24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/2 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 501/2011
tal-24 ta’ Frar 2011
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta’ Lulju 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 894/2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”). Ma’ dan il-Ftehim, ġie mehmuż Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim (2) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll preċedenti”. Dan il-Protokoll preċedenti skada fil-31 ta’ Mejju 2010. |
(2) |
Fil-15 ta’ Lulju 2010, ġie inizjalat Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll”). Dan il-Protokoll jipprovdi lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fuqhom ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sajd. |
(3) |
Fl-24 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/296/UE (3) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll. |
(4) |
Il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi definit għall-perjodu kollu tal-Protokoll. |
(5) |
Konformement mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (4), jekk jidher li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Komunità skont il-Protokoll ma ġewx użati total ment, il-Kummissjoni għandha tinforma b’dan lill-Istati Membri kkonċernati. In-nuqqas ta’ tweġiba sal-iskadenzi, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill, għandu jiġi kkunsidrat bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd tagħhom fil-perijodu stabbilit. Dawn l-iskadenzi għandhom jiġu stabbiliti. |
(6) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-opportunitajiet tas-sajd stipulati fil-Protokoll mehmuż mad-Deċiżjoni 2011/296/UE dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu, għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:
(a) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun:
|
(b) |
bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:
|
Mingħajr preġudizzju għall-Ftehim u l-Protokoll, għandu japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008. Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmijin fl-ewwel subparagrafu ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stipulati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tqis l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008. L-iskadenzi previsti fl-Artikolu 10(1) ta’ dan Regolament huma stabbiliti għal għaxart ijiem ta’ xogħol.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
PINTÉR S.
(1) ĠU L 205, 7.8.2007, p. 35.
(2) ĠU L 205, 7.8.2007, p. 40.
(3) Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.