq (l-industrija totali tal-Unjoni)
(77) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 3,4 punti perċentwali bejn l-2006 u l-2007 u baqa’ relattivament stabbli matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat, b’żieda temporanja żgħira fl-2009. B’mod ġenerali, l-industrija tal-Unjoni tilfet 3,6 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, filwaqt li, kif muri fit-Tabella 3 hawn fuq, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdied kważi bid-doppju matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 9
|
4.7. Il-prezzijiet tal-bejgħ
(78) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet medji tal-bejgħ, it-tabella ta’ hawn taħt turi li fl-2007 l-industrija tal-Unjoni żiedet il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u mbagħad naqqsithom gradwalment sena wara sena sal-PI, sakemm laħqet il-livelli tal-prezzijiet li huma aktar baxxi minn dawk tal-2006. L-evoluzzjoni u l-volatilità għolja tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom kienu parzjalment dovuti għall-varjazzjonijiet serji fl-ispejjeż tal-materja prima. Tabella 10
|
4.8. Impjieg
(79) |
Il-livell tal-impjieg segwa l-aktar l-iżvilupp tal-volumi tal-produzzjoni (ara t-Tabella 5 hawn fuq), li jindika li l-industrija tal-Unjoni ppruvat tirrazzjonalizza l-ispejjeż tal-manifattura meta kien meħtieġ. L-industrija tal-Unjoni ppruvat tadatta l-forza tax-xogħol tagħha għaċ-ċirkostanzi dejjem imorru għall-agħar tas-suq billi naqqset is-sigħat tax-xogħol minflok naqqset l-għadd ta’ ħaddiema. Għalhekk, it-tabella ta’ hawn taħt turi l-livell ta’ impjieg f’ekwivalenti għall-full-time (“FTE”). L-impjieg FTE tal-produtturi tal-Unjoni żdied bi 11-il punt perċentwali bejn l-2006 u l-2008, segwit bi tnaqqis ta’ 19-il punt perċentwali mill-2008 sal-PI. B’mod ġenerali, l-għadd ta’ FTE's naqas bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 11
|
4.9. Produttività
(80) |
Minkejja t-tentattivi msemmija qabel tal-industrija tal-Unjoni, l-output għal kull FTE tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’mod konsiderevoli, globalment b’29 %. L-impatti serji tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ fil-perjodu ta’ domanda tas-suq li qiegħda tonqos ħafna ma ħallewx lill-industrija tal-Unjoni żżomm il-livelli tal-produttività tagħha. Tabella 12
|
4.10. L-Ispejjeż tax-Xogħol
(81) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tikkontrolla l-iżvilupp tal-ispejjeż tax-xogħol. Tabilħaqq, it-tabella ta’ hawn taħt turi li l-ispiża tax-xogħol annwali medja żdiedet bi ftit fl-2007 u fl-2008, iżda naqset fl-2009 u fil-PI. Matul il-perjodu kollu, l-ispejjeż tax-xogħol naqsu bi 2 %. Dan it-tnaqqis kien ikun aktar notevoli li kieku l-ammonti tal-ħlasijiet għall-waqfien mill-impjieg kienu esklużi mix-xejra ta’ hawn fuq. Tabella 13
|
4.11. Profittabilità u redditu fuq l-investimenti (ROI)
(82) |
Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi l-qligħ nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-UE lil klijenti mhux relatati ġie espress bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. B’riżultat ta’ dan, il-marġini tal-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 14
|
(83) |
Kif turi t-tabella ta’ hawn fuq, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni laħqet il-quċċata tagħha fl-2007 minħabba l-kundizzjonijiet straordinarji tas-suq, li minnhom jistgħu jibbenifikaw il-parteċipanti kollha tas-suq. Il-profittabilità medja bdiet tiddeterjora b’mod sinifikanti mill-2007 u l-profitti nbidlu f’telf sinifikanti matul l-2009 u l-PI. |
(84) |
F’dak li għandu x’jaqsam mar-redditu fuq l-investimenti (“ROI”), espress bħala l-qligħ f’perċentwali tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti, dan l-indikatur jidher li segwa x-xejra tal-profittabilità. |
4.12. Il-fluss tal-flus u l-abbiltà li jiżdied il-kapital
(85) |
Il-fluss nett tal-flus mill-attivitajiet operattivi żviluppa kif ġej (meta wieħed iqis l-ammont negattiv fl-2006, b’mod eċċezzjonali għal din it-tabella, is-sena 2007 kienet meqjusa bħala s-sena ta’ referenza sabiex jiġi indikat l-iżvilupp tal-fluss tal-flus): Tabella 15
|
(86) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-fluss tal-flus tal-industrija tal-Unjoni laħaq il-quċċata tiegħu fl-2008 u li sussegwentement naqas sal-aħħar tal-perjodu kkunsidrat, sakemm laħaq livell pjuttost baxx fil-PI. |
4.13. Investimenti
