16.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 566/2011

tat-8 ta’ Ġunju 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(4), 5(3) u 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2), b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur (vetturi) u partijiet sostituti fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom u jistipula regoli għal konformità waqt is-servizz, durabbiltà tal-mezzi għall-kontroll tat-tniġġis, sistemi djanjostiċi abbord (OBD), kejl tal-konsum tal-fjuwil u aċċessibbiltà għal informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vettura.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (3) jeħtieġ li l-Kummissjoni tintroduċi proċeduri ġdida ta’ ttestjar għall-massa u numru ta’ partikuli emessi minn vetturi light duty.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (4) teħtieġ l-użu ta’ bozoz tas-sewqan binhar għal raġunijiet ta’ sigurtà. L-effett ta’ dawk il-mezzi, li huma mixgħula b’mod permanenti matul l-operazzjoni tal-vetturi, għandhom jiġu riflessi b’mod xieraq fil-pollutant imkejjel u fl-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2).

(4)

Ir-riskju ta’ tbagħbis ma’ u ta’ fallimenti totali tal-filtri tal-partikuli tad-diżil (DPFs) jeħtieġ il-monitoraġġ ta’ DPFs, irrispettivament mill-eċċedenza tal-limitu applikabbli tal-OBD.

(5)

Minħabba n-natura permanenti tiegħu, il-monitoraġġ taċ-ċirkwiti elettriċi għandu jkun eżenti mir-rappurtaġġ li jirriżulta mir-rekwiżiti tal-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu tas-sistema tal-OBD.

(6)

Il-frekwenza limitata ta’ sitwazzjonijiet ta’ sewqan li matulhom jistgħu jitħaddmu l-moniters tas-sistema tal-kontroll taż-żieda fil-pressjoni jew moniters li jeħtieġu startjar kiesaħ teħtieġ rekwiżiti ta’ prestazzjoni speċjali għal dawn il-moniters.

(7)

Il-kundizzjonijiet statistiċi li taħthom tiġi vvalutata normalment il-konformità mar-rekwiżiti tal-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu għandhom jiġu armonizzati.

(8)

Jekk jiġi identifikat tbagħbis tas-sistema ta’ Riduzzjoni Katalitika Selettiva (SCR) permezz tal-monitoraġġ dirett tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-kundizzjonijiet li taħthom tiġi attivata s-sistema tagħha ta’ inċentiv tas-sewwieq għandhom jiġu definiti aħjar.

(9)

Ir-reġistrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv tas-sewwieq għandha tkun kjarifikata fir-rigward tal-użu futur possibbli ta’ din l-informazzjoni waqt spezzjonijiet li jivvalutaw kemm vettura tkun tajba għat-triq.

(10)

Il-ħarsien tal-kompjuter għall-kontroll tal-emissjonijiet minn tbagħbis għandu jkun soġġett għal titjib tekniku dovut għall-innovazzjoni.

(11)

Ir-reġistrazzjoni u r-rappurtaġġ tad-dejta huma partijiet essenzjali ta’ moniter OBD mandatorju u m’għandhomx jitħallew barra minħabba defiċjenzi allegati, b’mod partikolari mhux b’mod sistematiku fejn il-manifattur jagħżel ċerti standards għall-komunikazzjoni abbord u mhux abbord.

(12)

Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva fis-suq għal servizzi ta’ informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vetturi, u sabiex jiġi kkjarfikat li l-informazzjoni kkonċernata tkopri wkoll l-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi pprovduta lil operaturi indipendenti oħra minbarra s-sewwejja, sabiex ikun żgurat li s-suq indipendenti tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi inġenerali jkun jista’ jikkompeti ma’ bejjiegħa awtorizzati, irrispettivament minn jekk il-manifattur tal-vettura jagħtix tali informazzjoni lill-bejjiegħa u s-sewwejja awtorizzati direttament, huma meħtieġa kjarifikazzjonijiet ulterjuri fir-rigward tad-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007.

(13)

Fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, filwaqt li l-manifatturi tal-vetturi m’għandhomx ikunu mġiegħla jiġbru dejta dwar modifiki ta’ vetturi individwali minn partijiet terzi esklużivament għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u tal-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu, sabiex ikun żgurat suq kompetittiv tat-tiswija u l-manutenzjoni, l-operaturi indipendenti għandhom jirċievu aġġornamenti għal dejta dwar il-komponenti tal-vettura sakemm l-aġġornamenti jkunu disponibbli għall-bejjiegħa u sewwejja awtorizzati.

(14)

L-unitajiet ta’ ħidma huma informazzjoni teknika importanti għal tiswija u manutenzjoni għal operaturi indipendenti. Il-kjarifika li l-unitajiet ta’ ħidma huma koperti bl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 hija mistennija tipprovdi ċertezza kummerċjali għall-atturi fis-suq.

(15)

Fejn il-manifatturi tal-vetturi jiddeċiedu li r-rekords tat-tiswija u l-manutenzjoni ma jibqgħux jinżammu f’format fiżiku – li s-sidien tal-vetturi jistgħu jagħmlu wkoll aċċessibbli għal sewwejja indipendenti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jintroduċu dikjarazzjoni tax-xogħol ta’ tiswija u manutenzjoni mwettaq – fil-vettura, iżda jinżammu fil-bażi ta’ dejta ċentrali tal-manifatturi tal-vetturi, dawn ir-rekords għandhom, bil-kunsens tas-sidien tal-vetturi, ikunu aċċessibbli wkoll għas-sewwejja indipendenti sabiex ikunu jistgħu jkomplu jipproduċu tali rekord komplut tax-xogħol ta’ tiswija u manutenzjoni mwettaq u sabiex is-sidien tal-vetturi jkun jista’ jkollhom dokument wieħed li jagħti prova ta’ tali xogħlijiet.

(16)

Aktar flessibbiltà għandha tingħata għall-programazzjoni mill-ġdid tal-unitajiet tal-kontroll tal-vettura u l-iskambju ta’ dejta bejn il-manifatturi tal-vetturi u l-operaturi indipendenti sabiex jingħata spazju għall-innovazzjonijiet u jiġu ffrankati spejjeż.

(17)

Għandu jkun żgurat li l-vetturi approvati f’konformità mar-Regolament rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) ekwivalenti għar-rekwiżiti relatati mal-emissjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dawk ir-Regolamenti dwar l-aċċess għal informazzjoni jiġu approvati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 mingħajr piżijiet amministrattivi.

(18)

Minħabba li bħalissa m’hemm ebda proċess strutturat komuni għall-iskambju ta’ dejta dwar il-komponenti ta’ vettura bejn il-manifatturi tal-vetturi u operaturi indipendenti, huwa xieraq li jiġu żviluppati prinċipji għal tali skambju ta’ dejta. Proċess strutturat komuni futur dwar il-format standardizzat tad-dejta skambjata għandu jiġi żviluppat formalment mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), fejn il-mandat mogħti lil CEN ma jippredeterminax il-livell tad-dettall li dan l-istandard se jipprovdi. Il-ħidma ta’ CEN għandha, b’mod partikolari, tirrifletti l-interessi u l-ħtiġijiet kemm tal-manifatturi tal-vetturi kif ukoll ta’ operaturi indipendenti u għandha tinvestiga wkoll soluzzjonijiet bħal formati ta’ dejta miftuħa deskritti minn metadejta definita sew sabiex jiġu akkomodati l-infrastrutturi eżistenti tal-IT.

(19)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(20)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni mingħajr ekwivoku tal-vettura;

(b)

il-manwali tal-manutenzjoni, inklużi rekords ta’ servizz u manutenzjoni;

(ċ)

il-manwali tekniċi;

(d)

l-informazzjoni dwar il-komponenti u d-dijanjosi (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi ta’ kejl);

(e)

il-pjanti tal-wiring;

(f)

il-kodiċijiet tad-dijanjostika tal-ħsarat (inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur);

(g)

in-numru tal-identifikazzjoni għall-kalibrazzjoni tas-software applikabbli għat-tip ta’ vettura;

(h)

l-informazzjoni pprovduta li tikkonċerna, u tkun twasslet permezz ta’ għodda u tagħmir ta’ sjieda;

(i)

l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-dejta u d-dejta bi-direzzjonali ta’ monitoraġġ u ttestjar; u

(j)

unitajiet ta’ ħidma standard jew perjodi ta’ żmien għal xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni jekk jitpoġġew, jew direttament jew permezz ta’ parti terza, għad-dispożizzjoni tal-bejjiegħa u s-sewwejja awtorizzati tal-manifatturi.”

(b)

Għandu jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

“8.   Fejn ir-rekords ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ vettura jinżammu f’bażi ta’ dejta ċentrali tal-manifattur tal-vettura jew f’ismu, is-sewwejja indipendenti, approvati u awtorizzati kif meħtieġ skont il-punt 2.2 tal-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (*), għandu jkollhom aċċess għal tali rekords mingħajr ħlas u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal ta’ bejjiegħa jew sewwejja awtorizzati sabiex ikunu jistgħu jirreġistraw informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li jkunu wettqu.

(*)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.”"

2.

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli inklużi servizzi ta’ tranżazzjoni bħal programmar mill-ġdid jew assistenza teknika fuq bażi ta’ kull siegħa, kull jum, kull xahar u kull sena, u l-ħlasijiet mitluba għall-aċċess għal tali informazzjoni għandhom ivarjaw skont il-perjodi ta’ żmien rispettivi li għalihom jingħata l-aċċess. B’żieda mal-aċċess ibbażat fuq iż-żmien, il-manifatturi jistgħu joffru aċċess ibbażat fuq it-tranżazzjoni, li għalih jintalbu ħlasijiet għal kull tranżazzjoni u mhux ibbażati fuq iż-żmien li għalih jingħata l-aċċess. Meta l-manifatturi joffru ż-żewġ sistemi ta’ aċċess, is-sewwejja indipendenti għandhom jagħżlu sistema ta’ aċċess preferita, jew ibbażata fuq iż-żmien jew ibbażata fuq it-tranżazzjoni.”

