26.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/45 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 517/2011
tal-25 ta’ Mejju 2011
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi tas-Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (1) u, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 13(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-għan tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa li jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għall-individwazzjoni u l-kontroll tas-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra fl-istadji rilevanti kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, partikolarment fil-livell ta’ produzzjoni primarja, biex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju tagħhom għas-saħħa pubblika. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula li għandhom jiġu stabbiliti miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza taż-żoonożi u aġenti żoonotiċi elenkati fl-Anness I tiegħu fil-popolazzjonijiet tal-annimali elenkati fih. Dan jistabbilixxi wkoll ċerti rekwiżiti għal dawk il-miri. Dan it-tnaqqis huwa importanti fid-dawl tal-miżuri stretti li jridu jiġu applikati lill-qatgħat infettati skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. B’mod partikolari, il-bajd li joriġina minn qatgħat fejn l-istatus tas-salmonella ma jkunx magħruf, u fejn jeżisti s-suspett li huwa infettat jew li joriġina minn qatgħat infettati, jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem biss jekk ikun ittrattat b’mod li jiggarantixxi l-eliminazzjoni tas-serotipi tas-Salmonella li jkunu sinifikanti għas-saħħa pubblika skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iġjene fl-ikel. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jirreferi għas-serotipi tas-Salmonella kollha sinifikanti għas-saħħa pubblika fil-qatgħat intiżi għall-bajd tal-ispeċi Gallus gallus. Dawk il-qatgħat intiżi għall-bajd jistgħu jwasslu l-infezzjoni tas-Salmonella lill-konsumatur permezz tal-istess bajd li jbidu. Għaldaqstant, it-tnaqqis fil-prevalenza tas-Salmonella fil-qatgħat intiżi għall-bajd jikkontribwixxi għall-kontroll ta’ dak l-aġent żoonotiku fil-bajd, li huwa ta’ riskju importanti għas-saħħa pubblika. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2006 tal-31 ta’ Lulju 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi tas-salmonella fit-tiġieġ tal-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2005 (2) jistipula li tiġi stabbilita mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium fit-tiġieġ adulti tal-ispeċi Gallus gallus intiżi għall-bajd. Il-mira tal-Unjoni għal kull Stat Membru hija ta’ perċentwal minimu fis-sena ta’ tnaqqis b’10 sa 40 % fil-qatgħat tat-tiġieġ adulti intiżi għall-bajd pożittivi għall-infezzjoni, jiddependi mill-prevalenza fis-sena preċedenti. Alternattivament, ikun hemm tnaqqis tal-perċentwal massimu għal 2 % jew inqas. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula li meta tkun se tiġi stabbilita l-mira tal-Unjoni għandha titqies l-esperjenza miksuba mill-miżuri nazzjonali eżistenti u mit-tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni jew lill-Awtorità dwar is-Sikurezza tal-Ikel (l-EFSA) skont ir-rekwiżiti attwali tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qafas tat-tagħrif stipulat fid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha. |
(6) |