(87) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej: Tabella 16
|
(88) |
Kif turi t-tabella ta’ hawn fuq, il-produtturi tal-Unjoni ddeċidew li jkomplu jinvestu minkejja l-qagħda finanzjarja fraġli tagħhom fl-2009 u fil-PI. Ir-raġunijiet għal dan huma li (i) dan it-tip ta’ industrija normalment ikun jirrikjedi ċerti investimenti multiannwali li jkollhom jiġu kkompletati irrispettivament mis-sitwazzjoni tas-suq, u li (ii) f’dan is-settur, it-titjib frekwenti fit-tagħmir huwa prerekwiżit sabiex tkun tista’ ssir il-produzzjoni ta’ kwantitajiet akbar ta’ prodotti ta’ livell ogħla (bħala sforz sabiex tinżamm il-kompetittività vis-à-vis manifatturi oħrajn). |
4.14. Il-kobor tal-marġini ta’ dumping attwali
(89) |
Il-marġini ta’ dumping għall-importazzjonijiet mir-RPĊ, kif speċifikat aktar ’il fuq fil-premessa (57) hawn fuq, huma għoljin ħafna. Minħabba l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġini tad-dumping jista’ jitqies bħala wieħed sostanzjali. |
5. Konklużjoni dwar il-ħsara
(90) |
L-indikaturi tal-ħsara żviluppaw b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa partikolarment notevoli għall-indikaturi li jikkonċernaw il-profittabilità, il-volumi tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq, li kollha wrew xejra ta’ deterjorament b’mod ċar. |
(91) |
Fl-istess waqt, l-importazzjonijiet tat-tubi tal-azzar li ma jissaddadx mir-RPĊ kienu qegħdin iwaqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’sa 32 % matul il-PI (ara l-premessa (71) aktar ’il fuq). |
(92) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, huwa provviżorjament konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
E. KAWŻALITÀ
1. Introduzzjoni
(93) |
Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sa livell li jippermettilha tiġi kklassifikata bħala materjali. Barra minn hekk, il-fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess waqt ikkawżaw il-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex jiġi żgurat li kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħrajn ma tiġix attribwita lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
2. L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
(94) |
Bejn l-2006 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat żdied f’termini ta’ volum b’14 % f’suq li kien qiegħed jiċkien b’35 %, li wassal għal żieda fis-sehem mis-suq tal-Unjoni b’76 %, minn 10,5 % għal 18,4 %. |
(95) |
Iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat ikkoinċidiet ma’ xejra ’l isfel f’ħafna mill-indikaturi ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni tilfet 3,6 punti perċentwali tas-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha naqsu bi 8 % minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx fis-suq tal-Unjoni. Il-qtugħ sinifikanti tal-prezzijiet impedixxa lill-industrija tal-Unjoni milli tgħaddi l-ispejjeż miżjudin tal-produzzjoni fil-prezzijiet tal-bejgħ sa ammont aċċettabbli, u dan irriżulta f’livelli ta’ profittabilità negattivi matul il-PI. |
(96) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ, li daħlu fis-suq tal-Unjoni f’volumi kbar u li b’mod ġenerali qegħdin jiżdiedu u li waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, qegħdin jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
3. L-effett ta’ fatturi oħrajn
3.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
(97) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm importazzjonijiet limitati minn pajjiżi terzi oħrajn. Is-sehem totali tas-suq ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn għajr ir-RPĊ naqas b’4,3 punti perċentwali, minn 26,8 % għal 22,5 %. |
(98) |
L-akbar sorsi li jmiss ta’ importazzjonijiet matul il-PI kienu l-Ġappun u l-Ukraina. Huma t-tnejn kellhom sehem mis-suq ta’ 5,2 % kull wieħed. L-Indja kellha sehem mis-suq ta’ 3,0 %, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti kellhom sehem mis-suq ta’ 2,7 % matul il-PI. It-tabella li ġejja turi l-iżvilupp tal-volumi tal-importazzjoni, il-prezzijiet u l-ishma mis-suq tal-akbar erba’ pajjiżi tas-sors ta’ importazzjoni wara r-RPĊ u dawk tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi l-oħrajn li jifdal, ilkoll ibbażati fuq id-dejta tal-Eurostat. Kif issemma diġà fil-premessa (64) aktar ’il fuq, id-dejta tal-Eurostat għall-importazzjonijiet mill-Ġappun kienet teħtieġ aġġustamenti żgħar sabiex jiġu esklużi d-distorsjonijiet li jirriżultaw minn rappurtar żbaljat tat-tranżazzjonijiet. Tabella 17
