17.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 471/2011

tas-16 ta’ Mejju 2011

dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” ta’ kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2010/2011 fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 67(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-produtturi jista’ jkollhom kwota individwali waħda jew tnejn, waħda għall-kunsinni u l-oħra għall-bejgħ dirett u li l-kwantitajiet jistgħu jinbidlu minn kwota waħda għall-oħra mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biss, fuq talba ġġustifikata b’mod xieraq min-naħa tal-produttur.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2010 tal-21 ta’ Mejju 2010 dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” ta’ kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2009/2010 fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) jistipula d-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” għall-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 għall-Istati Membri kollha.

(3)

Skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (3), l-Istati Membri nnotifikaw il-kwantitajiet li tbiddlu definittivament fuq talba tal-produtturi bejn kwoti individwali għall-kunsinni u għall-bejgħ dirett.

(4)

Il-kwoti nazzjonali totali tal-Istati Membri kollha stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 (4), żdiedu b’1 % b’effett mill-1 ta’ April 2010, minbarra għall-Italja li għaliha l-kwota kienet diġà żdiedet għal 5 %, b’effett mill-1 ta’ April 2009. L-Istati Membri, minbarra l-Italja u Malta li ma għandha l-ebda parti mill-kwota nazzjonali tagħha għall-bejgħ dirett, innotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwota addizzjonali.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita d-diviżjoni, applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011, bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(6)

Minħabba li d-diviżjoni bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett tintuża bħala l-bażi ta’ referenza għall-kontrolli li jsiru skont l-Artikoli 19 sa 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 u minħabba li din tintuża biex jiġi stabbilit il-kwestjonarju annwali mniżżel fl-Anness I għal dak ir-Regolament, huwa xieraq li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għal dan ir-Regolament li tkun wara l-aħħar data li fiha jistgħu jsiru dawn il-kontrolli.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-diviżjoni applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011 bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 14.

(3)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22.

(4)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 1.


ANNESS

L-Istati Membri

Kunsinni

(tunnellati)

Bejgħ dirett

(tunnellati)

Il-Belġju

3 454 910,898

41 266,346

Il-Bulgarija

942 195,260

76 456,198

Ir-Repubblika Ċeka

2 833 254,842

15 567,839

Id-Danimarka

4 705 285,916

47,256

Il-Ġermanja

29 335 337,102

91 916,439

L-Estonja

664 758,821

7 788,376

L-Irlanda

5 612 152,970

2 150,264

Il-Greċja

852 538,418

1 207,000

Spanja

6 298 788,511

65 910,198

Franza

25 241 237,156

354 420,110

L-Italja

10 973 963,234

314 579,632

Ċipru

150 243,694

837,196

Il-Latvja

738 964,267

19 195,434

Il-Litwanja

1 696 613,534

77 274,855

Il-Lussemburgu

283 644,448

500,000

L-Ungerija

1 937 342,553

133 318,857

Malta

50 670,366

 

Il-Pajjiżi l-Baxxi

11 624 729,324

71 360,125

L-Awstrija

2 816 825,721

87 887,065

Il-Polonja

9 602 696,317

157 361,235

Il-Portugall (1)

2 019 643,728

7 826,444

Ir-Rumanija

1 495 324,220

1 685 490,394

Is-Slovenja

579 468,569

20 524,423

Is-Slovakkja

1 046 628,953

36 313,043

Il-Finlandja (2)

2 537 362,535

5 440,665

L-Isvezja

3 484 129,778

4 200,000

Ir-Renju Unit

15 289 460,053

139 724,783


(1)  Minbarra l-Madejra.

(2)  Il-kwota nazzjonali Finlandiża kif imsemmija fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammont totali tal-kwota nazzjonali Finlandiża kif indikata fl-Anness għal dan ir-Regolament huma differenti minħabba żieda fil-kwota ta’ 784 683 tunnellata biex tikkumpensal-produtturi tal-SLOM Finlandiżi fil-passat skont l-Artikolu 67(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.