11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 562/2011

tal-10 ta’ Ġunju 2011

li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2012 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni Ewropea u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-punti (f) u (g) tal-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (2), b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010 tal-14 ta’ Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (3), il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta' tqassim li jkun iffinanzjat minn riżorsi disponibbli fis-sena baġitarja tal-2012. Dak il-pjan għandu jistabbilixxi partikolarment, għal kull Stat Membru li japplika l-miżura, ir-riżorsi finanzjarji massimi disponibbli sabiex iwettaq il-parti tiegħu tal-pjan, u l-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandha tittieħed mill-ħażniet miżmuma mill-aġenziji tal-intervent.

(2)

L-Istati Membri involuti fil-pjan ta’ tqassim għas-sena baġitarja 2012 kienu pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

(3)

Għall-finijiet tal-allokazzjoni tar-riżorsi, għandhom jiġu kkunsidrati l-esperjenza u sa liema punt l-Istati Membri utilizzaw ir-riżorsi allokati lilhom fis-snin preċedenti.

(4)

Jekk wieħed jikkunsidra l-fatt li d-disponibbiltà tal-ħażniet tal-intevent għall-forniment tal-iskema għat-tqassim tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn hija mnaqqsa sostanzjalment b’rabta mas-sena preċedenti, ikun xieraq li l-pjan annwali tal-2012 huwa adottat malli l-Istati Membri jkunu taw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010. L-adozzjoni rapida għandha l-għan li tippermetti lill-istati Membri biex ikollhom ħin addizzjonali biex jorganizzaw l-implimentazzjoni tal-pjan annwali tal-Unjoni bil-ħsieb li tingħata l-okkazjoni lill-awtoritajiet nazzjonali biex isibu sorsi alternattivi tal-ikel.

(5)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 jistipula li, fejn ma hemmx ross disponibbli fil-ħażniet tal-intervent, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza t-tneħħija ta’ ċereali mill-ħażniet tal-intervent bħala ħlas għall-forniment ta’ ross jew tal-prodotti tar-ross immobilizzati fis-suq. Skont dan, minħabba li attwalment mhemmx ħażniet tal-intervent tar-ross, għandha tiġi awtorizzata t-tneħħija ta’ ċereali mill-ħażniet tal-intervent bħala ħlas għall-mobilizzazzjoni tal-prodotti tar-ross fis-suq.

(6)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 jistipula t-trasferiment bejn l-Istati Membri ta’ prodotti li mhumiex disponibbli fil-ħażniet tal-intervent tal-Istat Membru fejn prodotti bħal dawn huma meħtieġa biex jiġi implimentat il-pjan ta’ tqassim annwali. Jeħtieġ għalhekk, li jiġu awtorizzati t-trasferimenti intra-Unjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan għall-2012, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

(7)

Minħabba l-qagħda attwali tas-suq fis-sttur taċ-ċereali, li huwa kkaratterizzat minn livelli għolin ta' prezzijiet tas-suq, huwa xieraq, sabiex l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu żgurati, li l-garanzija finanzjarja, li għandha tkun irreġistrata mill-kuntrattur li jobbliga ruħu sabiex iforni [impenjat li jwettaq l-operazzjoni tal-forniment ta'] ċ-ċereali kif stipulat fl-Artikoli 4(3) u 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 tiżdied.

(8)

Għall-implementazzjoni tal-pjan ta’ tqassim annwali, l-avveniment operattiv fit-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandu jkun id-data li fiha tibda s-sena finanzjarja għall-amministrazzjoni tal-ħażniet fil-ħażna pubblika.

(9)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, il-Kummissjoni talbet il-parir tal-organizzazzjonijiet ewlenin li huma familjari mal-problemi tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni meta kienet qed tħejji dan il-pjan ta’ tqassim annwali.

(10)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-2012, it-tqassim tal-ikel lill-persuni li huma l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandu jiġi implimentat skont il-pjan ta’ tqassim annwali stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

L-użu ta’ ċereali bħala ħlas għall-mobilizzazzjoni tal-prodotti tar-ross fis-suq huwa awtorizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

Artikolu 2

It-trasferiment intra-Unjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom ikunu awtorizzati skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

Artikolu 3

B’deroga mill-ħames subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta’ tqassim tal-2012, qabel ma jitneħħew iċ-ċereali mill-intervent, il-kuntrattur impenjat li jwettaq l-operazzjoni tal-forniment għandu jirreġistra l-garanzija li tkun ekwivalenti għal EUR 150 kull tunnellata.

Artikolu 4

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim annwali msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, id-data tal-avveniment operattiv fit-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandha tkun l-1 ta’ Ottubru 2011.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 242, 15.9.2010, p. 9.