|
(99) |
Kif indikat fit-tabella ta’ hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat il-Ġappun żied b’mod moderat is-sehem mis-suq tiegħu b’0,8 punti perċentwali minn 4,4 % għal 5,2 %. Madankollu, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ġappun jidhru li huma ferm aktar komparabbli mal-prezzijiet tal-Unjoni mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. L-aktar importanti, fil-PI, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ġappun kienu ogħla b’mod sinifikanti minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. |
(100) |
L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti saru bi prezzijiet konsiderevolment ogħla minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat (għajr għas-sena tal-2007). F’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet mill-Ukraina u mill-Indja, għalkemm il-prezzijiet medji minn dawn il-pajjiżi kienu ġeneralment aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni, it-tnejn żammew sehem mis-suq relattivament stabbli fis-suq tal-Unjoni: is-sehem mis-suq tal-Ukraina naqas minn 5,9 % għal 5,2 %, filwaqt li dak tal-Indja żdied minn 2,8 % għal 3,0 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(101) |
Bħala konklużjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ naqas b’4,3 punti perċentwali (minn 26,8 % għal 22,5 %) matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-prezz medju tal-importazzjoni mill-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ żdied b’34 % matul il-perjodu kkunsidrat (minn EUR 5 586 għal EUR 7 484 għal kull tunnellata) li huwa f’kuntrast qawwi mat-tnaqqis ta’ 9 % fil-prezzijiet tal-importazzjoni diġà baxxi ħafna taċ-Ċina u mat-tnaqqis ta’ 8 % fil-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-Unjoni. |
(102) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ ma jidhrux li kkontribwixxew għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI. |
3.2. L-impatti tal-varjazzjonijiet tas-suq u l-kriżi ekonomika
(103) |
Filwaqt li l-2007 u l-ewwel tliet kwarti tal-2008 jistgħu jiġu kkaratterizzati bħala suq robust li qiegħed jikber u jissaħħaħ għat-tubi tal-azzar li ma jissaddadx, eventwalment, il-kriżi finanzjarja u ekonomika kellha wkoll impatt kbir fuq dan is-settur. It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku beda fl-aħħar kwart tal-2008, kompla matul l-2009 u affettwa saħansitra l-ewwel nofs tal-2010, jiġifieri l-PI kollu kemm hu. Dan kollu huwa rifless fix-xejriet tal-konsum tal-Unjoni, li kien fl-aqwa tiegħu fl-2007 u li mbagħad beda jonqos sena wara sena (ara t-Tabella 1 hawn fuq). |
(104) |
Mingħajr dubju, it-tnaqqis fil-konsum imsemmi hawn fuq li jirriżulta mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kellu wkoll impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, għandu jiġi nnotat li dan l-effett negattiv kien aggravat serjament mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, li waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, anki li kieku t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kellu jitqies bħala fattur li jikkontribwixxi għall-ħsara matul il-PI, dan bl-ebda mod ma jista’ jnaqqas l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali kompetizzjoni inġusta mir-RPĊ u l-pressjoni tal-volum u l-prezzijiet li eżerċitat fuq il-produtturi tal-Unjoni, kien ikun possibbli għal din tal-aħħar li żżomm il-livell tal-prezzijiet tal-bejgħ u tal-profittabilità tagħhom f’livelli relattivament aċċettabbli anki f’sitwazzjoni ta’ domanda li tonqos. |
(105) |
Fil-fatt, l-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ li waqqgħu ħafna l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni matul il-PI jista’ jitqies bħala saħansitra aktar dannuż f’perjodu ta’ kriżi ekonomika meta l-volumi u l-prezzijiet tal-bejgħ ikunu, f’kull każ, diġà taħt pressjoni mill-konsum aktar baxx. |
(106) |
Meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ma jistax jitqies bħala fattur possibbli li jkisser ir-rabta kawżali bejn il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. |
3.3. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(107) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-iżvilupp tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-esportazzjonijiet naqsu inqas mill-bejgħ domestiku, irrispettivament minn jekk humiex eżaminati l-produtturi kollha tal-Unjoni jew il-produtturi fil-kampjun biss. F’dak li għandu x’jaqsam mal-volumi tal-bejgħ mill-esportazzjoni, tista’ tiġi stabbilita x-xejra li ġejja għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 18
|
(108) |
Ta’ min jirrimarka li l-bejgħ mill-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’ritmu aktar bil-mod mill-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Dan jista’ jimplika li l-pressjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ hija partikolarment qawwija fis-suq tal-Unjoni. Minħabba din l-indikazzjoni, kif ukoll is-sehem sostanzjali ta’ esportazzjonijiet fil-bejgħ totali magħmul mill-industrija tal-Unjoni (b’mod kostanti bejn 39 % u 45 % matul il-perjodu kkonċernat), kwalunkwe nuqqas ta’ kompetittività tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq dinji jista’ ċertament jiġi eskluż. |
3.4. Il-kompetittività tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(109) |
Il-volatilità għolja tal-prezzijiet tal-ligi, kif ukoll l-iżviluppi ġenerali fid-domanda tas-suq, irriżultaw f’varjazzjonijiet konsiderevoli fl-ispejjeż tal-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-prodott taħt investigazzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-ispiża unitarja medja tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żviluppat kif ġej: Tabella 19
|
(110) |
Kif issemma diġà fil-premessa (78) aktar ’il fuq, is-suq tar-RPĊ għall-materja prima ewlenija huwa mfixkel ħafna. Minħabba din id-distorsjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ jidhru li għandhom il-possibbiltà li jagħmlu l-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni bi prezz li x’aktarx ikun inqas elastiku għall-prezzijiet tal-materja prima u li jirriżulta fi prezzijiet li fil-biċċa l-kbira tagħhom iwaqqgħu l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Fi kliem ieħor, minħabba d-distorsjoni fis-suq Ċiniż tal-materja prima, il-manifatturi tat-tubi tal-azzar li ma jissaddadx fir-RPĊ għandhom vantaġġ kompetittiv inġust meta mqabbel mal-industrija tal-Unjoni. Dawn id-distorsjonijiet setgħu kkontribwixxew biex jippermettu lill-produtturi Ċiniżi jżommu l-livell tal-prezz baxx tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. |
4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(111) |
Bħala konklużjoni, l-analiżi ta’ hawn fuq uriet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu f’termini ta’ kwantitajiet u kisbu sehem sostanzjali tas-suq matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, dawn il-kwantitajiet miżjuda li daħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping waqqgħu drastikament il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalkemm għal ċertu perjodu l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tikkumpensa għall-effetti negattivi ta’ din il-pressjoni bis-saħħa tal-kundizzjonijiet eċċezzjonalment pożittivi tas-suq fis-snin tal-2007 u l-2008, dan ma kienx aktar possibbli meta l-kriżi ekonomika naqqset il-livell tad-domanda b’mod sostanzjali. |
(112) |
Minbarra dan, ġew analizzati wkoll fatturi oħrajn li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, instab li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, l-impatt tal-kriżi ekonomika, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u fatturi oħrajn li jinkludu dawk relatati mad-distorsjonijiet fis-suq tal-materja prima tar-RPĊ, ma jidhrux li huma tali li jistgħu jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI. |
(113) |
Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b’mod xieraq l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha li għandhom effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effett dannuż tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, huwa provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
F. L-INTERESS TAL-UNJONI
(114) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar id-dumping, il-ħsara u l-kawżalità, kienx hemm raġunijiet li jwasslu sabiex il-Kummissjoni tikkonkludi b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkunsidrat l-impatt probabbli tal-miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti, kif ukoll il-konsegwenzi li x’aktarx iġib miegħu n-nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri. |
(115) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil importaturi u utenti indipendenti. Eventwalment, kien hemm żewġ importaturi u utent wieħed li bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju fi ħdan il-limiti ta’ żmien stabbiliti. |
1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(116) |
Produttur wieħed tal-Unjoni oppona l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping, minħabba li l-kumpanija tforni parzjalment hollows mhux maħduma tal-azzar li ma jissaddadx mir-RPĊ sabiex tkompli tipproċessahom f’tubi lesti. Madankollu, il-produttur jirrappreżenta inqas minn 2 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. |
(117) |
Huwa mfakkar li l-indikaturi tal-ħsara wrew xejra negattiva ġenerali u li, b’mod partikolari, l-indikaturi tal-ħsara relatati mal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ u mas-sehem mis-suq, kif ukoll il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bħall-profittabilità u r-redditu fuq l-investiment, kienu affettwati serjament. |
(118) |
Jekk jiġu imposti miżuri, huwa mistenni li t-tnaqqis fil-prezzijiet u t-telf tas-sehem mis-suq jittaffew u li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jibdew jirkupraw, li għandhom iwasslu għal titjib sinifikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. |
(119) |
Min-naħa l-oħra, jekk ma jiġux imposti miżuri antidumping, x’aktarx li d-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja u tas-suq tal-industrija tal-Unjoni tkompli. F’xenarju bħal dan, l-industrija tal-Unjoni tkompli titlef aktar sehem mis-suq, billi mhijiex kapaċi ssegwi l-prezzijiet tas-suq stabbiliti mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. L-effetti probabbli jinvolvu aktar tnaqqis fil-manifattura u l-għeluq tal-faċilitajiet tal-produzzjoni fl-Unjoni, li jirriżultaw f’telf sostanzjali ta’ impjiegi. |
(120) |
Meta wieħed iqis il-fatturi kollha msemmija hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
2. L-interess ta’ importaturi mhux relatati fl-Unjoni
(121) |
Kif ġie indikat hawn fuq, it-teħid tal-kampjuni ma ġiex applikat għal importaturi mhux relatati, minħabba li kien hemm biss żewġ importaturi mhux relatati li kkooperaw b’mod sħiħ f’din l-investigazzjoni billi ssottomettew tweġiba għall-kwestjonarju. Parti żgħira biss tal-fatturat ta’ dawn iż-żewġ importaturi kienet relatata mal-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. |
(122) |
Madankollu, l-importazzjonijiet iddikjarati minn dawn iż-żewġ importaturi kienu jirrappreżentaw proporzjon relattivament żgħir tal-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ fil-PI (ferm inqas minn 10 %). Meta wieħed iqis il-marġini għoljin miksuba mill-importaturi fuq il-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat fil-PI, wieħed jista’ jassumi li l-impożizzjoni tad-dazji antidumping tista’ tirriżulta f’livelli aktar baxxi ta’ profittabilità għalihom. Madankollu, l-ebda wieħed mill-importaturi ma ressaq argumenti li jgħidu li l-impożizzjoni tad-dazji antidumping tmur kontra l-interess tagħhom. Barra minn hekk, minħabba li t-tnejn ibigħu mill-ġdid tubi tal-azzar li ma jissaddadx ta’ oriġini mhux Ċiniża (inklużi tubi ta’ oriġini mill-Unjoni), huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li jbiddlu x-xiri għal fornituri mhux Ċiniżi, li mhumiex affettwati mid-dazji. |
(123) |
L-ebda importatur ieħor ma kkoopera billi ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju jew kummenti sostanzjati. Abbażi ta’ dan, huwa konkluż provviżorjament li l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji mhux se jkollha effetti sostanzjalment negattivi fuq l-interess tal-importaturi tal-Unjoni. |
3. L-interess tal-utenti
(124) |
Il-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li huma soġġetti għal din il-proċedura jintużaw għal numru kbir ta’ applikazzjonijiet (ara l-premessa (17) aktar ’il fuq). Minkejja dan, il-kooperazzjoni nkisbet minn utent wieħed biss li juża t-tubi tal-azzar li ma jissaddadx għall-manifattura tal-air fin coolers u l-kondensaturi tal-arja mkessħa, li jammontaw għal inqas minn 1 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina matul il-PI. Madankollu, jista’ jiġi konkluż provviżorjament li l-kooperazzjoni limitata ħafna tal-utenti tidher li tindika li, b’mod ġenerali, l-impatt fuq il-profittabilità tal-industrija tal-utenti u s-sitwazzjoni ekonomika se jkun pjuttost limitat. |
(125) |
Mit-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ dan l-utent jidher li l-kumpanija mhux se tiġi affettwata serjament mill-miżuri antidumping, lanqas fir-rigward tad-diviżjoni tagħha li tuża t-tubi tal-azzar li ma jissaddadx. Meta l-valur tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jitqabbel mal-fatturat tad-diviżjoni li tuża l-oġġetti importati, l-effett jista’ jitqies bħala insinifikanti. |
(126) |
Madankollu, fid-dawl tad-dejta ta’ dan l-utent, ma jistax jiġi eskluż li ċerti kumpaniji utenti li jużaw kwantitajiet aktar sostanzjali ta’ tubi tal-azzar li ma jissaddadx importati mir-RPĊ jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv mill-miżuri antidumping. |
(127) |
Mill-informazzjoni sottomessa mill-uniku utent li kkoopera, huwa impossibbli li jiġi stmat l-impjieg totali tal-industrija utenti kollha fi ħdan l-Unjoni, minħabba r-rappreżentattività limitata tagħha u l-varjetà wiesgħa tal-applikazzjonijiet. |
(128) |
Għandu jiġi nnotat ukoll li mhuwiex probabbli li l-livell tal-miżuri jipprevjeni l-importazzjonijiet Ċiniżi milli jkomplu jfornu s-suq tal-Unjoni, għalkemm bi prezzijiet mhux dannużi miżjuda. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-produzzjoni mhux użata tal-industrija tal-Unjoni, kif ukoll is-sorsi alternattivi tal-importazzjonijiet minn diversi pajjiżi terzi oħrajn jindikaw li ma hemm ebda riskju ta’ sigurtà tal-provvista għat-tubi tal-azzar li ma jissaddadx fis-suq tal-Unjoni. |
(129) |
Barra minn hekk, minkejja d-diffikultajiet riċenti tal-industrija tal-Unjoni, hija tkompli tkun l-akbar fornitur tal-industrija utenti fl-Unjoni. Mingħajr l-impożizzjoni tal-miżuri, f’każ tad-deterjorazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, l-eżistenza tal-industrija tal-Unjoni tiġi pperikolata, li tikkawża riskju ta’ provvista anki għall-utenti fi ħdan l-Unjoni. |
(130) |
Kollox ma’ kollox, meta wieħed iqis l-impatt globali tal-miżuri antidumping, l-effetti pożittivi fuq l-industrija tal-Unjoni jidhru li jegħlbu b’mod ċar l-impatti negattivi potenzjali fuq il-gruppi ta’ interess l-oħrajn. Għalhekk, huwa konkluż provviżorjament li d-dazji antidumping ma jmorrux kontra l-interess tal-Unjoni. |
4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(131) |
Jista’ jiġi konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ mistennija li tipprovdi opportunità għall-industrija tal-Unjoni sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha permezz ta’ żieda fil-volumi tal-bejgħ, fil-prezzijiet tal-bejgħ u fis-sehem mis-suq. Filwaqt li jistgħu jiżviluppaw xi effetti negattivi fil-forma taż-żidiet tal-ispejjeż għal ċerti utenti, dawn x’aktarx li jkunu inqas mill-benefiċċji mistennija għall-produtturi u l-fornituri tagħhom. |
(132) |
Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li b’mod ġenerali ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ. |
G. MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING
(133) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina sabiex tiġi evitata aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
1. Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara
(134) |
Il-miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jiġu imposti f’livell suffiċjenti sabiex jeliminaw id-dumping, mingħajr ma jaqbeż il-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Meta jiġi kkalkolat l-ammont ta’ dazju meħtieġ sabiex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, huwa kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb globalment profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
(135) |
L-industrija tal-Unjoni sostniet li għad-determinazzjoni tal-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara għandu jintuża profitt fil-mira ta’ 12 %. Madankollu, l-evidenza pprovduta sa issa ma wrietx li din il-profittabilità tista’ tinkiseb f’sitwazzjoni tas-suq normali. L-industrija tal-Unjoni saħansitra lanqas fis-sena eċċezzjonali tal-2007 ma setgħet tikseb livell daqstant għoli ta’ profittabilità. Abbażi tad-dejta miġbura matul l-investigazzjoni, ġie kkunsidrat provviżorjament li profitt ta’ 5 % huwa xieraq sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara. |
(136) |
Abbażi ta’ dan, ġie kkalkolat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż ġie stabbilit billi tnaqqas il-marġini ta’ profitt attwali mill-prezz kif joħroġ mill-fabbrika u billi l-marġini ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq ġie miżjud mal-prezz tal-fidi kkalkolat. |
(137) |
B’riżultat ta’ dan, ġew stabbiliti provviżorjament il-livelli ta’ eliminazzjoni tal-ħsara li ġejjin:
|
2. Miżuri provviżorji
(138) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, huwa kkunsidrat li għandu jiġi impost dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ fil-livell tal-marġini l-aktar baxx ta’ dumping u ta’ eliminazzjoni tal-ħsara li nstab, skont ir-regola tal-inqas dazju, li fil-każijiet kollha huwa l-marġini tal-ħsara. |
(139) |
Minħabba r-rata għolja ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, ir-rata tal-kumpaniji l-oħrajn kollha hija stabbilita fir-rata tal-kumpanija li kkooperat fil-kampjun bl-ogħla rata. Għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun elenkati fl-Anness, ir-rata tad-dazju provviżorju hija stabbilita fil-medja peżata tar-rati tal-kumpaniji fil-kampjun. Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju proposti huma:
|
(140) |
Ir-rati tad-dazju antidumping individwali tal-kumpaniji speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (b’kuntrast mad-dazju nazzjonali applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħrajn kollha’) huma għalhekk esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u manifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
(141) |
Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali (pereżempju wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (8) minnufih bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjati ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun addattat, ir-Regolament għandu jiġi emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenifikaw mir-rati tad-dazju individwali. |
(142) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell tad-dazju għall-kumpaniji l-oħrajn kollha mhux biss għandu japplika għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI. |
H. DISPOŻIZZJONI FINALI
(143) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati li għamlu lilhom infushom magħrufa fiż-żmien speċifikat fin-notifikazzjoni tal-inizjazzjoni jistgħu jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-fini ta’ kwalunkwe miżura definittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għaldaqstant, qiegħed jiġi impost dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx, għajr dawk b’fittings imwaħħlin magħhom addattati biex iwasslu gassijiet jew likwidi għall-użu fl-ajruplani ċivili, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7304 11 00, 7304 22 00, 7304 24 00, ex 7304 41 00, 7304 49 10, ex 7304 49 93, ex 7304 49 95, ex 7304 49 99 u ex 7304 90 00 (il-kodiċi TARIC 7304410090, 7304499390, 7304499590, 7304499990 u 7304900091), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju provviżorju antidumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
Kumpanija/kumpaniji |
Dazju provviżorju |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Changshu Walsin Specialty Steel, Co. Ltd., Haiyu |
71,5 % |
B120 |
Shanghai Jinchang Stainless Steel Tube Manufacturing, Co. Ltd., Situan |
48,2 % |
B118 |
Wenzhou Jiangnan Steel Pipe Manufacturing, Co. Ltd., Yongzhong |
48,0 % |
B119 |
Il-kumpaniji elenkati fl-Anness I |
56,6 % |
B121 |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
71,5 % |
B999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk ma tiġi ppreżentata ebda fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
5. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tad-dettalji wara l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għal smigħ mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 265, 30.9.2010, p. 10.
(3) Recent trends in steel trade and trade-related policy measures, rapport tal-OECD, 2010, DSTI/SU/SC(2010)15, p. 14; China’s Specialty Steel Subsidies: Massive, Pervasive, and Illegal, 2008, rapport mill-iSpeciality Steel Industry of North America, disponibbli fuq http://www.ssina.com/news/releases/pdf_releases/20081014_report.pdf; Chinese government subsidies to the stainless steel industry, 2007, rapport mill-iSpeciality steel industry of North America, disponibbli fuq http://www.ssina.com/news/releases/pdf_releases/chinese_govt_subsidies0407.pdf; kif ukoll The Reform Myth, How China is using state power to create the world's dominant steel industry, The American Iron & Steel Institute, The Steel Manufacturers Association, 2010; http://www.ustr.gov/webfm_send/2694.
