21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 497/2011

tat-18 ta’ Mejju 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni sal-iskadenza stabbilita mill-President,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Likwidu bit-togħma miżjuda qisu ġulepp bil-kompożizzjoni li ġejja (perċentwal skont il-piż):

Ilma

65,13

Zokkor tal-kannamieli

28,47

Meraq tal-lajm

3,18

Aċidu ċitriku

1,49

Meraq tal-lumi

1,18

Ħwawar

0,46

Koloranti

0,0003

Eċċipjenti

 

Wara li tkun miżjuda bl-ilma jew bl-alkoħol il-preparazzjoni tkun lesta biex tinxtorob bħala koktejl.

2106 90 59

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 59 .

Minħabba li l-prodott ma jistax jinxtorob waħdu, irid jiġi eskluż li jitniżżel bħala xarba fil-Kapitlu 22.

Minħabba l-kompożizzjoni tiegħu, il-prodott li fih ħwawar u materjal li jagħti l-kulur, għandu jiġi kklassifikat bħala ġulepp taz-zokkor tat-togħma tal-kodiċi NM 2106 90 59 .

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-HS għall-intestatura 2106 , punt (12).

2.

Likwidu bit-togħma miżjuda qisu ġulepp bil-kompożizzjoni li ġejja (perċentwal skont il-piż):

Ilma

51,27

Zokkor tal-kannamieli

28,40

Meraq tal-lampun

10,60

Purè tal-lampun

8,20

Ħwawar

0,18

Koloranti

0,02

Eċċipjenti

 

Wara li tkun miżjuda bl-ilma jew bl-alkoħol il-preparazzjoni tkun lesta biex tinxtorob bħala koktejl.

2106 90 98

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 98 .

Minħabba li l-prodott ma jistax jinxtorob waħdu, irid jiġi eskluż li jitniżżel bħala xarba fil-Kapitlu 22.

Minħabba l-kompożizzjoni tiegħu, il-prodott li fih kwantitajiet ogħla ta’ meraq tal-frott u purè tal-frott, hu iktar kumpless mill-ġulepp taz-zokkor tat-togħma taħt il-kodiċi NM 2106 90 59 .

Il-prodott għandu għaldaqstant jiġi kklassifikat bħala preparazzjoni għall-manufattura ta’ xorb taħt il-kodiċi NM 2106 90 98 . Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-HS għall-intestatura 2106 , punt (12).