|
25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 617/2011
tal-24 ta’ Ġunju 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 900/2008 li jistabbilixxi l-metodi tal-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ċertu merkanzija li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2008 (3) jistabbilixxi l-metodi tal-analiżi u dispożizzjonijiet tekniċi oħrajn neċessarji għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1216/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 514/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ftehim preferenzjali dwar il-kummerċ li japplika għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, kif provdut fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 (4). Dawk il-metodi u d-dispożizzjonijiet japplikaw għal importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati sabiex ikunu stabbiliti l-komponenti agrikoli mnaqqsa tagħhom u biex dawk il-prodotti jkunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda. |
|
(2) |
Għall-fini ta’ ċarezza, hemm bżonn jiġi aġġornat l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 900/2008 u biex dan jiġi adattat għall-miżuri stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-Regolament (KE) Nru 900/2008, hemm bżonn ikun ipprovdut li l-formuli, il-proċeduri u l-metodi stabbiliti fih għall-fini li jiġu applikati l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 514/2011 iridu jintużaw ukoll biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib, il-kontenut ta’ proteina fil-ħalib, il-kontenut ta’ lamtu/glukożju u l-kontenut ta’ sukrożju/zokkor maqlub/iżoglukożju għall-fini li jingħażel l-element agrikolu, id-dazji addizzjonali għaz-zokkor u d-dazji addizzjonali għad-dqiq xierqa fil-każ ta’ importazzjonijiet nonpreferenzjali kif ipprovdut fil-Parti Tnejn u fil-Parti Tlieta, it-Taqsima I, l-Anness 1, tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
|
(4) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru 900/2008, hemm bżonn li jkun ipprovdut li l-metodi u l-proċeduri stabbiliti fih għall-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ċerti kodiċi tan-NM għall-finijiet li jkun applikat l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 514/2011 għandhom jintużaw ukoll biex ikunu kklassifikati dawk l-oġġetti fil-każ ta’ importazzjonijiet nonpreferenzjali kif jipprovdi għalihom l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
|
(5) |
Sabiex jiġu kkunsidrati l-emendi lin-Nomenklatura Magħquda hemm bżonn li jiġu adattati ċerti referenzi lill-Kodiċi-NM. |
|
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 900/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 900/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “L-Artikolu 1 Ambitu Dan ir-Regolament jistabbilixxi dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 4 jiżdied it-titlu li ġej: “Rapport tat-test” |
|
(5) |
Fl-Artikolu 5 jiżdied it-titlu li ġej: “Dispożizzjonijiet finali” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10.