(4) Rapporti ta’ hawn fuq mill-iSpeciality Steel Industry of North America b’referenza għall-Għaxar Pjan fuq 5 snin tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.
(5) It-tielet Reviżjoni tad-WTO tal-politiki u l-prattiċi kummerċjali taċ-Ċina u l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament tas-sistema tan-negozjati kummerċjali multilaterali, WT/TPR/S/230, disponibbli fuq http://www.wto.org/english/tratop_e/tpr_e/tp330_e.htm; kif ukoll It-tieni Reviżjoni tad-WTO tal-politiki u l-prattiċi kummerċjali taċ-Ċina u l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament tas-sistema tan-negozjati kummerċjali multilaterali, WT/TPR/S/199, disponibbli fuq: http://www.wto.org/english/tratop_e/tpr_e/tp299_e.htm.
(6) Ara, b’mod partikolari, WT/TPR/S/230, p. 44.
(7) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
Il-Kummissjoni Ewropea |
Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ |
Direzzjoni H |
Office Nerv 105 |
B-1049 Brussell. |
ANNESS I
(1) |
Baofeng Steel Group Co.Ltd., Lishui, |
(2) |
Changzhou City Lianyi Special Stainless Steel Tube Co.Ltd., Changzhou, |
(3) |
Huadi Steel Group Co.Ltd., Wenzhou, |
(4) |
Huzhou Fengtai Stainless Steel Pipes Co.Ltd, Huzhou, |
(5) |
Huzhou Gaolin Stainless Steel Tube Manufacture Co.Ltd., Huzhou, |
(6) |
Huzhou Zhongli Stainless Steel Pipe Co.Ltd., Huzhou, |
(7) |
Jiangsu Wujin Stainless Steel Pipe Group Co.Ltd., Beijing, |
(8) |
Jiangyin Huachang Stainless Steel Pipe Co.Ltd., Jiangyin |
(9) |
Lixue Group Co.Ltd., Ruian, |
(10) |
Shanghai Crystal Palace Pipe Co.Ltd., Shanghai, |
(11) |
Shanghai Baoluo Stainless Steel Tube Co., Ltd., Shanghai, |
(12) |
Shanghai Shangshang Stainless Steel Pipe Co.Ltd., Shanghai, |
(13) |
Shanghai Tianbao Stainless Steel Co.Ltd., Shanghai, |
(14) |
Shanghai Tianyang Steel Tube Co.Ltd, Shanghai, |
(15) |
Wen zZhou Xindeda Stainless Steel Material Co.Ltd., Wenzhou, |
(16) |
Wenzhou Baorui Steel Co.Ltd., Wenzhou, |
(17) |
Zhejiang Conform Stainless Steel Tube Co.Ltd., Jixing, |
(18) |
Zhejiang Easter Steel Pipe Co.Ltd., Jiaxing, |
(19) |
Zhejiang Five - Star Steel Tube Manufacturing Co.Ltd., Wenzhou, |
(20) |
Zhejiang Guobang Steel Co.Ltd., Lishui, |
(21) |
Zhejiang Hengyuan Steel Co.Ltd., Lishui, |
(22) |
Zhejiang Jiashang Stainless Steel Co.Ltd., Jiaxing City, |
(23) |
Zhejiang Jinxin Stainless Steel Manufacture Co.Ltd., Xiping Town, |
(24) |
Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co.Ltd., Huzhou, |
(25) |
Zhejiang Kanglong Steel Co.Ltd., Lishui, |
(26) |
Zhejiang Qiangli Stainless Steel Manufacture Co.Ltd., Xiping Town, |
(27) |
Zhejiang Tianbao Industrial Co.Ltd., Wenzhou, |
(28) |
Zhejiang Tsingshan Steel Pipe Co.Ltd., Lishui, |
(29) |
Zhejiang Yida Special Steel Co.Ltd., Xiping Town. |
ANNESS II
Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):
(1) |
l-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali; |
(2) |
id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li (l-volum) tal-pajpijiet u t-tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem tal-kumpanija u l-uffiċċju rreġistrat) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa komplut u korrett.” |