|
30.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 420/2011
tad-29 ta’ April 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (2) jistabbilixxi l-livelli massimi għall-kontaminanti f’varjetà ta’ oġġetti tal-ikel. |
|
(2) |
B’kunsiderazzjoni għall-interpretazzjonijiet differenti fir-rigward tal-proporzjon ta’ granċijiet li għandhom jiġu analizzati biex jitqabblu mal-livell massimu għall-kadmju, għandu għalhekk jiġi ċċarat li l-livell massimu stabbilit għall-kadmju fil-krustaċej fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi (is-saqajn u l-imqass) u l-addome. Għall-granċijiet u krustaċej simili għall-granċijiet, il-livell massimu japplika għall-appendiċi biss. Din id-definizzjoni teskludi partijiet oħra tal-krustaċej, bħaċ-ċefalotoraċi tal-granċijiet u l-partijiet li ma jittiklux (il-qoxra, id-denb). Iċ-ċefalotoraċi jinkludi l-organi diġestivi (epatopankreas) li huma magħrufa għal-livelli għolja ta’ kadmju li jkollhom. Peress li f’ċerti Stati Membri jista’ jkun li l-konsumaturi jieklu partijiet miċ-ċefalotoraċi fuq bażi regolari, jista’ jkun adegwat li l-konsumaturi jingħataw twissija fil-livell tal-Istati Membri biex inaqqsu l-konsum ta’ dawn il-partijiet biex jitnaqqas l-esponiment għall-kadmju. Nota ta’ Informazzjoni dwar din il-kwistjoni hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Għal raġunijiet ta’ konsistenza, il-porzjon ta’ krustaċej li għalih japplikaw il-livelli massimi, għandu jiġi mmodifikat kif xieraq għal kontaminanti oħra (ċomb, merkurju, dijossini u PCBs (poliklorobifenili) u idrokarburi aromatiċi poliċikliċi). |
|
(4) |
Il-molluski bivalvi bħall-muskoli tal-qoxra ħadra u l-gajdri jistgħu jakkumulaw il-kadmju b’mod simili għall-alka tal-baħar. Peress li l-muskoli tal-qoxra ħadra mitħuna u l-gajdri mitħuna, bħall-alka tal-baħar imnixxfa, jinbiegħu bħala supplimenti tal-ikel, il-livell massimu għall-kadmju fil-molluski bivalvi mnixxfin għandu jkun l-istess bħal dak li attwalment huwa stabbilit għall-alka tal-baħar imnixxfa u l-prodotti li jsiru mill-alka tal-baħar. |
|
(5) |
Id-dispożizzjonijiet għall-brassica bil-weraq għandhom jiġu allinjati ma’ dawk għal ħxejjex oħrajn bil-weraq. Il-brassica bil-weraq għandha għalhekk tiġi eskluża mil-livell massimu b’difolt għall-kadmju fil-“ħxejjex u l-frott” fil-punt 3.2.15 u għandha tiġi inkluża fil-punt 3.2.17. |
|
(6) |
Il-livelli massimi b’difolt għaċ-ċomb u l-kadmju fil-frott u l-ħxejjex mhumiex realistiċi għall-alka tal-baħar, li naturalment jista’ jkollha livelli iktar għoljin. L-alka tal-baħar għalhekk għandha tiġi eżentata mil-livelli massimi b’difolt għaċ-ċomb u l-kadmju fil-frott u l-ħxejjex (punti 3.1.10 u 3.2.15). Iktar dejta dwar l-okkorrenza għandha tinġabar biex tittieħed deċiżjoni dwar il-bżonn għal livelli massimi speċifiċi u iktar realistiċi għaċ-ċomb u l-kadmju fl-alka tal-baħar. |
|
(7) |
Jeżistu ċerti inkonsistenzi fir-rigward tal-ismijiet tal-oġġetti tal-ikel/gruppi ta’ prodotti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 u tal-ismijiet tal-oġġetti tal-ikel/gruppi ta’ prodotti elenkati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KE (4). Peress li r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jirreferi għall-gruppi ta’ prodotti elenkati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 dawn l-ismijiet għandhom jiġu allinjati ma’ dak ir-Regolament. |
|
(8) |
Huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar jiġu aġġornati b’kunsiderazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet ta’ monitoraġġ reċenti dwar l-etilkarbamat (5), is-sustanzi perflworoalkilati (6) u l-akrilammid (7). Peress li d-Deċiżjoni tal-Kummssjoni 2006/504/KE (8) ġiet irrevokata u sostitwita mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 (9), ir-referenza għad-Deċiżjoni 2006/504/KE għandha tiġi sostitwita b’referenza għar-Regolament (KE) Nru 1152/2009. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat liema dejta għandha tiġi rrapurtata lill-Kummissjoni u liema lill-EFSA. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Anness għandu jiġi emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.
(3) http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/cadmium_en.htm
(6) ĠU L 68, 18.3.2010, p. 22.
ANNESS
L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-taqsima 3.1 dwar iċ-ċomb, il-punti 3.1.6, 3.1.9, 3.1.10 u 3.1.11 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
|
|||||||||||||||
|
(2) |
Fit-taqsima 3.2 dwar il-kadmju, il-punti 3.2.9, 3.2.15, 3.2.16, 3.2.17 u 3.2.20 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||||
|
(3) |
Fit-Taqsima 3.3 dwar il-merkurju, il-punt 3.3.1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
||||||
|
(4) |
Fit-Taqsima 5 dwar id-dijossini u l-PCBs, il-punt 5.3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
||||||||||
|
(5) |
Fit-taqsima 6 dwar l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, il-punti 6.1.3 u 6.1.5 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
|
|||||||||
|
(6) |
In-nota tat-tmiem (3) għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(7) |
In-nota tat-tmiem(16) għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(8) |
Għandhom jiżdiedu n-noti tat-tmiem (43) u (44):
|