23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 610/2011

tat-22 ta’ Ġunju 2011

dwar l-allokazzjoni ta’ drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ laħam iffriżat tal-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91  (3) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur taċ-ċanga.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet li għalihom saru l-applikazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni relatati mal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4003 u mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 skont ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għandhom jingħataw b’koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 28,953811 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3.