3.

Fl-Anness I, in-noti 1 u 2 tat-Tabella 1 u n-noti 1, 2 u 5 tat-Tabella 2 jitħassru.

Artikolu 2

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-punt 33 li ġej:

“33.

Startjar kiesaħ tfisser it-temperatura tal-likwidu li jkessaħ il-magna (jew temperatura ekwivalenti) mal-istartjar tal-magna inqas minn jew ugwali għal 35 °C u inqas minn jew ekwivalenti għal 7 K ogħla mit-temperatura tal-ambjent (jekk disponibbli) mal-istartjar tal-magna.”

2.

Fl-Artikolu 6(1), għandhom jiżdiedu r-raba u l-ħames subparagrafi li ġejjin:

“Ir-rekwiżiti rilevanti għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

Jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 13;

(b)

Il-vettura tkun ġiet approvata skont ir-Regolamenti Nru 83 tal-UN/ECE, sensiela ta’ emendi 06, Nru 101, sensiela ta’ emendi 01 u fil-każ ta’ vetturi li jaqbdu bil-kompressjoni Nru 24 parti III, sensiela ta’ emendi 03.

L-Artikolu 14 għandu japplika wkoll fil-każ imsemmi fir-raba’ subparagrafu.”

3.

Fl-Artikolu 10(1), għandhom jiżdiedu t-tielet u r-raba’ subparagrafi li ġejjin:

“Ir-rekwiżiti rilevanti għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 13;

(b)

It-tagħmir ta’ kontroll tat-tniġġis ta’ sostituzzjoni jkun ġie approvat skont ir-Regolament Nru 103 tal-UN/ECE.

L-Artikolu 14 għandu japplika wkoll fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu.”

4.

L-Artikolu 13(9) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.   Il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura (‘il-Forum’) huwa b’dan stabbilit.

Il-Forum għandu jqis jekk l-aċċess għall-informazzjoni jaffettwax l-avvanzi li saru biex jitnaqqas is-serq tal-vetturi u għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jittejbu r-rekwiżiti relatati mal-aċċess għall-informazzjon. B’mod partikolari, il-Forum għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni ta’ proċess għall-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ operaturi indipendenti minn organizzazzjonijiet akkreditati sabiex jaċċedu għal informazzjoni dwar is-sigurtà tal-vetturi.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li żżomm id-diskussjonijiet u s-sejbiet ta’ dan il-Forum kunfidenzjali.”

5.

L-Annessi I, III, IV, VIII, IX, XI, XII, XIV, XVI u XVIII huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

6.

L-Anness II huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1.


ANNESS I

Emendi għal ċerti Annessi tar-Regolament (KE) Nru 692/2008

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 2.3.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3.1.

Kwalunkwe vettura li jkollha kompjuter għall-kontroll tal-emissjonijiet għandha tinkludi karatteristiċi li jipprevjenu l-modifikazzjoni, ħlief kif awtorizzat mill-manifattur. Il-manifattur għandu jawtorizza l-modifikazzjonijiet jekk dawn il-modifikazzjonijiet huma meħtieġa għal dijanjosi, servis, spezzjoni, konverżjoni jew tiswija tal-vettura. Kwalunkwe kodiċi tal-kompjuter jew parametru operattiv riprogrammabbli għandu jkun reżistenti għat-tbagħbis u jippermetti livell ta’ protezzjoni għall-inqas daqs kemm huma tajbin id-dispożizzjonijiet fl-ISO 15031-7; li jġib id-data tal-15 ta’ Marzu 2001 (SAE J2186 bid-data ta’ Ottubru 1996). Kwalunkwe ċippa ta’ kalibrazzjoni tal-memorja li tista’ titneħħa għandha tiġi preservata, tingħalaq f’kontenitur issiġġillat jew tiġi protetta permezz ta’ algoritmi elettroniċi u m’għandhiex titbiddel mingħajr ma jintużaw għodod u proċeduri speċjalizzati. Jistgħu jiġu protetti b’dan il-mod biss komponenti direttament assoċjati mal-kalibrazzjoni tal-emissjonijiet jew mal-prevenzjoni tas-serq tal-vettura.”

(b)

Il-Figura I.2.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

Figura I.2.4

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip u għall-estensjonijiet

 

Vetturi b’magni positive-ignition inklużi l-ibridi

Vetturi b’magni compression-ignition inklużi l-ibridi

Fjuwil wieħed

Żewġ fjuwils (1)

Flex fuel (1)

Flex fuel

Fjuwil wieħed

Fjuwil ta’ referenza

Petrol (E5)

LPG

NG/Bijometanu

Idroġenu

Petrol (E5)

Petrol (E5)

Petrol (E5)

Petrol (E5)

Diżil (B5)

Diżil (B5)

LPG

NG/Bijometanu

Idroġenu

Etanol (E85)

Bijodiżil

Inkwinanti gassużi

(test tat-Tip 1)

Iva

Iva

Iva

 

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(B5 biss) (2)

Iva

Massa tal-partikulat u numru tal-partikula

(test tat-Tip 1)

Iva

 

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(B5 l biss) (2)

Iva

Emissjonijiet meta l-vettura tkun idle

(test tat-Tip 2)

Iva

Iva

Iva

 

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Emissjonijiet mill-crankcase

(test tat-Tip 3)

Iva

Iva

Iva

 

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(petrol)

Emissjonijiet evaporattivi

(test tat-Tip 4)

Iva

 

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(petrol)

Durabbiltà

(test tat-Tip 5)

Iva

Iva

Iva

 

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(petrol)

Iva

(B5 l biss) (2)

Iva

Emissjonijiet f’temperaturi baxxi

(test tat-Tip 6)

Iva

 

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(iż-żewġ fjuwils) (3)

 

 

Konformità waqt is-servizz

Iva

Iva

Iva

 

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(B5 l biss) (2)

Iva

Dijanjostika abbord

Iva

Iva

Iva

 

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Emissjonijiet tas-CO2 u konsum tal-fjuwil

Iva

Iva

Iva

 

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(petrol biss)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(B5 l biss) (2)

Iva

Opaċità tad-duħħan

 

Iva

(B5 l biss) (2)

Iva

(c)

Fl-Appendiċi 3, il-punt 3.4.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.4.8.

Il-firxa elettrika tal-vettura … km (skont l-Anness 9 tar-Regolament Nru 101 tal-UN/ECE)”

(d)

Fl-Appendiċi 4, il-punt 3.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.2.

It-termini u l-kondizzjonijiet ta’ aċċess (i.e. tul ta’ żmien tal-aċċess, prezz tal-aċċess fuq bażi ta’ kull siegħa, kull jum, kull xahar, kull sena u skont kull tranżazzjoni) għall-websajts imsemmija fil-punt 3.1.): …”;

(e)

Fl-Appendiċi 6, għandu jiżdied dan li ġej mal-muftieħ tat-tabella 1:

“Standard ta’ emissjonijiet Euro 5b= ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet kollha Euro 5 inkluża l-proċedura riveduta ta’ kejl għall-partikulati, l-istandard tan-numru ta’ partikuli u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil.

Standard ta’ emissjonjiet Euro 6b= ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet kollha Euro 6 inkluża l-proċedura riveduta ta’ kejl għall-partikulati, l-istandard tan-numru ta’ partikuli u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil.

Standards tal-OBD Euro 5= ir-rekwiżiti ta’ bażi tal-OBD Euro 5 eskluż il-proporzjon rilaxxat tal-prestazzjoni waqt l-użu (IUPR), il-monitoraġġ tal-NOx għall-vetturi li jieħdu l-petrol u l-limiti ta’ limitu aktar stretti tal-PM għad-diżil.

Standards tal-OBD Euro 6= ir-rekwiżiti kollha tal-OBD Euro 6.”;

2.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 3.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.1.

Ir-rekwiżiti tekniċi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punti 3.2 sa 3.12. Mid-dati stipulati fit-tieni sentenza tal-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 il-massa ta’ materja f’partikuli (PM) u n-numru tal-partikuli (P) għandhom jiġu determinati skont il-proċedura tat-test tal-emissjoni stipulata fit-taqsima 6 tal-Anness 4a tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE, sensiela ta’ emendi 05, supplement 07, bl-użu tat-tagħmir tal-ittestjar deskritt fil-punti 4.4 u 4.5 tiegħu, rispettivament.”

(b)

Fil-punt 3.4., għandu jiżdied dan li ġej:

“Għall-etanol (E75) (C1 H2,61 O0,329)

d = 0,886 g/l”

(c)

It-tabella fil-punt 3.8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fjuwil

X

Petrol (E5)

13,4

Diżil (B5)

13,5

LPG

11,9

NG/bijometanu

9,5

Etanol (E85)

12,5

Etanol (E75)

12,7 ”

(d)

Fil-punt 3.10, għandu jiżdied dan li ġej:

“QTHC = 0,886 fil-każ tal-etanol (E75)”;

(e)

Għandu jiżdied il-punt 3.14. li ġej:

“3.14.

Mid-dati stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/89/KE (*) il-bozoz tas-sewqan binhar tal-vettura kif definiti fit-taqsima 2 tar-Regolament Nru 48 tal-UN/ECE (**) għandhom jinxtegħlu waqt iċ-ċiklu tat-test. Il-vettura ttestjata għandha tkun mgħammra bis-sistema tal-bozoz tas-sewqan binhar li għandha l-ogħla konsum ta’ enerġija elettrika fost is-sistema tal-bozoz tas-sewqan binhar, li huma mwaħħla mill-manifattur fuq vetturi fil-grupp rappreżentat mill-vettura approvata tat-tip. Il-manifattur għandu jissupplixxi d-dokumentazzjoni teknika xierqa lill-awtoritajiet għall-approvazzjoni tat-tip f’dan ir-rigward.

