26.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 516/2011

tal-25 ta’ Mejju 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 fir-rigward tal-użu tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 f’għalf li fih aċidu formiku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jagħti l-possibilità ta’ modifika fl-awtorizzazzjoni ta’ addittiv fuq applikazzjoni mid-detentur tal-awtorizzazzjoni u fuq opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(2)

It-tħejjija ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750, li jagħmlu parti mill-grupp ta’ “mikroorganiżmi”, kienet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien, skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2) bħala addittiv għall-għalf għall-użu fuq il-ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (3), għall-użu fuq id-dundjani għat-tismin u l-għoġġiela sa tliet xhur bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 (4), u għall-użu fuq il-ħnieżer għat-tismin u l-qżieqeż permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (5).

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni li titlob modifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus licheniformis DSM 5749 u tal-Bacillus subtilis DSM 5750 biex tippermetti l-użu tagħhom fl-għalf għad-dundjani għat-tismin li fih aċidu formiku. Din l-applikazzjoni ntbagħtet flimkien mad-dejta ta’ appoġġ relevanti. Il-Kummissjoni għaddiet l-applikazzjoni lill-Awtorità.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Diċembru 2010, l-Awtorità kkonkludiet li ġiet stabbilita l-kompatibilità tat-tħejjija tal-Bacillus licheniformis DSM 5749 u tal-Bacillus subtilis DSM 5750, kif stipulata fl-Anness, mal-aċidu formiku għall-użu fuq id-dundjani għat-tismin (6).

(5)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ntlaħqu.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 600/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 600/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5.

(5)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24.

(6)  EFSA Journal 2011;9(1):1953.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 600/2005 id-daħla bin-numru E 1700 li tikkonċerna l-addittiv Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 hi mibdula b’dan li ġej:

Nru tal-KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

“E 1700

Bacillus licheniformis

DSM 5749

Bacillus subtilis

DSM 5750

(fi proporzjon ta’ 1/1)

Taħlita ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 li fiha minimu ta’ 3,2 × 109 CFU/g addittiv (1,6 × 109 ta’ kull batterju)

Dundjani għat-tismin

1,28 × 109

1,28 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u pretaħlitiet, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabilità għall-pelleting.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih wieħed mill-koċċidijostati li ġejjin: diklażuril, alofuġinon, sodju tal-monesin, robenidin, ammonju tal-maduramiċina, sodju tal-lasaloċid u aċidu formiku preservattiv.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Għoġġiela

tliet xhur

1,28 × 109

1,28 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u pretaħlitiet, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabilità għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien”