|
19.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 480/2011
tat-18 ta’ Mejju 2011
li jemenda għall-148 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Mejju 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna naturali waħda fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u fl-20 ta’ April u fl-4 ta’ Mejju 2011 emenda erba’ annotazzjonijiet fil-lista. |
|
(3) |
Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Estera
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni fiżika”: Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah). Indirizz: Miram Shah, il-Pakistan. Data tat-twelid : Bejn wieħed u ieħor l-1975-1979. Tagħrif ieħor: (a) kmandant operattiv tan-Netwerk Haqqasni u membri tat-Taliban shur f’Miram Shah, (b) għen fit-tmexxija ta’ attakki kontra objettivi fix-Xlokk tal-Afganistan, (c) iben Jalaluddin Haqqani, ħu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u Nasiruddin Haqqani, neputi ta’ Khalil Ahmed Haqqani. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 11.5.2011. |
|
2. |
L-annotazzjoni ‘Benevolence International Foundation (magħrufa wkoll bħala (a) Al-Bir Al-Dawalia, (b) BIF, (c) BIF-USA, (d) Mezhdunarodnyj Blagotvoritel'nyj Fond). Indirizz: Indirizzi u uffiċċji sa fejn magħrufa: (a) 8820, Mobile Avenue, 1A, Oak Lawn, Illinois, 60453, l-Istati Uniti tal-Amerika, (b) P.O. box 548, Worth, Illinois, 60482, l-Istati Uniti tal-Amerika, (c) (lokalità ta’ qabel) 9838, S. Roberts Road, Suite 1W, Palos Hills, Illinois, 60465, l-Istati Uniti tal-Amerika, (d) (lokalità ta’ qabel) 20-24, Branford Place, Suite 705, Newark, New Jersey, 07102, l-Istati Uniti tal-Amerika, (e) Bashir Safar Ugli 69, Baku, l-Azerbajġan, (f) 69, Boshir Safaroglu Street, Baku, l-Azerbajġan, (g) 3, King Street South, Waterloo, Ontario, N2J 3Z6 il-Kanada, (h) PO box 1508, Station B, Mississauga, Ontario, L4Y 4G2 il-Kanada, (i) 2465, Cawthra Road, No. 203, Mississauga, Ontario, L5A 3P2 il-Kanada, (j) 91, Paihonggou, Lanzhou, Gansu, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina 730000, (k) Hrvatov 30, 41000 Zagreb, il-Kroazja, (l) Burgemeester Kessensingel 40, Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi, (m) House 111, First Floor, Street 64, F-10/3, Islamabad, il-Pakistan, (n) PO box 1055, Peshawar, il-Pakistan, (o) Azovskaya 6, km. 3, off. 401, Moska, il-Federazzjni Russa 113149, (p) Ulitsa Oktyabr'skaya, dom. 89, Moska, il-Federazzjoni Russa 127521, (q) PO box 1937, Khartoum, is-Sudan, (r) PO box 7600, Jeddah 21472, ir-Renju tal-Arabja Sawdija, (s) PO box 10845, Riyadh 11442, ir-Renju tal-Arabja Sawdija, (t) Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina, (u) Zenica, il-Bosnja-Ħerżegovina, (v) Grozny, iċ-Ċeċnja l-Federazzjoni Russa, (w) Makhachkala, id-Dagestan, il-Federazzjoni Russa, (x) Duisi, il-Ġeorġja, (y) Tbilisi, il-Ġeorġja, (z) Nazran, l-Ingushetia, il-Federazzjoni Russa (aa) Dushanbe, it-Taġikistan, (bb) ir-Renju Unit, (cc) l-Afganistan, (dd) il-Bangladexx, (ee) l-Istrixxa ta’ Gaża, it-Territorju Palestinjan Okkupat, (ff) il-Bosnja-Ħerzegovina, (gg) il-Jemen. Tagħrif ieħor: (a) Numru ta' Identifikazzjoni ta' Min Iħaddem: 36-3823186 (l-Istati Uniti tal-Amerika), (b) Isem il-Fundazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi hu: Stichting Benevolence International Nederland (BIN).’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tinbidel b'dan li ġej: ‘Benevolence International Foundation (magħrufa wkoll bħala (a) Al-Bir Al-Dawalia, (b) BIF, (c) BIF-USA, (d) Mezhdunarodnyj Blagotvoritel'nyj Fond). Indirizz: (a) 8820, Mobile Avenue, 1A, Oak Lawn, Illinois, 60453, l-Istati Uniti tal-Amerika, (b) P.O. box 548, Worth, Illinois, 60482, l-Istati Uniti tal-Amerika, (c) (lokalità ta’ qabel) 9838, S. Roberts Road, Suite 1W, Palos Hills, Illinois, 60465, l-Istati Uniti tal-Amerika, (d) (lokalità ta’ qabel) 20-24, Branford Place, Suite 705, Newark, New Jersey, 07102, l-Istati Uniti tal-Amerika, (e) PO box 1937, Khartoum, is-Sudan, (f) il-Bangladexx, (g) l-Istrixxa ta’ Gaża, (h) il-Jemen. Tagħrif ieħor: (a) Numru ta' Identifikazzjoni ta' Min Iħaddem: 36-3823186 (l-Istati Uniti tal-Amerika), (b) Isem il-Fundazzjoni fl-Olanda hu: Stichting Benevolence International Nederland (BIN).’ |
|
3. |
L-annotazzjoni ‘Bosanska Idealna Futura (magaħrufa wkoll bħala (a) BIF-Bosnia, (b) Bosnian Ideal Future. Indirizz: (a) 16 Hakije Mazica, 72000 Zenica, il-Bosnja-Ħerzegovina; (b) Sehidska Street Breza, il-Bosnja-Ħerzegovina (c) 1 Kanal Street, 72000 Zenica, il-Bosnja-Ħerzegovina; (d) 35 Hamze Celenke, Ilidza, il-Bosnja-Ħerzegovina (e) 12 Salke LagumdzijeStreet, 71000 Sarajevo, il-Bosnja-Ħerzegovina Tagħrif ieħor: (a) Bosanska Idealna Futura ġiet reġistrata uffiċjalment fil-Bosnja-Ħerzegovina bħala assoċjazzjoni u organizzazzjoni umanitarja taħt numru ta’ reġistrazzjoni 59; (b) Kienet is-suċċessur ġuridiku tal-uffiċċji tal-Bosnja-Ħerzegovina ta’ Benevolence International Foundation li kienet taħdem bħala BECF Charitable Educational Center, Benevolence Educational Center; (c) Bosanska Idealna Futura ma kinitx għada teżisti f’Diċembru 2008. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 21.11.2002.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tinbidel bi: “Bosanska Idealna Futura (magħrufa wkoll bħala (a) BIF-Bosnia, (b) Bosnian Ideal Future. Tagħrif ieħor: (a) Bosanska Idealna Futura ġiet reġistrata uffiċjalment fil-Bosnja-Ħerzegovina bħala assoċjazzjoni u organizzazzjoni umanitarja taħt numru ta’ reġistrazzjoni 59; (b) Kienet is-suċċessur ġuridiku tal-uffiċċji tal-Bosnja-Ħerzegovina ta’ Benevolence International Foundation li kienet taħdem bħala BECF Charitable Educational Center, Benevolence Educational Center; (c) Bosanska Idealna Futura ma kinitx għada teżisti f’Diċembru 2008. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 21.11.2002.” |
|
4. |
L-annotazzjoni ‘Global Relief Foundation (GRF) (magħrufa wkoll bħala (a) Fondation Secours Mondial (FSM), (b) Secours mondial de France (SEMONDE), (c) Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l., (d) Fondation Secours Mondial v.z.w, (e) FSM, (f) Stichting Wereldhulp — België, v.z.w., (g) Fondation Secours Mondial — Kosova, h) Fondation Secours Mondial ‘World Relief’). Indirizz: (a) 9935 South 76th Avenue, Unit 1, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika; (b) PO Box 1406, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika (c) 49 rue du Lazaret, 67100 Strasbourg, Franza (d) Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju (e) Rue des Bataves 69, 1040 Etterbeek (Brussell), il-Belġju (f) PO Box 6, 1040 Etterbeek 2 (Brussell), il-Belġju (g) Rr. Skenderbeu 76, Lagjja Sefa, Gjakova, il-Kosovo; (h) Ylli Morina Road, Djakovica, il-Kosovo; (i) Rruga e Kavajes, Building No 3, Apartment No 61, PO Box 2892, Tirana, l-Albanija; (j) House 267 Street No 54, Sector F — 11/4, Islamabad, il-Pakistan Tagħrif ieħor: (a) Lokalitajiet barranin oħra: l-Afganistan, l-Azerbajġan, il-Bangladexx, iċ-Ċina, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Ġeorġja, l-Indja, l-Iraq, il-Ġordan, il-Libanu, ix-Xatt tal-Punent u Gaża, is-Sjerra Leone, is-Somalja u s-Sirja. (b) l-Istati Uniti Identifikazzjoni Federali ta' min Iħaddem: 36-3804626; (c) V.A.T. Nru tal-V.A.T.: BE 454419759; (d) L-indirizzi tal-Belġju huma dawk tal-Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l u Fondation Secours Mondial vzw. and Stichting Wereldhulp — België, v.z.w mill-1998. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 22.10.2002.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tinbidel bi: ‘Global Relief Foundation (GRF) (magħrufa wkoll bħala (a) Fondation Secours Mondial (FSM), (b) Secours mondial de France (SEMONDE), (c) Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l., (d) Fondation Secours Mondial v.z.w, (e) FSM, (f) Stichting Wereldhulp — België, v.z.w., (g) Fondation Secours Mondial — Kosova, h) Fondation Secours Mondial ‘World Relief’). Indirizz: (a) 9935 South 76th Avenue, Unit 1, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika; (b) PO Box 1406, Bridgeview, Illinois 60455, l-Istati Uniti tal-Amerika (c) 49 rue du Lazaret, 67100 Strasbourg, Franza (d) Vaatjesstraat 29, 2580 Putte, il-Belġju (e) Rue des Bataves 69, 1040 Etterbeek (Brussell), il-Belġju (f) PO Box 6, 1040 Etterbeek 2 (Brussell), il-Belġju (g) Rr. Skenderbeu 76, Lagjja Sefa, Gjakova, il-Kosovo; (h) Ylli Morina Road, Djakovica, il-Kosovo; (i) Rruga e Kavajes, Building No 3, Apartment No 61, PO Box 2892, Tirana, l-Albanija. Tagħrif ieħor: (a) Lokalitajiet barranin oħra: l-Afganistan, il-Bangladexx, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Ġeorġja, l-Indja, l-Iraq, ix-Xatt tal-Punent u Gaża, is-Somalja u s-Sirja; (b) l-Istati Uniti Identifikazzjoni Federali ta' min Iħaddem: 36-3804626; (c) V.A.T. Nru tal-V.A.T.: BE 454419759; (d) L-indirizzi tal-Belġju huma dawk tal-Fondation Secours Mondial — Belgique a.s.b.l u Fondation Secours Mondial vzw. and Stichting Wereldhulp — België, v.z.w mill-1998. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 22.10.2002.’ |
|
5. |
L-annotazzjoni ‘Usama Muhammed Awad Bin Laden (magħruf ukoll bħala (a) Usama Bin Muhammed Bin Awad, Osama Bin Laden, (b) Ben Laden Osama, (c) Ben Laden Ossama, (d) Ben Laden Usama, (e) Bin Laden Osama Mohamed Awdh, (f) Bin Laden Usamah Bin Muhammad, (g) Shaykh Usama Bin Ladin, (h) Usamah Bin Muhammad Bin Ladin, (i) Usama bin Laden, (j) Usama bin Ladin, (k) Osama bin Ladin, (l) Osama bin Muhammad bin Awad bin Ladin, (m) Usama bin Muhammad bin Awad bin Ladin, (n) Abu Abdallah Abd Al Hakim, (o) Al Qaqa). Titolu: (a) Shaykh, (b) Hajj. Data tat-twelid : (a) 30.7.1957 (b) 28.7.1957, (c) 10.3.1957, (d) 1.1.1957, (e) 1956, (f) 1957. Post tat-twelid : (a) Jeddah, l-Arabja Sawdija, (b) il-Jemen. Nazzjonalità: Ċittadinanza Sawdija rtirata, ċittadinanza Afgana mogħtija mir-reġim Taliban. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.1.2001.’ taħt l-intestatura 'Persuni fiżiċi' għandha tinbidel bi: ‘Usama Muhammed Awad Bin Laden (magħruf ukoll bħala (a) Usama Bin Muhammed Bin Awad, Osama Bin Laden, (b) Ben Laden Osama, (c) Ben Laden Ossama, (d) Ben Laden Usama, (e) Bin Laden Osama Mohamed Awdh, (f) Bin Laden Usamah Bin Muhammad, (g) Shaykh Usama Bin Ladin, (h) Usamah Bin Muhammad Bin Ladin, (i) Usama bin Laden, (j) Usama bin Ladin, (k) Osama bin Ladin, (l) Osama bin Muhammad bin Awad bin Ladin, (m) Usama bin Muhammad bin Awad bin Ladin, (n) Abu Abdallah Abd Al Hakim, (o) Al Qaqa). Titolu: (a) Shaykh, (b) Hajj. Data tat-twelid : (a) 30.7.1957 (b) 28.7.1957, (c) 10.3.1957, (d) 1.1.1957, (e) 1956, (f) 1957. Post tat-twelid : (a) Jeddah, l-Arabja Sawdija, (b) il-Jemen. Nazzjonalità: Ċittadinanza Sawdija rtirata, ċittadinanza Afgana mogħtija mir-reġim Taliban. Tagħrif ieħor: Ikkonfermat li miet fil-Pakistan f’Mejju 2011. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.1.2001.’ |