(*)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 14."

(**)  ĠU L 135, 23.5.2008, p. 1.”"

3.

Fl-Anness IV, il-punt 2.2 tal-Appendiċi 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.2.

Il-proporzjonijiet atomiċi speċifikati fil-punt 5.3.7.3. għandhom jiftiehmu kif ġej:

 

Hcv = Il-proporzjon atomiku tal-idroġenu mal-karbonju

għall-petrol (E5) 1,89

għal-LPG 2,53

għall-NG/bijometanu 4,0

għall-etanol (E85) 2,74

għall-etanol (E75) 2,61

 

Ocv = Il-proporzjon atomiku tal-ossiġnu mal-karbonju

għall-petrol (E5) 0,016

għal-LPG 0,0

għall-NG/bijometanu 0,0

għall-etanol (E85) 0,39

għall-etanol (E75) 0,329”

4.

Fl-Anness VIII, il-punt 2.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3.

Il-valuri ta’ limitu msemmija fil-punt 5.3.5.2 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE huma relatati mal-valuri ta’ limitu mniżżla fl-Anness 1, Tabella 4, tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.”

5.

Fi tmiem l-Anness IX, Taqsima B, it-test “L-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil ta’ referenza għandha tiġi żviluppata qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007” għandu jiġi sostitwit bit-tabella li ġejja:

“Parametru

Unità

Limiti (4)

Metodu tat-test (5)

Minimu

Massimu

In-numru ottan ta’ riċerka, RON

 

95

EN ISO 5164

In-numru ottan tal-mutur, MON

 

85

EN ISO 5163

Id-densità fi 15 °C

kg/m3

rapport

EN ISO 12185

Il-pressjoni tal-fwar

kPa

50

60

EN ISO 13016-1 (DVPE)

Il-kontenut ta’ kubrit (6)  (7)

mg/kg

10

EN ISO 20846

EN ISO 20884

L-istabbiltà tal-ossidazzjoni

minuti

360

EN ISO 7536

Il-kontenut ta’ gomma eżistenti (maħsula bis-solvent)

mg/100 ml

4

EN ISO 6246

Id-dehra għandha tkun iddeterminata f’temperatura ambjentali jew fi 15 °C liema minnhom tkun l-ogħla

 

Ċara u brillanti, viżibbilment ħielsa minn kontaminanti sospiżi jew preċipitati

Spezzjoni viżwali

L-etanol u l-alkoħols ogħla (10)

% (V/V)

70

80

EN 1601

EN 13132

EN 14517

L-alkoħols ogħla (C3 - C8)

% (V/V)

2

 

Il-metanol

 

0,5

 

Il-petrol (8)

% (V/V)

Bilanċ

EN 228

Il-fosfru

mg/l

0,30  (9)

ASTM D 3231

EN 15487

Il-kontenut ta’ ilma

% (V/V)

0,3

ASTM E 1064

EN 15489

Il-kontenut ta’ kloridi inorganiċi

mg/l

1

ISO 6227 - EN 15492

pHe

 

6,50

9

ASTM D 6423

EN 15490

Il-korrużjoni tal-istrixxa tar-ram (3h f’50 °C)

Klassifikazzjoni

Klassi 1

 

EN ISO 2160

L-aċidità (bħala aċidu aċetiku CH3COOH)

% (m/m)

 

0,005

ASTM D1613

EN 15491

mg/l

 

40

Il-proporzjon tal-karbonju/tal-idroġenu

 

rapport

 

Il-proporzjon tal-karbonju/tal-ossiġnu

 

rapport

 

6.

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a)

Għandu jiżdied il-punt 2.14. li ġej:

“2.14.

Mill-1 ta’ Settembru 2011, b’devjazzjoni mill-punt 3.3.5 tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE, nasba għall-partikulati, fejn mgħammra bħala unità separata jew integrata f’tagħmir għall-kontroll tal-emissjonijiet kombinat, għandha tkun dejjem monitorjata għall-inqas għal falliment totali jew tneħħija jekk dan tal-aħħar irriżulta fil-qbiż tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli. Għandha wkoll tkun monitorjata għal kwalunkwe falliment li jirriżulta fil-qbiż tal-limiti tal-limitu tal-OBD applikabbli.”

(b)

Il-punt 3.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.3.

L-awtorità tal-approvazzjoni ma għandha taċċetta l-ebda talba minħabba defiċjenza li tinkludi n-nuqqas sħiħ ta’ moniter dijanjostiku meħtieġ jew ta’ reġistrazzjoni u rapportaġġ mandatorju ta’ data relatata ma’ moniter.”

(c)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-punti 3.1.7. u 3.1.8. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.1.7.

Il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni u meta mitlub lill-Kummissjoni li dawn il-kundizzjonijiet statistiċi qed jiġu sodisfatti għall-moniters kollha li jeħtieġ li jiġu rapportati mis-sistema OBD skont il-punt 3.6 ta’ dan l-Appendiċi mhux aktar tard minn 18-il xahar wara t-tpoġġija fis-suq tal-ewwel tip ta’ vettura b’IUPR f’familja tal-OBD u darba kull 18-il xahar wara dan. Għal dan il-għan, għal familji tal-OBD magħmula minn aktar minn 1 000 reġistrazzjoni fl-Unjoni li huma suġġetti għat-teħid ta’ kampjuni fil-perjodu ta’ teħid ta’ kampjuni għandu jintuża l-proċess deskritt fl-Anness II mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3.1.9 ta’ dan l-Appendiċi.

Minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II u irrispettivament mir-riżultat tal-verifika deskritta fit-taqsima 2 tal-Anness II, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni għandha tapplika l-kontroll tal-konformità waqt is-servizz għall-IUPR deskritt fl-Appendiċi 1 tal-Anness II f’għadd xieraq ta’ każijiet determinati b’mod każwali. F’għadd xieraq ta’ każijiet determinati b’mod każwali tfisser, li din il-miżura għandha effett disważiv fuq in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 3 ta’ dan l-Anness jew il-forniment ta’ data manipulata, falza jew mhux rappreżentattiva għall-verifika. Jekk ebda ċirkustanzi speċjali ma japplikaw u jistgħu jiġu murija mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni każwali tal-kontroll tal-konformità waqt is-servizzi ta’ 5 % tal-familji tal-OBD approvati tat-tip għandha titqies bħala suffiċjenti għall-konformità ma’ dan ir-rekwiżit. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jistgħu jsibu arranġamenti mal-manifattur għat-tnaqqis tal-ittestjar doppju ta’ familja tal-OBD speċifika sakemm dawn l-arranġamenti ma jxekklux l-effett disważiv tal-kontroll tal-konformità waqt is-servizz tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip infisha għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 3 ta’ dan l-Anness. Id-dejta miġbura mill-Istati Membri waqt il-programmi ta’ ttestjar ta’ sorveljanza tista’ tintuża għall-kontrolli tal-konformità waqt is-servizz. Meta mitluba, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jipprovdu d-dejta dwar il-verifiki u l-kontrolli tal-konformità waqt is-servizz imwettqa, inkluża l-metodoloġija użata għall-identifikazzjoni ta’ dawk il-każijiet, li huma suġġetti għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz każwali, lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip oħra.

3.1.8.

Għall-kampjun kollu tat-test tal-vetturi, il-manifattur irid jirrapporta lill-awtoritajiet rilevanti d-dejta kollha tal-prestazzjoni waqt l-użu li għandha tiġi rrapurtata mis-sistema OBD skont il-punt 3.6 ta’ dan l-Appendiċi flimkien mal-identifikazzjoni tal-vettura li tkun qed tiġi ttestjata u l-metodoloġija użata għall-għażla tal-vetturi ttestjati mill-flotta. Fuq talba, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tagħti l-approvazzjoni għandha tagħmel din id-dejta u r-riżultati tal-evalwazzjoni statistika disponibbli għall-Kummissjoni u għal awtoritajiet tal-approvazzjoni oħra.”

(ii)

Għandu jiżdied il-punt 3.1.10. li ġej:

“3.1.10.

In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-punt 3.1.6 stabbiliti mit-testijiet deskritti fil-punti 3.1.7 jew 3.1.9 għandha titqies bħala ksur suġġett għall-penali stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. Din ir-referenza ma tillimitax l-applikazzjoni ta’ tali penali għal ksur ieħor ta’ dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew dan ir-Regolament, li ma jirreferux b’mod espliċitu għall-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.”

(iii)

Fil-punt 3.3.2., għandhom jiżdiedu l-punti (e) u (f) li ġejjin:

“(e)

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti għall-inkrement tad-denominaturi ta’ moniters oħra, id-denominaturi tal-moniters tal-komponenti li ġejjin għandhom jiġu inkrementati jekk u biss jekk iċ-ċiklu tas-sewqan ikun inbeda bi startjar kiesaħ:

(i)

Sensuri likwidi (żejt, likwidu li jkessaħ il-magna, fjuwil, reaġent SCR) tat-temperatura;

(ii)

Sensuri ta’ ajra nadifa (arja ambjentali, arja tal-intake, arja taċ-ċarġ, manifold tal-intake) tat-temperatura;

(iii)

Sensuri tal-egżost (ċirkolazzjoni mill-ġdid/tkessiħ tal-EGR, iċċarġjar turbo tal-gass tal-egżost, katalist) tat-temperatura;

(f)

Id-denominaturi tal-moniters tas-sistema għall-kontroll taż-żieda fil-pressjoni għandhom jiġu inkrimentati jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-kundizzjonijiet ġenerali tad-denominatur huma sodisfatti;

(ii)

is-sistema tal-kontroll taż-żieda fil-pressjoni hija attiva għal ħin itwal minn jew ugwali għal 15-il sekonda.”

(iv)

Il-punt 3.6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.6.2.

Għal komponenti jew sistemi speċifiċi li jkollhom ħafna moniters, li jeħtieġ li jiġu rapportati minn dan il-punt (eż. il-massa tas-sensuri tal-ossiġnu 1 jista’ jkollu ħafna moniters għal reazzjoni tas-sensuri jew għal karatteristiċi oħra tas-sensuri), is-sistema OBD għandha tintraċċa separatament in-numeraturi u d-denominaturi għal kull moniter speċifiku ħlief dawk li jimmonitorjaw l-ixxortjar fiċ-ċirkwit jew fallimenti fiċ-ċirkwit miftuħ u tirrapporta biss in-numeratur u d-denominatur korrispondenti għall-moniter speċifiku li jkollu l-aktar proporzjon numeriku baxx. Jekk żewġ moniters speċifiċi jew aktar ikollhom proporzjonijiet identiċi, għall-komponent speċifiku għandhom jiġu rapportati n-numeratur u d-denominatur korrispondenti għall-moniter speċifiku li jkollu l-ogħla denominatur.”

7.

L-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 2.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3.

Il-punt 5.2.4. tar-Regolament Nru 101 tal-UN/ECE għandu jaqra:

(1)

id-densità: imkejla fuq fil-fjuwil tat-test skont l-ISO 3675 jew metodu ekwivalenti. Għall-petrol, għad-diżil, għall-bijodiżil u għall-etanol (E85 u E75) għandha tintuża d-densità mkejla f’temperatura ta’ 15 °C; għal-LPG u għall-gass naturali/bijometanu għandha tintuża densità ta’ referenza, kif ġej:

 

0,538 kg/litru għal-LPG,

 

0,654 kg/m3 għall-NG (3)

(2)

il-proporzjon idroġenu-karbonju-ossiġnu: għandhom jintużaw valuri fissi li huma:

 

C1H1,89O0,016 għall-petrol,

 

C1H1,86O0,005 għad-diżil,

 

C1H2,525 għal-LPG (gas tal-petroleum likwifikat),

 

CH4 għall-NG (gass naturali) u bijometanu,

 

C1H2,74O0,385 għall-etanol (E85),

 

C1 H2,61 O0,329 għall-etanol (E75).”

(b)

Għandu jiżdied il-punt 3.5. li ġej:

“3.5.

Matul iċ-ċiklu tat-test użat għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vettura għandha tapplika d-dispożizzjoni tal-punt 3.14 tal-Anness III.”

8.

L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 2.1., għandu jiżdied dan li ġej:

“L-informazzjoni dwar il-partijiet kollha tal-vettura, li biha l-vettura, kif identifikata min-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u kull kriterju addizzjonali bħall-bażi tar-rota, l-output tal-magna, il-livell jew opzjonijiet tat-trim, hija mgħammra mill-manifattur tal-vettura u li jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet sostituti offruti mill-manifattur tal-vettura lis-sewwejja jew bejjiegħa awtorizzati tiegħu jew partijiet terzi permezz ta’ referenza għan-numru tal-partijiet tat-tagħmir oriġinali (OE), għandha tkun disponibbli f’bażi ta’ dejta li tkun faċilment aċċessibbli għal operaturi indipendenti.

Din il-bażi ta’ dejta għandha tinkludi l-VIN, in-numri tal-partijiet OE, l-attributi tal-validità (id-dati validu minn u validu sa), l-attributi tal-immuntar u fejn applikabbli l-karatteristiki tal-istrutturar.

L-informazzjoni fuq il-bażi ta’ dejta għandha tiġi aġġornata regolarment. L-aġġornamenti għandhom jinkludu b’mod partikolari l-modifiki kollha lill-vetturi individwali wara l-produzzjoni tagħhom jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-bejjiegħa awtorizzati.”

(b)

Il-punti 2.2. u 2.3. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.2.

L-aċċess għall-karatteristiki tas-sigurtà tal-vettura li jintużaw mill-bejjiegħa u mill-ħwienet tat-tiswija awtorizzati għandu jkun disponibbli għall-operaturi indipendenti taħt il-protezzjoni tat-teknoloġija tas-sigurtà skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

id-dejta għandha tkun skambjata filwaqt li jiġu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni kontra repetizzjoni (replay);

(ii)

għandu jintuża l-istandard https//ssl-tls (RFC4346);

(iii)

għandhom jintużaw ċertifikati ta’ sigurtà skont l-ISO 20828 għall-awtentikazzjoni reċiproka ta’ operaturi u manifatturi indipendenti;

(iv)

iċ-ċavetta privata tal-operatur indipendenti għandha tkun protetta minn ħardwer sikur.

Il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura msemmi fil-paragrafu 9 tal-Artikolu 13 għandu jispeċifika l-paramentri għat-twettiq ta’ dawn ir-rekwiżiti skont l-aħħar avvanzi.

L-operatur indipendenti għandu jkun approvat u awtorizzat għal dan il-fini fuq il-bażi ta’ dokumenti li juru li huwa jwettaq attività leġittima ta’ negozju u li ma nstabx ħati ta’ attività kriminali rilevanti.

2.3.

Ir-riprogrammazzjoni tal-unitajiet ta’ kontroll ta’ vetturi mmanifatturati wara l-31 ta’ Awwissu 2010 għandha titwettaq skont l-ISO 22900 jew l-SAE J2534, tkun xi tkun id-data ta’ approvazzjoni tat-tip. Għall-validazzjoni tal-kompatibbiltà tal-applikazzjoni speċifika għall-manifattur u l-kollegamenti tal-komunikazzjoni tal-vettura (VCI) konformi mal-ISO 22900 jew l-SAE J2534, il-manifattur għandu joffri jew validazzjoni ta’ VCIs żviluppati indipendentement jew l-informazzjoni, u s-self ta’ kwalunkwe ħardwer speċjali, meħtieġ biex manifattur tal-VCI jwettaq tali validazzjoni huwa stess. Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 japplikaw għal ħlasijiet għal tali validazzjoni jew informazzjoni u ħardwer.

Għall-vetturi mmanifatturati qabel l-1 ta’ Settembru 2010 il-manifattur jista’ joffri jew riprogrammazzjoni sħiħa f’konformità ma’ ISO 22900 jew SAE J2534, inkella riprogrammazzjoni permezz tal-bejgħ jew kiri tal-għodda proprjetarja tiegħu stess. F’dan il-każ tal-aħħar, l-operaturi indipendenti jrid ikollhom aċċess b’mod mhux diskriminatorju, immedjat u proporzjonat, u l-għodda għandha tiġi pprovduta f’forma li tista’ tintuża. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandhom japplikaw għal ħlasijiet għall-aċċess għal dawn l-għodod.”

(c)

Il-punt 2.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.8.

Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu onorarji għal kull siegħa, kull jum, kull xahar, kull sena u kull tranżazzjoni għall-aċċess għall-websajts tagħhom ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, u li għandhom ikunu raġonevoli u proporzjonati.”

9.

L-Anness XVI huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 6.2, għandu jiżdied dan li ġej:

“Għall-fini ta’ dan il-punt dawn is-sitwazzjonijiet huma preżunti li jseħħu, jekk jinqabeż il-limitu tal-emissjoni tal-NOx applikabbli tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, multiplikat b’fattur ta’ 1,5. B’eċċezzjoni, għal vettura approvata għal-limiti tal-limitu interim OBD Euro 6 tal-punt 2.3.2 tal-Anness XI ta’ dan ir-Regolament, dawk is-sitwazzjonijiet huma preżunti li jseħħu jekk il-limitu tal-emissjoni tal-NOx applikabbli tat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jinqabeż b’100 mg jew aktar. L-emissjonijiet tal-NOx matul it-test biex tintwera l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti m’għandhomx ikunu aktar minn 20 % ogħla mill-valuri msemmija fl-ewwel u fit-tieni sentenza.”

(b)

Il-punt 7.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.1.

Fejn issir referenza għal dan il-punt, għandhom jinħażnu Identifikaturi tal-Parametri (PID) li ma jistgħux jitħassru li jidentifikaw ir-raġuni għal u d-distanza vvjaġġata mill-vettura waqt l-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv. Il-vettura għandha żżomm rekord tal-PID għal mill-inqas 800 jum jew 30 000 km ta’ tħaddim il-vettura. Il-PID għandu jkun disponibbli permezz tal-port serjali tal-konnettur dijanjostiku standard fuq talba ta’ għodda ġenerika tal-iskenjar skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.5.3.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE u l-punt 2.5 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI ta’ dan ir-Regolament. Mid-dati msemmija fl-Artikolu 17, l-informazzjoni maħżuna fil-PID għandha tkun marbuta mal-perjodu tal-operat tal-vettura kumulat, li matulu seħħ, bi preċiżjoni ta’ mhux inqas minn 300 jum jew 10 000 km.”

10.

Fl-Anness XVIII, il-punt 3.4.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.4.8.

Il-firxa elettrika tal-vettura … km (skont l-Anness 9 tar-Regolament Nru 101 tal-UN/ECE)”


(1)  Fejn vettura li tieħu żewġ fjuwils tkun ikkombinata ma’ vettura li tieħu flex fuel, ikunu applikabbli ż-żewġ rekwiżiti tat-test.

(2)  Din id-dispożizzjoni hija temporanja, rekwiżiti ulterjuri għall-bijodiżil u l-idroġenu għandhom jiġu proposti aktar 'il quddiem.

(3)  It-test fuq petrol biss qabel id-dati stipulati fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. It-test għandu jitwettaq fuq iż-żewġ fjuwils wara dawn id-dati. Għandu jintuża l-fjuwil ta' referenza tat-test E75 speċifikat fl-Anness IX Taqsima B.”

(4)  Il-valuri msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet huma ‘valuri veri’. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 Prodotti tal-petroleum — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni b’relazzjoni għall-metodi tat-test. Fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R 'il fuq miż-żero. Fl-iffissar ta' valur massimu u minimu, id-differenza minima użata kienet ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-proċedura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifatturi tal-fjuwil għandhom jimmiraw għal valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa ta’ 2R u għall-valur intermedju għal kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.

(5)  F’każi ta’ tilwim, għandhom jintużaw il-proċeduri biex tiġi solvuta t-tilwima u l-intepretazzjoni tar-riżultati bbażata fuq il-preċiżjoni tal-metodu tat-test, deskritti fl-EN ISO 4259.

(6)  F’każi ta’ tilwima nazzjonali rigward il-kontenut tal-kubrit, għandu jsir użu jew mill-EN ISO 20846 jew mill-EN ISO 20884 b’mod simili għar-referenza fl-anness nazzjonali għall-EN 228.

(7)  Għandu jiġi rapportat il-kontenut effettiv tal-kubrit tal-fjuwil li jintuża għat-test tat-Tip 6.

(8)  Il-kontenut tal-petrol bla ċomb jista’ jiġi determinat bħala 100 mingħajr is-somma tal-kontenut f’perċentwali ta’ ilma u ta’ alkoħols.

(9)  Ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza m’għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, il-ħadid, il-manganiż, jew iċ-ċomb.

(10)  L-etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-EN 15376 huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiġi miżjud intenzjonalment ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza.”


ANNESS II

ANNESS II

IL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-konformità waqt is-servizz tal-emissjonijiet mit-tailpipe u OBD (inkluż IUPRM) għal vetturi approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

2.   IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ

2.1.   Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz mill-awtorità tal-approvazzjoni għandha titwettaq fuq il-bażi ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollu l-manifattur, skont l-istess proċeduri bħal dawk għall-konformità tal-produzzjoni definiti fl-Artikolu 12(1) u (2) tad-Direttiva 2007/46/KE u fil-punti 1 u 2 tal-Anness X ta’ dik id-Direttiva. L-informazzjoni mill-ittestjar ta’ sorveljanza tal-awtorità tal-approvazzjoni u tal-Istat Membru tista’ tikkomplementa r-rapporti ta’ monitoraġġ waqt is-servizz ipprovduti mill-manifattur.

2.2.   Il-figura li tissemma fil-punt 9 tal-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness u l-Figura 4/2 tal-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE (għal emissjonijiet mit-tailpipe biss) jispjegaw il-proċedura għalll-kontroll tal-konformità waqt is-servizz. Il-proċess għall-konformità waqt is-servizz huwa deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.

2.3.   Bħala parti mill-informazzjoni pprovduta għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz, fuq it-talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-manifattur għandu jirrapporta lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dwar talbiet għal garanzija, xogħlijiet ta’ tiswija bil-garanzija u ħsarat fl-OBD irreġistrati waqt is-servis, skont format miftiehem waqt l-approvazzjoni tat-tip. L-informazzjoni għandha tispjega fid-dettall il-frekwenza u s-sustanza tal-ħsarat għall-komponenti u għas-sistemi relatati mal-emissjonijiet. Ir-rapporti għandhom jiġu preżentati mill-inqas darba fis-sena għal kull mudell ta’ vettura sakemm idum il-perjodu definit fl-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament.

2.4.   Il-parametri li jiddefinixxu l-familja ta’ waqt is-servizz tal-emissjonijiet mit-tailpipe

Il-familja ta’ waqt is-servizz tista’ tiġi definita permezz tal-parametri bażiċi tad-disinn li għandhom ikunu komuni għall-vetturi fi ħdan il-familja. Għaldaqstant, it-tipi ta’ vetturi jistgħu jitqiesu bħala li jappartjenu għall-istess familja ta’ waqt is-servizz jekk ikollhom komuni, jew fi ħdan it-tolleranzi dikjarati, il-parametri li ġejjin:

2.4.1.

il-proċess kombustibbli (two stroke, four stroke, rotatorju);

2.4.2.

in-numru ta’ ċilindri;

2.4.3.

il-konfigurazzjoni tal-blokka taċ-ċilindru (allinjata, V, radjali, orizzontalment opposta, oħrajn. L-inklinazzjoni jew l-orjentazzjoni taċ-ċilindri mhix kriterju);

2.4.4.

il-metodu tal-alimentazzjoni tal-magna (eż. injezzjoni indiretta jew diretta);

2.4.5.

it-tip tas-sistema ta’ tkessiħ (arja, ilma, żejt);

2.4.6.

il-metodu tal-aspirazzjoni (aspirat naturalment, iċċarġjat bil-pressjoni);

2.4.7.

il-fjuwil li għalih hija ddiżinjata l-magna (petrol, diżil, NG, LPG, eċċ). Vetturi li jieħdu żewġ fjuwils jistgħu jiġu ggruppati mal-vetturi li jieħdu fjuwil speċifiku sakemm wieħed mill-fjuwils ikun komuni;

2.4.8.

it-tip ta’ konvertitur katalitiku (katalista three-way, nasba rqiqa għall-NOx, SCR, katalista rqiqa tal-NOx jew ieħor (oħrajn));

2.4.9.

it-tip ta’ nasba għall-partikulati (biha jew mingħajrha);

2.4.10.

ir-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (biha jew mingħajrha, imkessħa jew mhux imkessħa); u

2.4.11.

il-kapaċità taċ-ċilindri tal-magna tal-akbar magna fi ħdan il-familja neħħi 30 %.

2.5.   Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni

Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz se ssir mill-awtorità tal-approvazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur. Tali informazzjoni għandha tinkludi b’mod partikolari dan li ġej:

2.5.1.

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

2.5.2.

l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-faks u l-indirizz elettroniku tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu fi ħdan l-oqsma koperti mill-informazzjoni tal-manifattur;

2.5.3.

l-isem/ismijiet tal-mudell(i) tal-vetturi inkluż(i) fl-informazzjoni tal-manifattur;

2.5.4.

fejn xieraq, il-lista tat-tipi ta’ vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur, jiġifieri għal emissjonijiet mit-tailpipe, il-grupp tal-familja ta’ waqt is-servizz skont il-punt 2.4, u għall-OBD u IUPRM, il-familja OBD skont l-Appendiċi 2 tal-Anness XI;

2.5.5.

il-kodiċijiet tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) applikabbli għal dawn it-tipi ta’ vetturi fi ħdan il-familja (il-prefiss tal-VIN);

2.5.6.

in-numri tal-approvazzjonijiet tat-tip applikabbli għal dawn it-tipi ta’ vetturi fi ħdan il-familja ta’ waqt is-servizz, inklużi, fejn applikabbli, in-numri tal-estensjonijiet kollha u tat-tiswijiet li jsiru fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż (mudelli ġodda);

2.5.7.

id-dettalji tal-estensjonijiet, tat-tiswijiet fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż għal dawk l-approvazzjonijiet tat-tip għall-vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur (jekk ikunu mitluba mill-awtorità tal-approvazzjoni);

2.5.8.

il-perjodu ta’ żmien li matulu nġabret l-informazzjoni tal-manifattur;

2.5.9.

il-perjodu tal-bini tal-vettura kopert mill-informazzjoni tal-manifattur (eż. il-vetturi manifatturati matul is-sena kalendarja 2007);

2.5.10.

il-proċedura tal-manifattur għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz, inklużi:

(i)

il-metodu biex tinstab il-vettura;

(ii)

il-kriterji għall-għażla u għaċ-ċaħda tal-vettura;

(iii)

it-tipi ta’ testijiet u l-proċeduri użati għall-programm;

(iv)

il-kriterji tal-manifattur għall-aċċettazzjoni/għaċ-ċaħda għall-grupp tal-familja;

(v)

iż-żona(i) ġeografika/ċi li fihom il-manifattur ġabar l-informazzjoni;

(vi)

id-daqs tal-kampjun u l-pjan għat-teħid tal-kampjuni użat;

2.5.11.

ir-riżultati mill-proċedura tal-manifattur għall-konformità waqt is-servizz, inklużi:

(i)

l-identifikazzjoni tal-vetturi inklużi fil-programm (kemm jekk ittestjati u kemm jekk le). L-identifikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

l-isem tal-mudell,

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN),

in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura,

id-data tal-manifattura,

ir-reġjun ta’ użu (meta jkun magħruf),

it-tajers imwaħħla (emissjonijiet mit-tailpipe biss);

(ii)

ir-raġuni(jiet) għalfejn vettura ġiet miċħuda mill-kampjun;

(iii)

l-istorja tas-servizz għal kull vettura fil-kampjun (inkluż kull xogħol li kellu jsir iżjed minn darba);

(iv)

l-istorja tat-tiswijiet għal kull vettura fil-kampjun (fejn tkun magħrufa);

(v)

id-dejta tat-test, inkluża din li ġejja:

id-data tat-test/tniżżil,

il-post fejn sar it-test/tniżżil,

id-distanza indikata fuq l-odometru tal-vettura;

(vi)

id-dejta tat-test għal emissjonijiet mit-tailpipe biss:

l-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwil użat għat-test (eż. il-fjuwil ta’ referenza użat għat-test jew il-fjuwil fis-suq),

il-kundizzjonijiet tat-test (it-temperatura, l-umdità, il-piż tal-inerzja tad-dinamometru),

is-settings tad-dinamometru (eż. is-setting tal-qawwa),

ir-riżultati tat-test (minn għallinqas tliet vetturi differenti għal kull familja);

(vii)

id-dejta tat-test għal IUPRM biss;

id-dejta kollha metħieġa mniżżla mill-vettura;

għal kull moniter li jrid jiġi rrappurtat il-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu IUPRM;

2.5.12.

ir-rekords ta’ indikazzjoni mis-sistema OBD;

2.5.13.

għat-teħid ta’ kampjuni IUPRM, dan li ġej:

Il-medja tal-proporzjonijiet tal-prestazzjoni waqt l-użu IUPRM tal-vetturi magħżula kollha għal kull moniter skont il-punti 3.1.4. u 3.1.5. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI;

Il-perċentwali tal-vetturi magħżula, li għandhom IUPRM ikbar jew daqs il-valur minimu applikabbli għall-moniter skont il-punti 3.1.4. u 3.1.5. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI.

3.   L-GĦAŻLA TAL-VETTURI GĦALL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ

3.1.   L-informazzjoni miġbura mill-manifattur għandha tkun komprensiva biżżejjed biex tiżgura li r-rendiment waqt is-servizz tista’ tkun ivvalutata għall-kundizzjonijiet normali tal-użu. It-teħid tal-kampjuni tal-manifattur għandu jsir minn għallinqas żewġ Stati Membri b’kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi li jkunu sostanzjalment differenti (sakemm mhux mibjugħa biss fi Stat Membru wieħed). Fl-għażla tal-Istati Membri għandhom jitqiesu fatturi bħad-differenzi fil-fjuwils, il-kundizzjonijiet ambjentali, il-veloċitajiet medji fit-triq, u l-qasma bejn is-sewqan urban/fl-awtostrada.

Għal ittestjar tal-OBD IUPRM għandhom jiġu inklużi fil-kampjun tat-test biss dawk il-vetturi li jissodisfaw il-kriterji tal-punt 2.2.1. tal-Appendiċi 1.

3.2.   Fl-għażla tal-Istati Membri għat-teħid tal-kampjuni tal-vetturi, il-manifattur jista’ jagħżel vetturi minn Stat Membru li jitqies bħala partikolarment rappreżentattiv. F’dan il-każ, il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip li l-għażla hija rappreżentattiva (eż. billi s-suq ikollu l-akbar bejgħ annwali ta’ familja ta’ vetturi fl-Unjoni). Meta familja teħtieġ li aktar minn lott ta’ kampjun wieħed jiġi ttestjat, kif ġie definit fil-punt 3.5, il-vetturi fit-tieni u fit-tielet lottijiet tal-kampjun għandhom jirriflettu kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi differenti minn dawk magħżula għall-ewwel kampjun.

3.3.   L-ittestjar tal-emissjonijiet jista’ jsir f’faċilità tat-testijiet li tinsab f’suq jew f’reġjun differenti minn fejn intgħażlu l-vetturi.

3.4.   It-testijiet ta’ konformità waqt is-servizz, tal-emissjonijiet mit-tailpipe, mill-manifattur għandhom jitwettqu b’mod kontinwu fejn jirriflettu ċ-ċiklu ta’ produzzjoni tat-tipi applikabbli tal-vetturi fi ħdan familja partikolari ta’ vetturi ta’ waqt is-servizz. Il-perjodu massimu ta’ żmien bejn il-bidu ta’ żewġ kontrolli ta’ konformità waqt is-servizz m’għandux jeċċedi t-18-il xahar. Fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi koperti minn estensjoni għall-approvazzjoni tat-tip li ma kinitx teħtieġ test tal-emissjonijiet, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż għal 24 xahar.

3.5.   Daqs tal-kampjun

3.5.1.

Meta tiġi applikata l-proċedura statistika definita fl-Appendiċi 2 (jiġifieri għal emissjonijiet mit-tailpipe), in-numru tal-lottijiet tal-kampjuni għandu jiddependi mill-volum ta’ bejgħ annwali ta’ familja ta’ waqt is-servizz fl-Unjoni, kif ġie definit fit-tabella li ġejja:

Reġistrazzjonijiet UE

għal kull sena kalendarja (għal testijiet għal emissjonijiet mit-tailpipe)

ta’ vetturi ta’ familja OBD b’IUPR fil-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Numru ta’ lottijiet tal-kampjun

sa 100 000

1

100 001 sa 200 000

2

aktar minn 200 000

3

3.5.2.

Għal IUPR, in-numru ta’ lottijiet tal-kampjun li għandu jittieħed huwa deskritt fit-tabella fil-punt 3.5.1 u huwa bbażat fuq in-numru ta’ vetturi ta’ familja OBD li huma approvati b’IUPR (suġġett għat-teħid tal-kampjuni).

Għall-ewwel perjodu tat-teħid tal-kampjuni ta’ familja OBD, it-tipi kollha tal-vettura fil-familja li huma approvati b’IUPR għandhom jitqiesu bħala suġġetti għat-teħid tal-kampjuni. Għall-perjodi sussegwenti tat-teħid tal-kampjuni, huma biss it-tipi ta’ vetturi li ma kinux ġew ittestjati qabel jew li huma koperti minn approvazzjonijiet tal-emissjonijiet li ġew estiżi mill-perjodu tat-teħid tal-kampjuni preċedenti li għandhom jitqiesu bħala suġġetti għat-teħid tal-kampjuni.

Għal familji magħmula minn inqas minn 5 000 reġistrazzjoni UE li huma suġġetti għat-teħid tal-kampjuni fil-perjodu tat-teħid tal-kampjuni n-numru minimu ta’ vetturi f’lott tal-kampjun huwa sitta. Għall-familji l-oħra kollha, in-numru minimu ta’ vetturi f’lott tal-kampjun huwa ħmistax.

Kull lott tal-kampjun għandu jirrappreżenta adegwatament ix-xejra tal-bejgħ, jiġifieri għall-inqas tipi ta’ vetturi b’volum għoli (≥ 20 % tat-total tal-familja) għandhom jiġu rappreżentati.

4.   Fuq il-bażi tal-verifika msemmija fit-taqsima 2 l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tadotta waħda mid-deċiżjonijiet u mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

tiddeċiedi li l-konformità waqt is-servizz ta’ tip ta’ vettura, ta’ familja ta’ vetturi waqt is-servizz jew ta’ familja OBD ta’ vettura hija sodisfaċenti u li m’hemmx għalfejn tieħu azzjoni ulterjuri;

(b)

tiddeċiedi li d-dejta pprovduta mill-manifattur mhix biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni u titlob informazzjoni jew dejta tat-testijiet addizzjonali mingħand il-manifattur;

(c)

tiddeċiedi li fuq il-bażi tad-dejta mill-programmi tal-ittestjar tas-sorveljanza tal-awtorità tal-approvazzjoni jew tal-Istat Membru, dik l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur mhix biżżejjed sabiex tittieħed deċiżjoni u tintalab informazzjoni jew dejta tat-test addizjonali mingħand il-manifattur;

(d)

tiddeċiedi li l-konformità waqt is-servizz ta’ tip ta’ vettura li hija parti minn familja ta’ waqt is-servizz, jew ta’ familja OBD, mhix sodisfaċenti u tipproċedi biex tali tip ta’ vettura jew familja OBD jiġi ttestjat skont l-Appendiċi 1.

Jekk skont il-verifika tal-IUPRM il-kriterji tat-test tal-punt 6.1.2 (a) jew (b) tal-Appendiċi 1 jintlaħqu għal vetturi f’lott kampjun, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip trid tieħu l-azzjoni ulterjuri deskritta fil-punt (d) ta’ dan il-punt.

4.1.   Fejn it-testijiet tat-tip 1 jitqies li huma meħtieġa biex tkun ikkontrollata l-konformità tat-tagħmir għall-kontroll tal-emissjonijiet għar-rendiment tagħhom waqt is-servizz, tali testijiet għandhom jitwettqu billi tintuża proċedura tat-test li tissodisfa l-kriterji statistiċi definiti fl-Appendiċi 2.

4.2.   L-awtorità tal-approvazzjoni, b’kooperazzjoni mal-manifattur, għandha tagħżel kampjun ta’ vetturi li għamlu biżżejjed mili li l-użu tagħhom f’kundizzjonijiet normali jista’ jkun raġonevolment żgurat. Il-manifattur għandu jkun ikkonsultat dwar l-għażla tal-vetturi fil-kampjun u jitħalla jieħu sehem fil-kontrolli ta’ konferma fuq il-vetturi.

4.3.   Il-manifattur għandu jkun awtorizzat, taħt is-superviżjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, biex iwettaq kontrolli, anki ta’ natura qerrieda, fuq dawk il-vetturi b’livelli ta’ emissjonijiet li jeċċedu l-valuri ta’ limitu bil-għan li jistabbilixxi l-kawżi possibbli ta’ deterjorament li ma jistgħux ikunu attribwiti lill-manifattur (eż. l-użu ta’ petrol biċ-ċomb qabel id-dejta tat-test). Fejn ir-riżultati tal-kontrolli jikkonfermaw tali kawżi, dawk ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu esklużi mill-kontroll tal-konformità.

Appendiċi 1

Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz

1.   INTRODUZZJONI

1.1.

Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-kriterji li jissemmew fit-taqsima 4 rigward l-għażla ta’ vetturi biex jiġu ttestjati u l-proċeduri għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz.

2.   IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Il-kriterji biex tiġi aċċettata vettura magħżula huma definiti għal emissjonijiet mit-tailpipe fil-punti 2.1 sa 2.8 u għall-IUPRM fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.5.

2.1.

Il-vettura għandha tappartjeni għal tip ta’ vettura li tkun approvata għat-tip skont dan ir-Regolament u li tkun koperta b’ċertifikat ta’ konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE. Għall-kontroll tal-IUPRM, il-vettura għandha tkun approvata għall-istandards OBD Euro 5+, Euro 6- plus IUPR jew aktar tard. Għandha tkun irreġistrata u tkun ġiet użata fl-Unjoni.

2.2.

Il-vettura għandha tkun ilha taħdem għal mill-inqas 15 000 km jew 6 xhur, liema minnhom jiġi l-aktar tard, u għal mhux aktar minn 100 000 km jew 5 snin, liema minnhom jiġi l-ewwel.

2.2.1.

Għall-kontroll tal-IUPRM, il-kampjun tat-test għandu jinkludi biss vetturi li:

(a)

ġabru dejta suffiċjenti dwar l-operat tal-vettura għall-moniter li jrid jiġi ttestjat.

Għal moniters li jeħtieġ li jissodisfaw il-proporzjon ta’ rendiment waqt l-użu tal-moniter u li jintraċċaw u jirrapportaw dejta dwar il-proporzjon skont il-punt 3.6.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, dejta suffiċjenti dwar l-operat tal-vettura għandha tfisser li d-denominatur jissodisfa l-kriterji stipulati hawn taħt. Id-denominatur, kif definit fil-punti 3.3 u 3.5 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, għall-moniter li jrid jiġi ittestjat irid ikollu valur ugwali għal jew ikbar minn wieħed mill-valuri li ġejjin:

(i)

75 għal moniters tas-sistema evaporattiva, moniters tas-sistema tal-arja sekondarja, u monitors li jutilizzaw denominatur inkrementat skont il-punti (a), (b) jew (c) tal-punt 3.3.2 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI (eż. moniters tal-istartjar kiesaħ, moniters tas-sistema tal-arja kundizzjonata, eċċ.), jew

(ii)

25 għal moniters tal-filtri tal-partikulati u moniters tal-katalista ta’ ossidazzjoni li jutilizzaw denominatur inkrementat skont il-punt (d) tal-punt 3.3.2 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, jew

(iii)

150 għal moniters tal-katalista, tas-sensur tal-ossiġnu, tal-EGR, tal-VVT, u tal-komponenti l-oħra kollha;

(b)

ma jkunux ġew imbagħbsa jew mgħammra b’partijiet miżjuda jew modifikati li jwasslu biex is-sistema OBD ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness XI.

2.3.

Għandu jkun hemm rekord ta’ manutenzjoni li juri li l-vettura inżammet sew (eż. sarilha s-servis skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur).

2.4.

Il-vettura m’għandha turi l-ebda indikazzjoni ta’ abbuż (eż. tlielaq, tagħbija żejda, alimentazzjoni bi fjuwil ħażin, jew użu ħażin ieħor), jew fatturi oħra (eż. tbagħbis) li jistgħu jaffettwaw ir-rendiment tal-emissjonijiet. Għandhom jitqiesu l-kodiċi tal-ħsara u l-informazzjoni dwar il-mili maħżuna fil-kompjuter. Vettura m’għandhiex tingħażel għall-ittestjar jekk l-informazzjoni maħżuna fil-kompjuter turi li l-vettura ħadmet wara li nħażen kodiċi tal-ħsara u ma saritx tiswija pjuttost fil-pront.

2.5.

M’għandha tkun saret l-ebda tiswija kbira mhux awtorizzata tal-magna jew l-ebda tiswija kbira tal-vettura.

2.6.

Il-kontenut taċ-ċomb u tal-kubrit ta’ kampjun tal-fjuwil meħud mit-tank tal-vettura għandu jissodisfa l-istandards applikabbli stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u m’għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta’ alimentazzjoni bi fjuwil ħażin. Jistgħu jsiru kontrolli fit-tailpipe.

2.7.

M’għandu jkun hemm l-ebda indikazzjoni ta’ kwalunkwe problema li tista’ tipperikola s-sikurezza tal-persunal tal-laboratorju.

2.8.

Il-komponenti kollha tas-sistema ta’ kontra t-tniġġis li hemm fuq il-vettura għandhom ikunu konformi mal-approvazzjoni tat-tip applikabbli.

3.   ID-DIJANJOSI U L-MANUTENZJONI

Id-dijanjosi u kwalunkwe manutenzjoni normali meħtieġa għandhom jitwettqu fuq vetturi aċċettati għall-ittestjar, qabel ma jitkejlu l-emissjonijiet mill-egżost, skont il-proċedura stabbilita fil-punti 3.1 sa 3.7.

3.1.

Għandhom isiru l-kontrolli li ġejjin: kontrolli tal-filtru tal-arja, taċ-ċintorini tas-sewqan kollha, tal-livelli tal-fluwidi kollha, tat-tapp tar-radjatur, tal-pajpijiet tal-vakwu kollha u tal-wajers tad-dawl relatati mas-sistema ta’ kontra t-tniġġis kollha; kontrolli tal-ignixin, tal-kejl tal-fjuwil u tal-komponenti tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis. Id-diskrepanzi kollha għandhom jiġu reġistrati.

3.2.

Is-sistema OBD għandha tkun ikkontrollata sabiex ikun ivverifikat li qed taħdem sew. Kwalunkwe indikazzjoni ta’ ħsara għandha tiġi reġistrata fil-memorja tal-OBD u għandhom isiru t-tiswijiet meħtieġa. Jekk l-indikatur ta’ ħsara fl-OBD jindika ħsara waqt ċiklu tal-prekundizzjonament, il-ħsara tista’ tiġi identifikata u msewwija. It-test jista’ jerġa’ jsir u jintużaw ir-riżultati ta’ dik il-vettura msewwija.

3.3.

Is-sistema tal-ignixin għandha tiġi kontrollata u l-komponenti difettużi sostitwiti, pereżempju l-ispark plaggs, il-kejbils, eċċ.

3.4.

Il-kompressjoni għandha tiġi kontrollata. Jekk ir-riżultat ma jkunx sodisfaċenti, il-vettura għandha tiġi miċħuda.

3.5.

Il-parametri tal-magna għandhom jiġu kontrollati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu aġġustati.

3.6.

Jekk il-vettura jonqosha 800 km għal servis ta’ manutenzjoni skedat, dak is-servis għandu jitwettaq skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Irrispettivament mill-qari tal-odometru, il-filtri taż-żejt u tal-arja jistgħu jinbidlu fuq it-talba tal-manifattur.

3.7.

Kif tiġi aċċettata l-vettura, il-fjuwil għandu jiġi sostitwit bil-fjuwil ta’ referenza tat-test tal-emissjonijiet xieraq, sakemm il-manifattur ma jaċċettax li jintuża l-fjuwil tas-suq.

4.   L-ITTESTJAR WAQT IS-SERVIZZ

4.1.

Meta jitqies li jkun meħtieġ kontroll fuq il-vetturi, għandhom jitwettqu t-testijiet tal-emissjonijiet skont l-Anness III fuq vetturi prekundizzjonati magħżula skont ir-rekwiżiti tat-Taqsimiet 2 u 3 ta’ dan l-Appendiċi. Dan it-test għandu jinkludi biss il-kejl tal-emissjonijiet tan-numru tal-partikuli għal vetturi approvati għall-istandards tal-emissjonijiet Euro 6 fil-kategoriji W, X u Y kif definiti fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 6 tal-Anness I. Ċikli prekundizzjonati addizzjonali għal dawk speċifikati fil-punt 5.3 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE jiġu permessi biss jekk huma rappreżentattivi tas-sewqan normali.

4.2.

Vetturi mgħammra b’sistema OBD jistgħu jiġu kontrollati għall-funzjonalità xierqa waqt is-servizz tal-indikatur ta’ ħsara, eċċ., b’relazzjoni għal-livelli tal-emissjonijiet (eż. il-limiti tal-indikazzjoni tal-ħsara definiti fl-Anness XI) għall-ispeċifikazzjonijiet approvati għat-tip.

4.3.

Is-sistema OBD tista’ tiġi kontrollata, pereżempju, għal-livelli ta’ emissjonijiet ‘il fuq mill-valuri ta’ limitu applikabbli bl-ebda indikazzjoni ta’ ħsara, attivazzjoni sistematika żbaljata tal-indikazzjoni ta’ ħsara u komponenti difettużi jew deterjorati indikati fis-sistema OBD.

4.4.

Jekk komponent jew sistema taħdem b’mod mhux kopert mill-partikolaritajiet fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u/jew mill-pakkett ta’ informazzjoni għal tali tipi ta’ vetturi u tali devjazzjoni ma ġietx awtorizzata skont l-Artikolu 13(1) jew (2) tad-Direttiva 2007/46/KE, bl-ebda indikazzjoni tal-ħsara mill-OBD, il-komponent jew is-sistema m’għandux jiġi sostitwit qabel l-ittestjar tal-emissjonijiet, sakemm ma jkunx iddeterminat li l-komponent jew is-sistema ġie mbagħbas jew abbużat b’tali mod li l-OBD ma jiskoprix il-ħsara li rriżultat.

5.   L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI TAT-TESTIJIET DWAR L-EMISSJONIJIET

5.1.

Ir-riżultati tat-test għandhom jitressqu għall-proċedura ta’ evalwazzjoni skont l-Appendiċi 2.

5.2.

Ir-riżultati tat-test m’għandhomx jiġu multiplikati b’fatturi ta’ deterjorament.

6.   IL-PJAN TAL-MIŻURI RIMEDJALI

6.1.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-manifattur biex iressaq pjan ta’ miżuri rimedjali biex jirrimedja għan-nuqqas ta’ konformità meta:

6.1.1.

Għal emissjonijiet mit-tailpipe, jinstab li aktar minn vettura waħda tkun qed tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost u tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.2.3. tal-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE u kemm l-awtorità tal-approvazzjoni kif ukoll il-manifattur jaqblu li l-emissjoni żejda hija minħabba l-istess raġuni, jew

(b)

tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.2.4 tal-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE fejn l-awtorità tal-approvazzjoni ddeterminat li l-emissjoni żejda hija minħabba l-istess raġuni.

6.1.2.

Għall-IUPRM ta’ moniter partikolari M il-kundizzjonijiet statistiċi li ġejjin huma sodisfatti f’kampjun tat-test, li d-daqs tiegħu huwa ddeterminat skont il-punt 3.5. ta’ dan l-Anness:

(a)

Għal vetturi ċertifikati għal proporzjon ta’ 0,1 skont il-punt 3.1.5. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, id-dejta miġbura mill-vetturi tindika għal mill-inqas moniter wieħed M fil-kampjun tat-test jew li l-proporzjon medju ta’ prestazzjoni waqt l-użu tal-kampjun tat-test huwa inqas minn 0,1 jew li 66 fil-mija jew aktar tal-vetturi fil-kampjun tat-test għandhom proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu tal-moniter ta’ inqas minn 0,1.

(b)

Għal vetturi ċertifikati għal proporzjonijiet sħaħ skont il-punt 3.1.4 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, id-dejta miġbura mill-vetturi tindika għal mill-inqas moniter wieħed M fil-kampjun tat-test jew li l-proporzjon medju ta’ rendiment waqt l-użu tal-kampjun tat-test huwa inqas mill-valur Testmin(M) jew li 66 fil-mija jew aktar tal-vetturi fil-kampjun tat-test għandhom proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu ta’ inqas minn Testmin(M). Il-valur ta’ Testmin(M) għandu jkun:

Il-valur tat- Testmin(M) għandu jkun:

(i)

0,230 jekk il-moniter M jeħtieġ li jkollu proporzjon waqt l-użu ta’ 0,26;

(ii)

0,460 jekk il-moniter M jeħtieġ li jkollu proporzjon waqt l-użu ta’ 0,52;

(iii)

0,297 jekk il-moniter M jeħtieġ li jkollu proporzjon waqt l-użu ta’ 0,336,

skont il-punt 3.1.4. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI.

6.2.

Il-pjan tal-miżuri rimedjali għandu jiġi preżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni mhux aktar tard minn 60 jum ta’ xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-punt 6.1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, fi żmien 30 jum ta’ xogħol, għandha tiddikjara l-approvazzjoni jew id-diżapprovazzjoni tagħha rigward il-pjan tal-miżuri rimedjali. Madankollu, tingħata estensjoni meta l-manifattur jista’ juri, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni kompetenti, li jinħtieġ aktar żmien biex jiġi investigat in-nuqqas ta’ konformità sabiex jitressaq pjan tal-miżuri rimedjali.

6.3.

Il-miżuri rimedjali għandhom japplikaw għall-vetturi kollha li probabbilment ikunu affetwati mill-istess difett. Għandha tkun ivvalutata l-ħtieġa li jiġu emendati d-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip.

6.4.

Il-manifattur għandu jipprovdi kopja tal-komunikazzjonijiet kollha relatati mal-pjan tal-miżuri rimedjali, u għandu wkoll iżomm rekord tal-kampanja ta’ rtirar ta’ prodott difettuż, eċċ., u jipprovdi rapporti ta’ status regolari lill-awtorità tal-approvazzjoni.

6.5.

Il-pjan tal-miżuri rimedjali għandu jinkludi r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6.5.1 sa 6.5.11. Il-manifattur għandu jassenja isem jew numru ta’ identifikazzjoni uniku lill-pjan tal-miżuri rimedjali.

6.5.1.

Deskrizzjoni ta’ kull tip ta’ vettura inkluż fil-pjan tal-miżuri rimedjali.

6.5.2.

Deskrizzjoni tal-modifikazzjonijiet, tal-alterazzjonijiet, tat-tiswijiet, tal-korrezzjonijiet, tal-aġġustamenti, jew ta’ bidliet speċifiċi oħra li jridu jsiru biex il-vetturi jsiru konformi inkluż sommarju qasir tad-dejta u tal-istudji tekniċi li jappoġġjaw id-deċiżjoni tal-manifattur rigward il-miżuri partikolari li għandhom jittieħdu biex ikun korrett in-nuqqas ta’ konformità.

6.5.3.

Deskrizzjoni tal-metodu li permezz tiegħu l-manifattur jinforma lis-sidien tal-vetturi.

6.5.4.

Deskrizzjoni tal-manutenzjoni xierqa jew tal-użu xieraq, jekk ikun hemm, li l-manifattur jistipula bħala kundizzjoni ta’ eliġibbiltà għal tiswija skont il-pjan tal-miżuri rimedjali, u spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex il-manifattur impona kwalunkwe kundizzjoni bħal din. L-ebda kundizzjoni għall-manutenzjoni jew għall-użu ma tista’ tiġi imposta sakemm ma jkunx jista’ jintwera li hija marbuta man-nuqqas ta’ konformità u mal-miżuri rimedjali.

6.5.5.

Deskrizzjoni tal-proċedura li għandhom isegwu s-sidien tal-vetturi biex jiksbu korrezzjoni tan-nuqqas ta’ konformità. Din għandha tinkludi data li warajha jistgħu jittieħdu l-miżuri rimedjali, iż-żmien stmat biex il-ħanut tax-xogħol iwettaq it-tiswijiet u fejn jistgħu jsiru. It-tiswija għandha ssir b’mod xieraq, fi żmien raġonevoli wara l-konsenja tal-vettura.

6.5.6.

Kopja tal-informazzjoni trażmessa lil sid il-vettura.

6.5.7.

Deskrizzjoni qasira tas-sistema li l-manifattur juża biex jiżgura provvista adegwata ta’ komponenti jew ta’ sistemi biex iwettaq l-azzjoni rimedjali. Għandu jkun indikat meta se jkun hemm provvista adegwata ta’ komponenti jew sistemi biex tinbeda l-kampanja.

6.5.8.

Kopja tal-istruzzjonijiet kollha li għandhom jintbagħtu lil dawk il-persuni li se jwettqu t-tiswija.

6.5.9.

Deskrizzjoni tal-impatt tal-miżuri rimedjali proposti fuq l-emissjonijiet, il-konsum tal-fjuwil, il-kumdità fis-sewqan, u s-sikurezza ta’ kull tip ta’ vettura, koperta mill-pjan tal-miżuri rimedjali bid-dejta u bl-istudji tekniċi li jappoġġjaw dawn il-konklużjonijiet.

6.5.10.

Kwalunkwe informazzjoni, rapport jew dejta oħra li l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ raġonevolment tiddetermina li tkun meħtieġa biex jiġi evalwat il-pjan tal-miżuri rimedjali.

6.5.11.

Fejn il-pjan tal-miżuri rimedjali jinkludi rtirar ta’ prodott difettuż għandha titressaq deskrizzjoni tal-metodu għar-reġistrazzjoni tat-tiswija quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Jekk tintuża tikketta, għandu jitressaq eżempju tagħha.

6.6.

Il-manifattur jista’ jkun meħtieġ iwettaq testijiet raġonevolment iddisinjati u meħtieġa fuq komponenti u vetturi billi jinkorpora bidla, tiswija, jew modifikazzjoni proposta biex juri l-effikaċja tal-bidla, tat-tiswija, jew tal-modifikazzjoni.

6.7.

Il-manifattur huwa responsabbli miż-żamma ta’ rekord ta’ kull vettura rtirata minħabba difett, u msewwija, u tal-ħanut tax-xogħol li wettaq it-tiswija. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkollha aċċess għar-rekord meta titolbu għal perjodu ta’ 5 snin mill-implimentazzjoni tal-pjan tal-miżuri rimedjali.

6.8.

It-tiswija u l-modifikazzjoni jew iż-żieda ta’ tagħmir ġdid għandhom jiġu reġistrati f’ċertifikat ipprovdut mill-manifattur lil sid il-vettura.

Appendiċi 2

Il-proċedura statistika għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz

1.

Din il-proċedura għandha tintuża biex ikunu verifikati r-rekwiżiti tal-konformità waqt is-servizz għat-test tat-tip 1. Il-metodu statistiku applikabbli għandu jkun dak stabbilit fl-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE, bl-eċċezzjonijiet deskritti fit-Taqsimiet 2 sa 9 ta’ dan l-Appendiċi.

2.

In-nota 1 m’għandhiex tapplika.

3.

Il-punt 3.2 għandu jinftiehem kif ġej:

Vettura tingħad li tkun tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost (outlying emitter) meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet mogħtija fil-punt 3.2.2.

4.

Il-punt 3.2.1 m’għandux japplika.

5.

Fil-punt 3.2.2, ir-referenza għar-ringiela B tat-tabella fil-punt 5.3.1.4 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6.

6.

Fil-punti 3.2.3.2.1 u 3.2.4.2, ir-referenza għat-taqsima 6 tal-Appendiċi 3 għandha tinftiehem bħala referenza għat-taqsima 6 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

7.

Fin-noti 2 u 3, ir-referenza għar-ringiela A tat-tabella fil-punt 5.3.1.4 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6.

8.

Fil-punt 4.2, ir-referenza għall-punt 5.3.1.4 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6.

9.

Il-figura 4/1 għandha tiġi sostitwita bil-figura li ġejja:

Figura 4/1

Image

Appendiċi 3

Ir-responsabbiltajiet għall-konformità waqt is-servizz

1.

Il-proċess biex jiġi kontrollat il-kontroll tal-konformità waqt is-servizz ġie spjegat fil-Figura 1

2.

Il-manifattur għandu jikkompila l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. L-awtorità tal-approvazzjoni tista’ wkoll tqis informazzjoni mill-programmi ta’ sorveljanza.

3.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq il-proċeduri u t-testijiet kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti rigward il-konformità waqt is-servizz qed jiġu sodisfatti (il-Fażijiet 2 sa 4).

4.

Fil-każ ta’ diskrepanzi jew ta’ nuqqas ta’ qbil fil-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob kjarifika mingħand is-servizz tekniku li wettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip.

5.

Il-manifattur għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta’ miżuri rimedjali. Dan il-pjan għandu jkun approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni qabel ma jkun implimentat (il-Fażi 5).

Figura 1

Spjegazzjoni tal-proċess ta’ konformità waqt is-servizz

Image

(1)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.