|
11.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 560/2011
tal-10 ta’ Ġunju 2011
li jagħlaq il-bejgħ previst mir-Regolament (UE) Nru 1017/2010 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ fis-suq intern taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji tal-intervent tal-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43, il-punt f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2010 (2) fetaħ sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji tal-intervent tal-Istati Membri. Wara l-bejgħ mill-ġdid fil-qafas tal-sejħiet għall-offerti li saru wara l-24 ta’ Novembru 2010, kwantità ta’ ċereali baqgħet mhux mibjugħa. |
|
(2) |
Fir-rigward tal-pjan ta' distribuzzjoni tal-ikel mill-ħażniet lill-persuni l-aktar fil-bżonn għall-2012, il-kwantitajiet globali taċ-ċereali meħtieġa mill-Istati Membri, skont il-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010 tal-14 ta’ Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (3), jissuperaw dawk attwalment disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li tinżamm il-kwantità kollha taċ-ċereali li tifdal fil-ħażniet ta' intervent. |
|
(3) |
Jeħtieġ, għaldaqstant, li jieqaf il-bejgħ permezz ta' sejħa għall-offerti ta' ċereali li nfetaħ bir-Regolament (UE) Nru 1017/2010 u li jiġi rrevokat dan ir-Regolament. L-offerti li waslu għand l-aġenziji tal-intervent wara l-11.00 (ħin ta' Brussell) tal-25 ta' Mejju 2011 ma għadhomx applikabbli. |
|
(4) |
Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-bejgħ taċ-ċereali permezz ta' sejħa għall-offerti, miftuħ bl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1017/2010 huwa magħluq.
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010 għandu jiġi rrevokat.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.