Ir-Rapport ta’ Sommarju tal-Komunità dwar ix-Xejriet u s-Sorsi ta’ Żoonosi, Aġenti Żoonotiċi, u Tifqigħat fl-Ikel fl-Unjoni Ewropea fl-2008 (4) wera li s-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium huma s-serovari li l-aktar jiġu assoċjati mal-mard fil-bniedem. Fl-2008 kien hemm tnaqqis importanti fil-każijiet ta’ infezzjonijiet fil-bniedem ikkawżati mis-S. Enteritidis, filwaqt li ġiet osservata żieda fil-każijiet tas-S. Typhimurium. B’rispett tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, l-EFSA ġiet ikkonsultata dwar l-istabbiliment ta’ mira permanenti tal-Unjoni għal qatgħat tal-ispeċi Gallus gallus intiżi għall-bajd. |
(7) |
Fl-10 ta’ Marzu 2010, il-Bord dwar il-Perikli Bijoloġiċi tal-EFSA, fuq talba mill-Kummissjoni, adotta Opinjoni Xjentifika dwar stima kwantitattiva tal-impatt li l-istabbiliment ta’ mira ġdida għat-tnaqqis tas-Salmonella fit-tiġieġ intiżi għall-bajd iħalli fuq is-saħħa pubblika (5). L-Opinjoni tikkonkludi li s-Salmonella Enteritidis hija s-serotip żoonitiku tas-Salmonella li l-aktar li jirnexxilu jiġi trażmess vertikalment fit-tiġieġ. Tikkonkludi wkoll li l-miżuri tal-kontroll tal-Unjoni għal dan it-tiġieġ intiż għall-bajd kellhom sew fil-kontroll tal-infezzjonijiet tas-Salmonella fil-ħażna tal-produzzjoni kif ukoll fit-tnaqqis tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem mit-tajr. |
(8) |
Il-varjetajiet monofażiċi tas-Salmonella Typhimurium fi żmien qasir saru wieħed mis-serotipi ta’ Salmonella l-aktar komuni misjuba f’bosta speċi ta’ annimali u f’iżolati kliniċi ta’ bnedmin. Skont l-Opinjoni Xjentifika dwar il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika tal-“varjetajiet tat-tip Salmonella Typhimurium” (6) adottata mill-Bord dwar il-Perikli Bijoloġiċi tal-EFSA tat-22 ta’ Settembru 2010, il-varjetajiet monofażiċi tas-Salmonella Typhimurium bil-formula antiġenika 1,4,[5],12:i:- jitqiesu bħala varjanti tas-Salmonella Typhimurium u joħolqu riskju għas-saħħa pubblika komparabbli għal dak ta’ varjetajiet oħra tas-Salmonella Typhimurium. |
(9) |
Għaldaqstant, għall-finijiet ta’ ċarezza fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa f’loku li jiġu emendati r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 tal-10 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis fil-prevalenza tas-serotipi ta’ Salmonella f’qatgħat ta’ adulti tal-ispeċi Gallus gallus (7) għat-tgħammir sabiex jistipulaw li s-Salmonella Typhimurium tinkudi varjetajiet monofażiċi bil-formula antiġenika 1,4,[5],12:i:-. |
(10) |
Meta titqies l-Opinjoni Xjentifika tat-22 ta’ Settembru 2010 u meta jitqies ukoll li hemm bżonn ta’ aktar żmien sabiex tiġi vvalutata t-tendenza tas-Salmonella fil-qatgħat wara l-introduzzjoni ta’ programmi nazzjonali ta’ kontroll, jinħass f’loku li tiġi stipulata mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella fil-qatgħat ta’ adulti tal-ispeċi Gallus gallus intiżi għall-bajd bħal dik stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1168/2006. |
(11) |
Sabiex jiġi aċċertat li jkun hemm progress fl-ilħuq tal-mira tal-Unjoni jeħtieġ li jiġi stipulat teħid ta’ kampjuni ripetut ta’ qatgħat ta’ tiġieġ adulti tal-ispeċi Gallus gallus intiżi għall-bajd. |
(12) |
L-emendi tekniċi introdotti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament japplikaw direttament u jiġu armonizzati fl-Istati Membri, u għalhekk l-adattamenti possibbli tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll konformi ma’ dan ir-Regolament ma hemmx għalfejn jerġgħu jiġu approvati mill-Kummissjoni. |
(13) |
Skont id-deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, tressqu għal kofinanzjament mill-Unjoni programmi nazzjonali ta’ kontroll biex tinkiseb il-mira tal-Unjoni għall-2011 għall-qatgħat ta’ tiġieġ adulti tal-ispeċi Gallus gallus intiżi għall-bajd (8). Dawn il-programmi ssejsu fuq ir-Regolament (KE) Nru 1168/2006 u ġew approvati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/712/UE tat-23 ta’ Novembru 2010 li tapprova programmi annwali u pluriennali u l-kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2011 u s-snin ta’ wara (9). |
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1168/2006 għandu jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet tekniċi fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1168/2006 jiksbu l-istess riżultati bħall-Anness ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw dan immedjatament, mingħajr il-bżonn ta’ perjodu tranżizzjonali. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-mira
1. Il-mira tal-Unjoni li tissemma fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 għat-tnaqqis fil-prevalenza tas-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium fit-tiġieġ adulti intiżi għall-bajd tat-tip Gallus gallus (‘il-Mira tal-Unjoni’) għandha tkun kif ġej:
(a) |
perċentwal annwali minimu ta’ tnaqqis fil-qatgħat ta’ tiġieġ adulti intiżi għall-bajd u pożittivi għall-infezzjoni ekwivalenti għal tal-inqas:
jew, |
(b) |
tnaqqis fil-perċentwal massimu ekwivalenti għal 2 % jew inqas minn dan ta’ qatgħat ta’ tiġieġ adulti intiżi għall-bajd pożittivi; madankollu, għall-Istati Membri b’inqas minn 50 qatgħa ta’ tiġieġ adulti intiżi għall-bajd, ma tistax tirriżulta pożittiva iktar minn qatgħa waħda ta’ adulti. |
Il-mira tal-Unjoni għandha tinkiseb kull sena abbażi tal-monitoraġġ ta’ dak li ġara s-sena preċedenti. Fir-rigward tal-mira li trid tinkiseb fl-2011, għandhom jintużaw bħala referenza r-riżultati tas-sena 2010 abbażi tal-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1168/2006.
Rigward is-Salmonella Typhimurium monofażika, fil-mira tal-Unjoni għandhom jiġu inklużi s-serotipi bil-formula antiġenika 1,4,[5],12:i:-.
2. L-iskema ta’ ttestjar meħtieġa biex tivverifika l-progress fil-kisba tal-mira tal-Unjoni hi stipulata fl-Anness (“l-iskema ta’ ttestjar”).
Artikolu 2
Ir-reviżjoni tal-mira tal-Unjoni
Il-mira tal-Unjoni għandha tiġi riveduta mill-Kummissjoni billi tikkunsidra l-informazjoni miġbura skont l-iskema ta’ ttestjar u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(6)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2160/2003
Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, fil-Parti C, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
‘6. |
Ir-referenzi kollha għas-‘Salmonella Typhimurium’ f’din is-sezzjoni jridu jinkludu wkoll is-Salmonella Typhimurium monofażika bil-formula antiġenika 1,4,[5],12:i:-’. |
Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 200/2010
Fl-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
‘1. Mill-1 ta’ Jannar 2010, il-mira tal-Unjoni, kif jissemma fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, għat-tnaqqis tas-Salmonella spp. fil-qatgħat tal-ispeċi Gallus gallus intiżi għat-tgħammir (il-mira tal-Unjoni) għandha tkun tnaqqis għal 1 % jew inqas tal-perċentwal massimu tal-qatgħat adulti intiżi għat-tgħammir tal-ispeċi Gallus gallus li jirriżultaw pożittivi għas-Salmonella Enteritidis, is-Salmonella Infantis, is-Salmonella Hadar, is-Salmonella Typhimurium, inkluża s-Salmonella Typhimurium bil-formula antiġenika 1,4,[5],12:i:-, u s-Salmonella Virchow (is-serotipi rilevanti tas-Salmonella).’
Artikolu 5
Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1168/2006
Ir-Regolament (KE) Nru 1168/2006 għandu jitħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1168/2006 għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.
(3) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.
(4) The EFSA Journal 2010 8(1):) 1496.
(5) The EFSA Journal (2010), 8(4):1546.
(6) The EFSA Journal 2010;8(10):1826.
(8) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(9) ĠU L 309, 25.11.2010, p. 18.
ANNESS
L-iskema ta’ ttestjar neċessarja għall-verifika tal-ilħuq tal-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium f’tiġieġ adulti tal-ispeċi Gallus gallus intiżi għall-bajd, kif jissemma fl-Artikolu 1(2)
1. QAFAS GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI
Il-qafas għat-teħid tal-kampjuni għandu jkopri l-qatgħat kollha tat-tiġieġ adulti tal-ispeċi Gallus gallus intiżi għall-bajd (“il-qatgħat għall-bajd”) fil-qafas tal-programmi ta’ kontroll nazzjonali stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.
2. MONITORAĠĠ FIL-QATGĦAT GĦALL-BAJD
2.1. Il-frekwenza u l-istatus tat-teħid tal-kampjuni
Il-qatgħat għall-bajd għandu jitteħdilhom kampjun fuq l-inizjattiva tal-operatur kummerċjali tal-ikel u mill-awtorità kompetenti.
It-teħid ta’ kampjuni fuq l-inizjattiva tal-operatur kummerċjali tal-ikel għandu jsir tal-inqas kull ħmistax-il ġimgħa. L-ewwel teħid ta’ kampjuni għandu jsir meta l-qatgħa jkollha 24 +/– 2 ġimgħat.
It-teħid ta’ kampjuni mill-awtoritajiet kompetenti għandu jsir tal-inqas:
(a) |
f’qatgħa waħda fis-sena minn kull azjenda li tiġbor fiha tal-inqas 1 000 tajra; |
(b) |
fl-età ta’ 24 +/– 2 ġimgħat fil-qatgħat għall-bajd miżmuma f’bini fejn tkun instabet is-Salmonella rilevanti fil-qatgħa preċedenti; |
(c) |
f’kull każ fejn jirriżulta suspett ta’ infezzjoni tas-Salmonella waqt li jkunu qegħdin jiġu investigati tifqigħat fl-ikel skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/99/KE jew fil-każijiet fejn l-awtorità kompetenti tqis li hu f’loku, permezz tal-protokoll tat-teħid tal-kampjuni stabbilit fil-punt 4(b) tal-Parti D tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003; |
(d) |
fil-qatgħat l-oħra kollha intiżi għall-bajd u li jkunu fl-azjenda fil-każ li tinstab is-Salmonella Enteritidis jew is-Salmonella Typhimurium f’waħda mill-qatgħat fl-azjenda; |
(e) |
f’każijiet fejn l-awtorità kompetenti tqis li dan hu f’loku. |
It-teħid ta’ kampjuni mill-awtorità kompetenti jista’ jieħu post teħid wieħed ta’ kampjuni fuq l-inizjattiva tal-operatur kummerċjali tal-ikel.
2.2. Il-protokoll tat-teħid tal-kampjuni
Sabiex tiġi massimizzata s-sensittività tat-teħid tal-kampjuni, u biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-protokoll tat-teħid tal-kampjuni, l-awtorità kompetenti jew l-operatur kummerċjali tal-ikel għandhom jiżguraw li l-kampjuni jittieħdu minn nies imħarrġa.
2.2.1. It-teħid tal-kampjuni mill-operatur kummerċjali tal-ikel
(a) |
F’qatgħat li jinżammu fil-gaġeġ, irid jittieħed 2 × 150 gramma ta’ ħmieġ magħqud b’mod naturali miċ-ċineg jew mill-barraxiet fil-barrakka wara li titħaddem is-sistema tat-tneħħija tad-demel; madankollu, fil-każ ta’ barrakki li għandhom gaġeġ b’turġien mingħajr barraxiet jew ċineg, irid jittieħed 2 × 150 gramma ta’ ħmieġ frisk imħallat u miġbur minn 60 post differenti fejn jaqa’ l-ħmieġ, taħt il-gaġeġ. |
(b) |
Fil-każ ta’ bini magħluq jew fil-beraħ, għandhom jinġabru żewġ pari kampjuni mill-bwiez jew mill-kalzetti. L-imselħiet tal-kampjuni mill-bwiez għandhom ikunu jassorbixxu biżżejjed biex jixorbu l-umdità. Il-wiċċ tal-imselħa tal-kampjun mill-bwiez trid tkun niedja bid-dilwenti apposta. Il-kampjuni għandhom jittieħdu billi wieħed jgħaddi mill-bini u juża rotta li tipproduċi kampjuni rappreżentattivi tal-partijiet kollha tal-bini jew tas-settur rispettiv. Dan għandu jinkludi ż-żoni maħmuġa jew miksija bil-paletti ladarba l-paletti jkunu sikuri biex wieħed jimxi fuqhom. Fit-teħid tal-kampjuni għandhom ikunu inklużi l-gallinari separati kollha li jkun hemm fil-bini. Meta jitlesta t-teħid ta’ kampjuni fis-settur magħżul, l-imselħiet tal-kampjun mill-bwiez għandhom jitneħħew bil-galbu sabiex ma jinqala’ l-ebda materjal imwaħħal. |
2.2.2. Teħid ta’ kampjuni mill-awtorità kompetenti
Apparti mill-kampjuni li jissemmew fil-punt 2.2.1, għandu jinġabar tal-inqas kampjun wieħed skont il-protokoll tat-teħid tal-kampjuni.. Għandhom jittieħdu wkoll iktar kampjuni sabiex jassiguraw teħid ta’ kampjuni rappreżentattiv, jekk it-tqassim u d-daqs tal-qatgħa jkun jirrikjedi dan.
Fil-każ ta’ teħid ta’ kampjuni kif jissemma fil-punt 2.1. (b), (c), (d) and (e), għall-awtorità kompetenti għandu jkun biżżejjed li tagħmel aktar kontrolli, primarjament permezz ta’ testijiet fil-laboratorju u/jew kontrolli tad-dokumenti skont il-każ biex ikun żgurat li r-riżultati tat-testijiet għas-Salmonella fit-tjur ma jkunux affettwati mill-użu ta’ antimikrobiċi fil-qatgħat.
Fejn ma tinstabx il-preżenza tas-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium iżda jinstabu antimikrobiċi jew effetti inibitorji tal-formazzjoni tal-batterji, fil-kuntest tal-mira tal-Unjoni l-qatgħa għall-bajd għandha titqies bħala infettata.
L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tippermetti li kampjun wieħed mill-feċi jew inkella l-ġbir b’imselħa ta’ par wieħed ta’ kampjun mill-bwiez jiġu sostitwiti minn kampjun ta’ 100 g trab, miġbur mill-uċuħ fejn it-trab jidher viżibbilment, minn postijiet differenti fil-bini. Bħala alternattiva, biex jinġabar it-trab minn uċuħ differenti madwar il-bini, minflok tista’ tintuża mselħa niedja waħda, inkella aktar, minn wiċċ li b’kollox ikollu tal-inqas 900 ċm2, u dan filwaqt li jkun żgurat li kull imselħa tinkesa sew bit-trab minn kull naħa.
L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li żżid l-għadd minimu ta’ kampjuni sabiex tiżgura teħid ta’ kampjuni rappreżentattiv fuq evalwazzjoni li sar każ b’każ tal-parametri epidemjoloġiċi, jiġifieri l-kundizzjonijiet ta’ bijosigurtà, it-tqassim jew id-daqs tal-qatgħa jew kundizzjonijiet rilevanti oħrajn.
3. ANALIŻI TAL-KAMPJUNI
3.1. It-trasport u t-tħejjija tal-kampjuni
Il-kampjuni għandhom preferibbilment jintbagħtu bis-servizz espress tal-posta jew kurjer lill-laboratorji msemmija fl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, fi żmien 24 siegħa wara li jinġabru. Jekk ma jintbagħtux fi żmien 24 siegħa jkunu jridu jinħażnu fil-kesħa. Il-kampjuni jistgħu jiġu trasportati f’temperatura ambjentali kemm-il darba tiġi evitata s-sħana eċċessiva (jiġifieri aktar minn 25 °C) u l-esponiment għad-dawl tax-xemx. Fil-laboratorju, sakemm jiġu analizzati l-kampjuni għandhom jinżammu fil-kesħa u l-analiżi tagħhom għandha tibda fi żmien 48 siegħa minn meta jaslu u fi żmien 4 ijiem minn meta jittieħdu.
Fil-każ ta’ kampjuni mill-awtorità kompetenti jrid ikun hemm preparazzjonijiet differenti tal-imselħiet b’kampjun mill-bwiez u b’kampjun mit-trab jew mit-trab tad-drapp, iżda fil-każ ta’ kampjuni mill-operaturi kummerċjali tal-ikel it-tipi differenti ta’ kampjuni jistgħu jinġabru f’test wieħed.
3.1.1. Il-kampjuni mill-bwiez u mid-drapp
(a) |
Iż-żewġ pari tal-kampjuni miġburin mill-bwiez (jew “kalzetti”) jew mit-trab għandhom jinħarġu mill-ippakkjar bil-galbu sabiex jiġi evitat li jinqala’ materjal tal-feċi, jinġabru flimkien u jitpoġġew f’225 ml ta’ Buffered Peptone Water (BPW) imsaħħan minn qabel għal temperatura ambjentali, inkella l-225 ml ta’ dilwent irid jiżdied direttament mal-żewġ pari tal-kampjuni miġburin mill-bwiez fil-kontenitur kif ikun wasal fil-laboratorju. L-imselħa b’kampjun mill-bwiez/kalzetti u mid-drapp għandhom jiġu mgħarrqa kompletament fil-BPW biex jipprovdu biżżejjed likwidu ħieles madwar il-kampjun għall-migrazzjoni tas-Salmonella mill-kampjun, u għalhekk jista’ jiżdied aktar BPW jekk ikun meħtieġ. |
(b) |
Il-kampjun għandu jitħawwad sakemm jiġi ssaturat kompletament u l-kultura għandha titkompla bl-użu tal-metodu ta’ identifikazzjoni stabbilit fil-punt 3.2. |
3.1.2. Materjal ieħor mill-feċi u t-trab
(a) |
Il-kampjuni tal-feċi għandhom jinġabru flimkien, jitħawdu sew, u minnhom jittieħed sottokampjun ta’ 25 gramma għall-kultura. |
(b) |
Is-sottokampjun ta’ 25 gramma (jew 50 ml ta’ sospensjoni li tinkludi 25 gramma mill-kampjun inizjali) għandu jiżdied mal-225 ml ta’ BPW imsaħħan minn qabel għal temperatura ambjentali; |
(c) |
Il-kultura tal-kampjun għandha titkompla billi jintuża l-metodu ta’ identifikazzjoni stabbilit fil-punt 3.2. |
Jekk jintlaħaq qbil dwar l-istandards tal-ISO dwar il-preparazzjoni tal-kampjuni rilevanti għall-identifikazzjoni tas-Salmonella, dawn għandhom jiġu applikati u għandhom jieħdu post dawk imsemmija fil-punt 3.1.1 u 3.1.2.
3.2. Metodu ta’ identifikazzjoni
L-identifikazzjoni tas-Salmonella għandha titwettaq skont l-Emenda 1 tal-EN/ISO 6579-2002/Amd1:2007. “Mikrobijoloġija tal-ikel u tal-għalf tal-annimali - Metodu orizzontali għall-individwazzjoni tas-Salmonella spp. – Emenda 1: Anness D: L-identifikazzjoni tas-Salmonella spp. fil-feċi tal-annimali u fil-kampjuni ambjentali mill-istadju primarju ta’ produzzjoni” tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandardizzazzjoni.
Wara l-inkubazzjoni l-kampjuni fil-BPW ma jridu jiġu mċaqalqa jew imħawda bl-ebda mod.
3.3. Is-serotipar
Għandu jkun serotipizzat tal-inqas iżolat wieħed minn kull kampjun pożittiv meħud mill-awtorità kompetenti, u dan skont l-iskema Kaufmann-White. Fil-każ tal-iżolati meħuda mill-operaturi kummerċjali tal-ikel, tal-inqas irid isir is-serotipar għas-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium.
3.4. Metodi alternattivi
Fir-rigward tal-kampjuni meħuda fuq inizjattiva tal-operatur tan-negozju tal-ikel, jistgħu jintużaw metodi alternattivi minflok il-metodi għall-preparazzjoni tal-kampjuni, il-metodi ta’ identifikazzjoni u s-serotipar previsti fil-punt 3.1, 3.2 u 3.3 ta’ dan l-Anness, jekk ivvalidati skont l-aktar verżjoni riċenti tal-EN/ISO 16140.
3.5. L-ittestjar għar-reżistenza antimikrobika
L-iżolati jridu jiġu ttestjati għar-reżistenza antimikrobika skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/407/KE (1).
3.6. Ħżin ta’ varjanti
L-awtorità kompetenti għandha tassigura li mill-inqas varjant iżolat wieħed tas-serotipi rilevanti tas-Salmonella mill-kampjuni bħala parti mill-kontrolli uffiċjali ta’ kull binja u ta’ kull sena jinħażen għall-phagetyping jew l-ittestjar għas-suxxettibilità antimikrobika futura, u dan bl-użu ta’ metodi normali għal ġbir tal-kultura, hekk li tkun żgurata l-integrità tal-varjanti għal perjodu minimu ta’ sentejn.
Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk, għal dawn l-għanijiet għandhom jinħażnu wkoll iżolati minn teħid ta’ kampjuni minn operaturi tan-negozju tal-ikel.
4. RIŻULTATI U RAPPURTAR
4.1. Qatgħa għall-bajd għandha titqies pożittiva fil-kuntest li jiġi żgurat l-ilħuq tal-mira tal-Unjoni fejn:
(a) |
f’wieħed jew aktar kampjuni meħuda mill-qatgħa tkun ġiet identifikata l-preżenza tas-serotipi rilevanti tas-Salmonella (għajr għall-varjanti tal-vaċċin), anki jekk is-serotip rilevanti tas-Salmonella ikun identifikat biss fil-kampjun tat-trab jew fl-imselħa bit-trab, jew |
(b) |
fil-qatgħa jkunu nstabu l-antimikrobiċi jew il-formazzjoni tal-batterji. |
Din ir-regola ma għandhiex tapplika fil-każijiet eċċezzjonali deskritti fl-Anness II D, il-punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, fejn ir-riżultat pożittiv inizjali tas-Salmonella ma jkunx ġie kkonfermat skont il-protokoll ta’ teħid ta’ kampjuni rispettiv.
4.2. Qatgħa għall-bajd pożittiva għandha titqies biss darba, irrispettivament minn
(a) |
kemm-il darba s-serotip ta’ Salmonella rilevanti jkun ġie identifikat f’din il-qatgħa waqt il-perjodu tal-produzzjoni: jew |
(b) |
jekk it-teħid tal-kampjuni sarx fuq l-inizjattiva tal-operatur kummerċjali tal-ikel jew mill-awtorità kompetenti. |
Madankollu, jekk it-teħid ta’ kampjuni matul il-perjodu ta’ produzzjoni jkun mifrux matul sentejn kalendarji, ir-riżultat għandu jiġi rrapurtat sena b’sena.
4.3. Ir-rappurtar għandu jinkludi:
(a) |
l-għadd totali tal-qatgħat ta’ adulti intiżi għall-bajd li jkunu ġew ittestjati mill-inqas darba matul is-sena ta’ rappurtar; |
(b) |
ir-riżultati tal-ittestjar jinkludu:
|
(c) |
spjega tar-riżultati, b’mod partikolari dwar il-każijiet eċċezzjonali jew dwar kull bidla sostanzjali fl-għadd ta’ qatgħat ittestjati u/jew misjuba pożittivi. |
Ir-riżultati u kull informazzjoni rilevanti addizzjonali għandhom jiġu rrappurtati bħala parti mir-rapport dwar it-tendenzi u s-sorsi previst fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE.