28.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 407/2011
tas-27 ta’ April 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kumissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (2), l-Unjoni aderixxiet għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (il-Ftehim tal-1958 Rivedut). |
(2) |
Bid-Deċiżjoni 97/836/KE, l-Unjoni qed taderixxi wkoll mar-Regolamenti tal-UNECE Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 58, 66, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 97, 98, 99, 100, u 102 |
(3) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2000, l-Unjoni aderixxiet mar-Regolament tal-UNECE Nru 110 dwar il-komponenti speċifiċi tal-vetturi motorizzati li jużaw il-gass naturali kkumpressat (CNG) fis-sistema tal-propulsjoni tagħhom u dwar il-vetturi fir-rigward tal-installazzjoni ta’ komponenti speċifiċi ta’ tip approvat għall-użu tal-gass naturali kkumpressat (CNG) fis-sistema tal-propulsjoni tagħhom. |
(4) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/710/KE (3), l-Unjoni qed taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 67 dwar l-approvazzjoni tat-tagħmir speċjali għall-vetturi motorizzati li jaħdmu bil-gass likwifikat tal-petroleum. |
(5) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2000, l-Unjoni qed taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 112 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jirrigwardaw l-approvazzjoni ta’ fanali ta’ quddiem ta’ vetturi motorizzati li jitfgħu raġġ għall-użu fit-traffiku (passing beam) asimetriku u/jew raġġ ta’ dawl qawwi (bright) jew it-tnejn, u mgħammra b'bozoz tal-filament u/jew moduli LED |
(6) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/395/KE (4), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 13H dwar l-approvazzjoni tal-komponenti tal-karozzi tal-passiġġieri fir-rigward tal-ibbrejkjar tagħhom. |
(7) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/505/KE (5), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 105 dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi maħsuba għall-ġarr ta’ merkanzija perikoluża fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi tal-binja tagħhom. |
(8) |
Bid-Deċiżjoni tad-29 ta’ April 2004, l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 116 dwar il-preskrizzjonijiet uniformi li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-vetturi motorizzati kontra l-użu mhux awtorizzat u mar-Regolament tal-UNECE Nru 118 dwar il-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-imġiba kombustiva tal-materjali użati fil-bini tal-interjur ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi motorizzati. |
(9) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2005, l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 121 dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-ippustjar u l-identifikar tal-kontrolli manwali, sinjalaturi u l-indikaturi u mar-Regolament tal-UNECE Nru 122 dwar preskrizzjonijiet tekniċi uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija M, N u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom. |
(10) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/614/KE (6), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 94 dwar dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni ta’ vetturi għal dak li hu l-ħarsien tal-okkupanti fil-każ ta’ ħabta minn quddiem u r-Regolament Nru 95 dwar disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni ta’ vetturi għal dak li hu l-ħarsien tal-okkupanti fil-każ ta’ ħabta mill-ġenb. |
(11) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/364/KE (7), l-Unjoni approvat ir-Regolament tal-UNECE Nru 123 fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ sistemi adattivi tad-dawl ta’ quddiem (AFS) għall-vetturi bil-magna. |
(12) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/444/KE (8), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 55 dwar l-approvazzjoni ta’ komponenti ta’ gganċjar mekkaniku ta’ vetturi differenti flimkien. |
(13) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/874/KE (9), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 107 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom. |
(14) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/159/KE (10), l-Unjoni approvat ir-Regolament tal-UNECE Nru 125 dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-kamp viżiv 'il quddiem tas-sewwieq tal-vettura motorizzata. |
(15) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/433/KE (11), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ vetturi kummerċjali fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħhom 'il quddiem mill-pannell posterjuri tal-kabina. |
(16) |
Skont id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva ta’ Qafas) (12), il-manifatturi tal-vetturi li jridu l-approvazzjoni għas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati tagħhom għandhom l-għażla li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ waħda mid-Direttivi relevanti jew ir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE. Il-biċċa l-kbira mir-rekwiżiti skont id-Direttivi dwar il-parts tal-vetturi huma meħuda mir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE. Hekk kif it-teknoloġija timxi 'l quddiem, ir-Regolamenti tal-UNECE qegħdin jiġu emendati l-ħin kollu u d-Direttivi relevanti għandhom jiġu aġġornati regolarment biex jinżammu konformi mal-kontenut tar-Regolamenti rispettivi tal-UNECE. Sabiex tiġi evitata din id-duplikazzjoni, il-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 irrakkomanda li bosta Direttivi jiġu sostitwiti mir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE. |
(17) |
Il-possibbiltà li jiġu applikati r-Regolamenti tal-UNECE għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-KE fuq bażi obbligatorja u li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi sostitwita minn dawk ir-Regolamenti tal-UNECE hija stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE. Skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009, l-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti tal-UNECE li japplikaw fuq bażi obbligatorja se titqies bħala approvazzjoni tat-tip tal-KE skont dak ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu. |
(18) |
Is-sostituzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bir-Regolamenti tal-UNECE tgħin biex ma jkunx hemm duplikazzjoni mhux biss tar-rekwiżiti tekniċi iżda wkoll tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u l-proċeduri amministrattivi. Barra minn hekk, l-approvazzjoni tat-tip li hija direttament ibbażata fuq standards maqbula internazzjonalment għandha ttejjeb l-aċċess għas-suq fil-pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'dawk li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958, u b'hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. |
(19) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jipprovdi għar-revoka ta’ bosta Direttivi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom, li, għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE skont dak ir-Regolament għandhom jiġu sostitwiti bir-Regolament korrispondenti tal-UNECE. |
(20) |
Għal din ir-raġuni, jixraq li r-Regolamenti tal-UNECE Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 13 H, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 55, 58, 61, 66, 67, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 94, 95, 97, 98, 99, 100, 102, 105, 107, 110, 112, 116, 118, 121, 122, 123 u 125 jiddaħħlu fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, li jelenka r-Regolamenti tal-UNECE li japplikaw fuq bażi obbligatorja. |
(21) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(22) |
Ir-Regolamenti tal-UNECE elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw skont id-dati tal-implimentazzjoni stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009. |
(23) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi Motorizzati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. Soġġetti għall-paragrafi 2, 3 u 4 u l-Artikolu 4, ir-Regolamenti tal-UNECE bis-serje ta’ emendi u supplimenti kif indikat fl-Anness għandhom japplikaw għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom mill-1 ta’ Novembru 2012.
2. B'effett mill-1 ta’ Novembru 2011, is-suppliment 9 (13) tar-Regolament tal-UNECE Nru 13 H għandu japplika għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategorija M1.
3. B'effett mill-1 ta’ Novembru 2011, ir-Regolament tal-UNECE Nru 13 H, is-suppliment 3 tas-serje 11 ta’ emendi (14) jew ir-Regolament tal-UNECE Nru 13 H, is-suppliment 9, għandhom japplikaw għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategorija N1.
4. B'effett mid-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, ir-Regolament tal-UNECE Nru 13, is-suppliment 3 tas-serje 11 ta’ emendi, għandu japplika għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tipi ġodda tal-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 fir-rigward tas-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabbiltà tal-vetturi.
Artikolu 3
1. Soġġetti għall-paragrafi 2, u 3 u l-Artikolu 4, ir-Regolamenti tal-UNECE bis-serje ta’ emendi u s-supplimenti kif indikat fl-Anness għandhom japplikaw għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda, u tal-karrijiet tagħhom u l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda intiżi għalihom mill-1 ta’ Novembru 2014.
2. B'effett mill-1 ta’ Novembru 2014, ir-Regolament tal-UNECE Nru 13 H, is-suppliment 3 tas-serje 11 ta’ emendi, jew ir-Regolament tal-UNECE Nru 13 H, is-suppliment 9, għandu japplika għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategorija N1.
3. B'effett mid-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, ir-Regolament tal-UNECE Nru 13, is-suppliment 3 tas-serje 11 ta’ emendi, għandu japplika għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 fir-rigward tas-sistemi tal-kontroll tal-istabbiltà elettronika.
Artikolu 4
1. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, ir-Regolament tal-UNECE Nru 100, is-serje 00 (15) ta’ emendi, għandu jiġi applikat għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vettura sħiħa skont id-Direttiva 2007/46/KE u tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tas-sikurezza elettrika mill-1 ta’ Mejju 2011.
2. B'effett mill-1 ta’ Jannar 2012, ir-Regolament tal-UNECE Nru 100, is-serje 00 ta’ emendi, għandu japplika għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda.
3. B'effett mill-4 ta’ Diċembru 2012, ir-Regolament tal-UNECE Nru 100, is-serje 01 (16) ta’ emendi, għandu jiġi applikat għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vettura sħiħa skont id-Direttiva 2007/46/KE u tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tas-sikurezza elettrika.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.
(2) ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.
(3) ĠU L 290, 17.11.2000, p. 29.
(4) ĠU L 139, 23.5.2001, p. 14.
(5) ĠU L 183, 6.7.2001, p. 33.
(6) ĠU L 217, 22.8.2005, p. 1.
(7) ĠU L 135, 23.5.2006, p. 12.
(8) ĠU L 181, 4.7.2006, p. 53.
(9) ĠU L 337, 5.12.2006, p. 45.
(10) ĠU L 69, 9.3.2007, p. 37.
(11) ĠU L 144, 9.6.2009, p. 24.
(12) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(13) ĠU L 230, 31.8.2010, p. 1.
(14) ĠU L 297, 13.11.2010, p. 1.
(15) ĠU L 45, 14.2.2009, p. 17.
(16) ĠU L 57, 2.3.2011, p. 54.
ANNESS
“ANNESS IV
Lista tar-Regolamenti tal ECE applikabbli fuq bażi obbligatorja
Numru tar-Regolament |
Suġġett |
Serje ta’ emendi |
Ir-referenza tal-ĠU |
L-applikabilità |
1 |
Fanali ta’ quddiem li jitfgħu raġġ asimetriku għall-użu fit-traffiku u/jew raġġ qawwi (bright) mgħammar b'bozoz bil-filament R2 u/jew HS1 |
Serje 02 ta’ emendi |
M, N (1) |
|
3 |
Mezzi ta’ retroriflessjoni għal vetturi motorizzati |
Is-Suppliment 10 mas-serje 02 ta’ emendi |
M, N, O |
|
4 |
Illuminazzjoni tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ wara tal-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom |
Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N, O |
|
6 |
Indikaturi tad-direzzjoni għal vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom |
Is-Suppliment 19 mas-serje 01 ta’ emendi |
M, N, O |
|
7 |
Il-fanali (tal-ġnub) ta’ quddiem u ta’ wara, il-fanali tal-waqfien, il-fanali li jimmarkaw ix-xifer ta’ barra tal-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom. |
Is-Suppliment 16 mas-serje 02 ta’ emendi |
M, N, O |
|
8 |
Fanali ta’ quddiem tal-vetturi bil-mutur (H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR2 u/jew H11) |
Serje 05 ta’ emendi Il-Corrigendum 1 lir-Reviżjoni 4, |
M, N (1) |
|
10 |
Il-kompatibilità elettromanjetika |
Serje 03 ta’ emendi |
M, N, O |
|
11 |
Lukketti tal-bibien u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien |
Is-Suppliment 2 mas-serje 03 ta’ emendi |
M1, N1 |
|
12 |
Protezzjoni tas-sewwieq kontra l-mekkaniżmu tal-istering fl-eventwalità ta’ impatt |
Is-Suppliment 3 mas-serje 03 ta’ emendi |
M1, N1 |
|
13 |
L-ibbrejkjar fuq vetturi tal-kategoriji M, N u O |
Is-Suppliment 5 mas-serje 10 ta’ emendi Il-Corrigenda 1 u 2 lir-Reviżjoni 6 Is-Suppliment 3 mas-serje 11 ta’ emendi |
M, N, O (2) |
|
13-H |
L-ibbrejkjar tal-karozzi tal-passiġġieri |
Is-Suppliment 9 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M1, N1 (3) |
|
14 |
Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà - sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u ankraġġi top tether ISOFIX |
Is-Suppliment 2 mas-serje 06 ta’ emendi |
M, N |
|
16 |
Ċinturini tas-sigurtà, sistemi ta’ trażżin, sistemi ta’ trażżin tat-tfal u sistemi ta’ trażżin tat-tfal tat-tip ISOFIX |
Is-Suppliment 17 mas-serje 04 ta’ emendi |
M, N |
|
17 |
Sits, l-ankraġġi tagħhom u kwalunkwe trażżin tar-ras |
Serje 08 ta’ emendi |
M, N |
|
18 |
Protezzjoni tal-vetturi motorizzati kontra użu mhux awtorizzat |
Is-Suppliment 2 mas-serje 03 ta’ emendi |
M2, M3, N2, N3 |
|
19 |
Il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem tal-vetturi motorizzati |
Is-Suppliment 2 mas-serje 03 ta’ emendi |
M, N |
|
20 |
Fanali ta’ quddiem li jitfgħu raġġ asimetriku għall-użu fit-traffiku jew raġġ qawwi (bright) jew it-tnejn mgħammar b'bozoz tal-halogen (H4) |
Serje 03 ta’ emendi |
M, N (1) |
|
21 |
Fittings ta’ ġewwa |
Is-Suppliment 3 mas-serje 01 ta’ emendi |
M1 |
|
23 |
Dwal tar-rivers għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom |
Is-Suppliment 15 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N, O |
|
25 |
Trażżin tar-ras (headrests) sew jekk inkorporat fis-sits tal-vettura u sew jekk le |
Serje 04 ta’ emendi Il-Corrigendum 2 ir-Reviżjoni 1 |
M, N |
|
26 |
Partijiet esterni li jisporġu 'l barra |
Is-Suppliment 1 mas-serje 03 ta’ emendi |
M1 |
|
28 |
Tagħmir u sinjali ta’ twissija li jinstemgħu |
Is-Suppliment 3 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N |
|
31 |
Fanali ta’ quddiem ta’ dawl issiġġillat ta’ vetturi motorizzati (SB) li jitfgħu raġġ asimetriku Ewropew għall-użu fit-traffiku jew raġġ qawwi (bright) jew it-tnejn |
Is-Suppliment 7 mas-serje 02 ta’ emendi |
M, N |
|
34 |
Prevenzjoni tar-riskji tan-nar (tankijiet tal-fjuwil likwidu) |
Is-Suppliment 2 mas-serje 02 ta’ emendi |
M, N, O |
|
37 |
Bozoz tal-filament għal użu f'unitajiet tal-fanali approvati għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom |
Is-Suppliment 34 mas-serje 03 ta’ emendi |
M, N, O |
|
38 |
Il-fanali taċ-ċpar ta’ wara tal-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom |
Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Il-Corrigendum 1 fis-Suppliment 12, |
M, N, O |
|
39 |
Tagħmir tal-ispidometru inkluża l-installazzjoni tiegħu |
Is-Suppliment 5 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N |
|
43 |
Materjali tal-glazing tas-sikurezza |
Is-Suppliment 12 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N, O |
|
44 |
Tagħmir tat-trażżin għall-passiġġieri tfal, ta’ vetturi motorizzati (“sistema ta’ trażżin tat-tfal”) |
Serje 04 ta’ emendi Il-Corrigendum 3 lir-Reviżjoni 2 |
M, N |
|
46 |
Tagħmir għall-vista indiretta u l-installazzjoni tiegħu |
Is-Suppliment 4 mas-serje 02 ta’ emendi Il-Corrigendum 1 fis-Suppliment 4 tas-serje 02 |
M, N |
|
48 |
Installazzjoni ta’ dwal u ta’ tagħmir għas-sinjalar bid-dwal tal-vetturi motorizzati |
Serje 04 ta’ emendi |
M, N, O |
|
55 |
Komponenti tal-igganċjar mekkaniku ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi |
Is-Suppliment 1 mas-serje 01 ta’ emendi |
M, N, O |
|
58 |
Tagħmir protettiv tal-underrun ta’ wara (RUPDs) u l-installazzjoni tiegħu Il-Protezzjoni tal-underrun fuq wara (RUP) |
Serje 02 ta’ emendi |
N2, N3, O3, O4 |
|
61 |
Vetturi kummerċjali fir-rigward tal-partijiet esterni tagħhom li jisporġu 'l barra quddiem il-panew ta wara tal-kabina |
Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
N |
|
66 |
Is-saħħa tas-soprastruttura ta’ vetturi kbar tal-passiġġieri |
Serje 02 ta’ emendi |
M2, M3 |
|
67 |
Vetturi motorizzati li jużaw LPG |
Is-Suppliment 7 mas-serje 01 ta’ emendi |
M, N |
|
73 |
Protezzjoni laterali tal-vetturi tal-merkanzija |
Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
N2, N3, O3, O4 |
|
77 |
Bozoz tal-ipparkjar għall-vetturi motorizzati |
Is-Suppliment 12 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N |
|
79 |
Tagħmir tal-istering |
Is-Suppliment 3 mas-serje 01 ta’ emendi |
M, N, O |
|
80 |
Sits ta’ vetturi kbar tal-passiġġieri |
Is-Suppliment 3 mas-serje 01 ta’ emendi Il-Corrigendum 1 għas-serje 01 ta’ emendi |
M2, M3 |
|
87 |
Il-fanali li jinxtegħlu l-ħin kollu għall-vetturi motorizzati |
Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Ir-Rettifika 1 għar-Reviżjoni 2 |
M, N |
|
89 |
Il-limitazzjoni tal-veloċità tal-vetturi |
Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N |
|
90 |
Assemblaġġi sostitwibbli tal-unitajiet ta’ frizzjoni tal-brejkijiet u l-unitajiet ta’ frizzjoni tad-drum brakes għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom |
Is-Suppliment 11 mas-serje 01 ta’ emendi |
M, N, O |
|
91 |
Il-fanali li jimmarkaw il-ġnub għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom |
Is-Suppliment 11 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N, O |
|
93 |
Tagħmir protettiv tal-underrun (FUPDs) ta’ quddiem u l-installazzjoni tiegħu; protezzjoni tal-underrun ta’ quddiem (FUP) |
Il-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
N2, N3 |
|
94 |
Protezzjoni tal-passiġġieri f’każ ta’ ħabta frontali |
Is-Suppliment 3 mas-serje 01 ta’ emendi Il-Corrigendum 2 ħas-serje 01 ta’ emendi Il-Corrigendum 1 lir-Reviżjoni 1 |
M1 |
|
95 |
Protezzjoni tal-passiġġieri f’każ ta’ ħabta laterali |
Is-Suppliment 1 mas-serje 02 ta’ emendi |
M1, N1 |
|
97 |
Sistemi ta’ Allarm tal-Vettura (VAS) |
Reviżjoni 1 — Emenda 1 |
M1, N1 |
|
98 |
Fanali ta’ quddiem ta’ vetturi motorizzati b’fontijiet ta’ dawl bi skarikar tal-gass |
Is-Suppliment 13 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N |
|
99 |
Fontijiet ta’ dawl bi skarikar tal-gass għall-użu f’unitajiet ta’ fanali bi skarikar ta’ gass approvati għal vetturi motorizzati |
Is-Suppliment 5 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N |
|
100 |
Sikurezza elettrika |
Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Serje 01 ta’ emendi |
M, N |
|
102 |
Tagħmir ta’ gganċjar mill-qrib (CCD); l-iffittjar ta’ tip approvat ta’ CCD |
Il-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
N2, N3, O3, O4 |
|
105 |
Vetturi għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi |
Is-Suppliment 1 mas-serje 04 ta’ emendi |
N, O |
|
107 |
Il-vetturi M2 u M3 |
Serje 03 ta’ emendi |
M2, M3 |
|
110 |
Komponenti speċifiċi għas-CNG |
Is-Suppliment 6 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N |
|
112 |
Il-fanali ta’ quddiem ta’ vetturi bil-mutur li jitfgħu raġġ asimetriku għall-użu fit-traffiku jew raġġ qawwi (bright) jew it-tnejn u mgħammrin b’bozoz tal-filament u/jew moduli tal-LED |
Is-Suppliment 12 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N |
|
116 |
Protezzjoni tal-vetturi motorizzati kontra użu mhux awtorizzat |
Is-Suppliment 2 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M1, N1 |
|
118 |
Imġiba fil-kombustjoni ta’ materjali użati fil-kostruzzjoni ta’ ġewwa ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi motorizzati. |
Regolament Oriġinali |
M3 |
|
121 |
Lokalizzazzjoni u identifikazzjoni tal-kontrolli manwali, sinjalaturi u indikaturi |
Is-Suppliment 3 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N |
|
122 |
Sistema ta’ tisħin tal-vetturi tal-kategoriji M, N u O |
Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N, O |
|
123 |
Sistemi adattivi tad-dawl ta’ quddiem (AFS) għal vetturi motorizzati |
Is-Suppliment 4 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M, N |
|
125 |
Kamp viżiv min-naħa ta’ quddiem |
Is-Suppliment 2 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament |
M1 |
|
(1) Ir-Regolament tal-UNECE Nri 1, 8 u 20 mhumiex applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vetturi ġodda.
(2) Inkluż, għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategorija N1 u tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategorija N1, ir-rekwiżiti dwar il-kontroll kontra l-qlib laġenba u l-kontroll direzzjonali stipulat fl-Anness 21 tiegħu.
(3) Inkluż, għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategoriji N1 u M1 u tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji N1 u M1, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness 9 tiegħu.”