ANNESS I

PJAN ANNWALI TA’ TQASSIM GĦALL-2012

(a)

Riżorsi finanzjarji li huma disponibbli għall-implementazzjoni tal-pjan tal-2012 f'kull wieħed mill-Istati Membri

(f'EUR)

Stat Membru

Tqassim

Belgique/België

2 795 058

България

4 183 873

Česká republika

122 600

Eesti

718 782

Éire/Ireland

1 304 105

Elláda

4 805 742

España

18 084 154

France

15 869 928

Italia

22 103 802

Latvija

1 558 586

Lietuva

1 849 759

Luxembourg

47 463

Magyarország

3 237 794

Malta

131 505

Polska

17 310 824

Portugal

4 524 628

România

12 035 925

Slovenija

515 467

Slovakia

959 383

Suomi/Finland

1 327 965

Total

113 487 343

(b)

Il-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandha tiġi rtirata mill-ħażniet tal-intervent tal-UE għat-tqassim f’kull Stat Membru skont l-ammonti massimi stabbiliti fil-punt (a) ta’ dan l-Anness:

(f’tunnellati)

Stat Membru

Ċereali

Butir

Trab tal-ħalib xkumat

Belgique/België

 

1 560,273

България

39 144,763

 

Česká republika (*)

450,000

 

Eesti (**)

 

383,316

Éire/Ireland

 

727,985

Elláda

 

2 682,689

España

 

10 095,040

France

 

8 859,003

Italia

 

12 338,912

Latvija

 

870,043

Lietuva

 

1 032,583

Luxembourg (***)

 

Magyarország

 

1 807,420

Malta

1 230,373

 

Polska

 

9 663,348

Portugal

 

2 525,764

România

112 609,424

 

Slovenija

 

287,747

Slovakia

8 976,092

 

Suomi/Finland

 

741,304

Total

162 410,652

 

53 575,425


(*)  Česká Republika: allokazzjoni għax-xiri ta’ prodotti tal-ħalib fis-suq tal-UE: EUR 37 356 li jridu jiġu kkontjati mal-allokazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat u EUR 33 263 għandhom jiġu mnaqqsa mill-allokazzjoni tal-butir tar Repubblika Ċeka.

(**)  Eesti: allokazzjoni għax-xiri ta’ prodotti tal-ħalib fis-suq tal-UE: EUR 30 440 li għandhom jiġu mnaqqsa mill-allokazzjoni tal-butir tal-Estonja.

(***)  Luxembourg: allokazzjoni għax-xiri ta’ prodotti tal-ħalib fis-suq tal-UE: EUR 44 989 li għandhom jiġu mnaqqsa mill-allokazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat tal-Lussrmburgu.


ANNESS II

(a)

Trasferimenti intra-Unjoni ta’ ċereali awtorizzati fil-pjan għas-sena baġitarja 2012:

 

Kwantità

(tunnellati)

Detentur

Destinatarju

1

33 988,763

Agency for Rural Affairs, Suomi/Finland

Държавен фонд ‘Земеделие’ — Разплащателна агенция, България

2

5 156,000

RPA, UK

Държавен фонд ‘Земеделие’ — Разплащателна агенция, България

3

450,000

SJV, Sverige

SZIF, Česká Republika

4

1 230,373

SJV, Sverige

Aġenzija tal-Pagamenti tal-Ministeru għar-Riżorsi Umani u l-Affarijiet Rurali, Malta

5

16 880,298

BLE, Deutschland

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România

6

41 360,295

Agency for Rural Affairs, Suomi/Finland

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România

7

54 368,831

SJV, Sverige

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România

8

147,000

FranceAgriMer, France

Pôdohospodárska platobná agentúra, Slovenská Republika

9

8 829,092

SJV, Sverige

Pôdohospodárska platobná agentúra, Slovenská Republika

(b)

Trasferimenti intra-Unjoni ta' trab tal-ħalib xkumat awtorizzati skont il-pjan għas-sena baġitarja 2012:

 

Quantity

(tonnes)

Holder

Recipient

1

2 682,688

BLE, Deutschland

OPEKEPE, Elláda

2

330,350

SZIF, Česká Republika

FEGA, España

3

6 308,486

OFI, Ireland

FEGA, España

4

3 456,204

RPA, UK

FEGA, España

5

2 118,853

RPA, UK

FranceAgriMer, France

6

7 905,602

BIRB, Belgique

AGEA, Italia

7

1 476,378

OFI, Ireland

AGEA, Italia

8

2 749,632

Dienst Regelingen Roermond, Netherlands

AGEA, Italia

9

207,300

SJV, Sverige

AGEA, Italia

10

870,042

Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva

Rural Support Service, Latvia

11

1 807,420

RPA, UK

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország

12

3 294,212

BLE, Deutschland

ARR, Polska

13

1 675,024

Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva

ARR, Polska

14

4 693,285

RPA, UK

ARR, Polska

15

2 525,314

RPA, UK

IFAP I.P., Portugal

16

287,747

Dienst Regelingen Roermond, Netherlands

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Slovenija

17

252,008

PRIA, Eesti

Agency for Rural Affairs, Suomi/Finland

18

489,296

Dienst Regelingen Roermond, Netherlands

Agency for Rural Affairs, Suomi/Finland