14.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 362/2011

tat-13 ta’ April 2011

li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirrigwarda s-sustanza monepantel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta’ residwi għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandhom ikunu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom rigward il-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel huma stipulati fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2).

(3)

Il-Monepantel bħalissa hija inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza awtorizzata għall-ispeċi bovini u kaprini, applikabbli għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, minbarra l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem. Il-limiti massimi ta’ residwi provviżorji (minn hawn ’il quddiem “LMR”) għal dik is-sustanza stabbilita għall-ispeċi kaprini se jiskadu fl-1 ta’ Jannar 2011.

(4)

Applikazzjoni għall-estensjoni tad-data ta’ skadenza għal-LMR provviżorji tal-annotazzjoni eżistenti għal monepantel applikabbli għall-ispeċi kaprini tressqet quddiem l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.

(5)

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju ta r-rakkomandazzjoni tiegħu għall-estensjoni tal-perjodu taż-żmien li għalih japplikaw l-LMR provviżorji għall-monepantel għall-ispeċi kaprini.

(6)

L-annotazzjoni għal monepantel fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għaldaqstant trid tiġi emendata biex testendi l-LMR provviżorji għall-ispeċi kaprina. L-LMRs provviżorji stabbiliti f’dik it-Tabella għall-monepantel għall-ispeċi kaprini, għandhom jibqgħu validi sal-1 ta’ Jannar 2012.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 37/2010 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.


ANNESS

L-annotazzjoni għall-Monepantel fit-Tabella 1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tinbidel b’dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Markatur tar-residwu

Speċi tal-Annimali

LMR

Tessuti Kkonċernati

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Monepantel

Monepantel-sulfone

Ovina

700 μg/kg

7 000 μg/kg

5 000 μg/kg

2 000 μg/kg

Muskoli

Xaħam

Fwied

Kliewi

Mhux għall-użu fl-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

Aġenti li jaġixxu kontra l-parassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti

Kaprini

700 μg/kg

7 000 μg/kg

5 000 μg/kg

2 000 μg/kg

Muskoli

Xaħam

Fwied

Kliewi

L-LMRs provviżorji jiskadu fl-1 ta’ Jannar 2012.

Mhux għall-użu fl-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

Aġenti li jaġixxu kontra l-parassiti/Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti”