20.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 490/2011

tad-19 ta’ Mejju 2011

li ma jiffissax prezz minimu tal-bejgħ b'risposta għall-wieħed u għoxrin stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom għall-wieħed u għoxrin stedina individwali għall-offerti, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-wieħed u għoxrin stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fis-17 ta’ Mejju 2011, mhux se jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ għat-trab tal-ħalib xkumat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Mejju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 19.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.