24.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 611/2011

tat-23 ta’ Ġunju 2011

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 tad-9 ta' Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja u f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/367/PESK tat-23 ta' Ġunju 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), persuni u entitajiet oħrajn għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tidher fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1.

(2)  Ara paġna 14 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

(data tat-twelid, post tat-twelid...)

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Zoulhima CHALICHE

(Dhu al-Himma SHALISH)

Imwieled fl-1951 jew fl-1946 f'Kerdaha.

Kap tal-protezzjoni presidenzjali; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad.

23.6.2011

2.

Riyad CHALICHE

(Riyad SHALISH)

 

Direttur tal-Military Housing Establishment; sors ta' finanzjament għar-reġim; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad.

23.6.2011

3.

Kmandant Brigadier Mohammad Ali JAFARI (magħruf bħala JA'FARI, Aziz; magħruf bħala JAFARI, Ali; magħruf bħala JAFARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JA'FARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JAFARI-NAJAFABADI, Mohammad Ali)

DtT 1 ta' Settembru 1957; PtT Yazd, Iran.

Kmandant Ġenerali tar-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

4.

Maġġur Ġeneral Qasem SOLEIMANI

(magħruf bħala Qasim SOLEIMANY)

 

Kmandant tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan - Qods involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

5.

Hossein TAEB (magħruf bħala TAEB, Hassan; magħruf bħala TAEB, Hosein; magħruf bħala TAEB, Hossein; magħruf bħala TAEB, Hussayn; magħruf bħala TAEB, Hojjatoleslam Hossein TA'EB)

DtT 1963;

PtT Tehran, Iran.

Viċi Kmandant għall-Intelligence tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

6.

Khalid QADDUR

 

Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad

Sors ta' finanzjament għar-reġim.

23.6.2011

7.

Ra'if AL-QUWATLI (magħruf bħala Ri'af AL-QUWATLI

 

Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad

Sors ta' finanzjament għar-reġim.

23.6.2011


B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Bena Properties

 

Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim

23.6.2011

2.

Al Mashreq Investment Fund (AMIF) (psewdonomu Sunduq Al Mashrek Al Istithmari)

Po Box 108, Damascus

Tel: 963 112110059 / 963112110043

Fax: 963 933333149

Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim

23.6.2011

3.

Hamcho International

(magħruf bħala Hamso International Group)

Baghdad Street, P.O.Box 8254 Damascus

Tel.:963 112316675

Fax: 963 112318875

Website: www.hamshointl.com

Posta elettronika: info@hamshointl.com u hamshogroup@yahoo.com

Taħt il-kontroll ta' Mohamed Hamcho jew Hamsho; Sors ta' finanzjament għar-reġim

23.6.2011

4.

Military Housing Establishment (psewdonomu MILIHOUSE)

 

Kumpannija ta' xogħlijiet pubbliċi taħt il-kontroll ta' Riyad Shalish u l-Ministeru tad-Difiża. Sors ta' finanzjament għar-reġim.

23.6.2011