28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 408/2011

tas-27 ta’ April 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 jistabbilixxi qafas ġdid għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar il-bejgħ u l-użu tal-pestiċidi.

(2)

Skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta statistika f'forma elettronika, b'mod konformi mal-format tekniku xieraq li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.

(3)

Biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità, se tiġi inkluża fil-fajl tat-trażmissjoni bandiera li tindika jekk l-informazzjoni mgħoddija dwar is-sustanza, il-klassi kimika, il-kategorja tal-prodott jew grupp maġġuri hijiex kunfidenzjali jew le.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta statistika dwar it-tqegħid fis-suq tal-pestiċidi kif imfisser fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 permezz tal-format tad-Dejta Statistika u l-Metadata eXchange (SDMX). Id-dejta għandha tintbagħat fil-punt uniku tad-dħul tad-dejta fil-Eurostat jew tittella' hemmhekk b'mezzi elettroniċi.

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta meħtieġa b'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat).

Artikolu 2

Il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta lejn il-Kummissjoni (Eurostat) huwa mfisser fl-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mindu jkun ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1.


ANNESS

Format għat-trażmissjoni ta’ dejta statistika dwar it-tqegħid fis-suq ta’ pestiċidi

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun inkluża fil-fajls tat-trażmissjoni:

Għadd

Qasam

Rimarki

1

Pajjiż

Kodiċi 3-alfa (eż. FRA)

2

Sena

eż. 2010

3

Grupp maġġuri

Kodiċi elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009, skont l-aħħar aġġornament

4

Kategoriji ta’ prodotti

 

5

Klassi kimika

 

6

Sustanza

 

7

Għall-oqsma nnumerati 3, 4, 5 u 6, il-kwantità mibjugħa

Gћandha tiġi espressa f’kilogrammi ta’ sustanzi.

8

Għall-oqsma nnumerati 3, 4, 5 u 6, il-bandiera dwar il-kunfidenzjalità

Iva/le